Annie Ernaux: Kittieba Franċiża

Annie Thérèse Blanche Ernaux (née Duchesne) twieldet fl-1 ta' Settembru tal-1940 u hija kittieba Franċiża u professur tal-letteratura.

Fl-2022 rebħet il-Premju Nobel fil-Letteratura, għall-kuraġġ u l-preċiżjoni klinika li bihom esponiet l-għeruq, id-distakk, u r-restrizzjonijiet kollettivi tal-memorja personali tagħha. Ix-xogħol letterarju tagħha, fil-biċċa kbira tiegħu awtobijografiku, huwa marbut ħafna mas-soċjologija.

Annie Ernaux
Annie Ernaux: Kittieba Franċiża
Ħajja
Isem propju Annie Thérèse Blanche Duchesne
Twelid Lillebonne (en) Translate, 1 Settembru 1940 (83 sena)
Nazzjonalità Franza
L-ewwel lingwa Franċiż
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Rouen
Università ta' Bordeaux
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni reġista
kittieb
għalliem
Xogħlijiet importanti Cleaned Out (en) Translate
La Place (en) Translate
The Years (en) Translate
Premjijiet
List
  • Prix Renaudot  (1984) : La Place (en) Translate
    Prix François-Mauriac  (2008) : The Years (en) Translate
    Prix de la langue française  (2008)
    Prix Marguerite Duras  (2008) : The Years (en) Translate
    Prix de l’Académie de Berlin  (2019)
    prize Maillé Latour Landry  (1984) : La Place (en) Translate
    Premju Nobel għal-Letteratura  (2022)
    Prix Formentor  (2019)
    [[]]  (2017)
    Strega Prize  (2016)
Nominat għal
uri
  • [[International Booker Prize (en) ]]
    (2019) : [[The Years (en) ]]
Influwenzat minn Nausea (en) Translate
Things: A Story of the Sixties (en) Translate
Élise ou la vraie vie (en) Translate
Virginia Woolf
Simone de Beauvoir
Pierre Bourdieu (en) Translate

Karriera Letterarja

Ernaux bdiet il-karriera letterarja tagħha fl-1974 bir-rumanz awtobijografiku Les Armoires vides (‘Cleaned Out’). Fl-1984, rebħet il-Premju Renaudot għan-narrattiva awtobijografika La Place (‘A Man’s Place’). F’dan ir-rumanz, Ernaux tiffoka fuq ir-relazzjoni tagħha ma' missierha, l-esperjenzi ta’ tfulitha f'belt żgħira fi Franza, u t-tluq mir-raħal li trabbiet fih.

Kmieni fil-karriera tagħha, Ernaux tbiegħdet mill-finzjoni u bdiet tiffoka fuq l-awtobijografija.  F’xogħlijietha titkellem dwar diversi esperjenzi storiċi u individwali, fosthom il-progress soċjali tal-ġenituri tagħha (La place, La honte ‘Shame’), l-adoloxxenza tagħha (Ce qu'ils disent ou rien), u ż-żwieġ tagħha (La femme gelée ‘A Frozen Woman’). Ernaux tikteb ukoll dwar ir-relazzjoni intima li kellha ma’ raġel mil-Lvant tal-Ewropa (Passion SimpleSimple Passion’), l-esperjenza tal-abort, (L'événementHappening’), il-marda tal-Alzheimer (Je ne suis pas sortie de ma nuitI Remain in Darkness’), il-mewt ta' ommha (Une femmeA Woman’s Story’), u l-kanċer tas-sider (L 'usage de la photoThe Uses of Photography’). Hija kitbet ukoll L'écriture comme un couteau (‘Writing as Sharp as a Knife’) flimkien ma' Frédéric-Yves Jeannet.

A Woman’s Story’, ‘A Man’s Place’ u ‘Simple Passion’, huma rikonoxxuti minn The New York Times bħala kotba notevoli u ‘A Women’s Story’ kien finalista għal The Los Angeles Times Book Prize. ‘Shame’ ġie magħżul minn Publishers Weekly bħala l-aqwa ktieb tal-1998 u ‘I Remain in Darkness’ minn Washington Post bħala t-Top Memoir tal-1999. Fl-2008 ‘The Possession’ kien elenkat mir-rivista More bħala wieħed mill-aqwa għaxar kotba tas-sena.  

Il-ktieb awtobijografiku ta' Ernaux Les Années (‘The Years’) li ħareġ fl-2008, intlaqa’ tajjeb mill-kritiċi Franċiżi u huwa meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa xogħlijiet tagħha. F'dan il-ktieb, Ernaux tikteb għall-ewwel darba dwarha nnifisha fit-tielet persuna ('elle', jew ‘she’ bl-Ingliż) u tippreżenta b’mod ċar lis-soċjetà Franċiża ta’ bejn it-Tieni Gwerra Dinjija u l-bidu tal-millenju. Dan il-ktieb jittratta storja ta’ mara f’soċjetà li kienet qed tevolvi. Il-ktieb Les Années (‘The Years’) rebaħ il-Prix François-Mauriac de la région Aquitaine tal-2008,  il-Premju Marguerite Duras tal-2008, il-Prix de la langue française tal-2008, il-Premju Télégramme Readers tal-2009 u l-iStrefa European Prize tal-2016. Les Années (‘The Years’), ġie tradott minn Alison L. Strayer u kien finalista għall-31 edizzjoni tal-Premju Annwali tal-French-American Foundation Translation. Dan il-ktieb ġie nnominat ukoll għall-International Booker Prize tal-2019, u rebaħ l-Warwick Prize for Women in Translation tal-2019. Dan il-premju wassal sabiex Ernaux tikseb iktar popolarità fil-pajjiżi anglofoniċi.

Fis-6 ta’ Ottubru tal-2022, kien imħabbar li Ernaux kienet ser tingħata l-Premju Nobel tal-Letteratura tal-2022, għall-kuraġġ u l-preċiżjoni klinika li bihom esponiet l-għeruq, id-distakk, u r-restrizzjonijiet kollettivi tal-memorja personali tagħha. Ernaux hija s-16-il kittieb Franċiż, u l-ewwel Franċiża, li rċeviet dan il-premju tal-letteratura. Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, awguralha u stqarr li hija kienet il-vuċi tal-libertà tan-nisa u ta’ dawk minsija.

Ħafna mix-xogħlijiet ta’ Ernaux ġew tradotti għall-Ingliż u ppubblikati minn Seven Stories Press, stamperija li ġiet imsemmija għall-Ernaux u għal sitt awturi fundaturi oħra.

Referenzi

Tags:

FranzaPremju Nobel

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Vasco da GamaZulte WaregemMaria De FilippiĦinduiżmuPremier LeagueŻodjakuLucrezia BorgiaL-ArtiJupp HeynckesFrarImpjant Nukleari ta' ZaporizhzhiaLisandro LópezAnton ButtigiegIljunfantPika ta' RoyleLussemburguCantilenaLogħob OlimpikuSuffissLouis PasteurAlfonsu Marija de LiguoriXemxIscoFilosofija PresokratikaDenis LawAZAL PFCKievCatania Beach SoccerReliġjon NisranijaWied il-Għajn (Marsaskala)Marjanu VellaIl-Fond Soċjali EwropewStati UnitiAbbazija ta' Sankt GallenMellieħaFenek ta' BunyoroOrtografija LitwanaLista ta' ħwawar u ħxejjex aromatiċiGéza ToldiXeffSandra MondainiLady GagaVilniusMoskea l-Kbira u Sptar ta' DivriğiFranzaTajwanPjanetaIżlamLeonardo da VinciPeter Mokaba StadiumMichelangelo VellaPaolino VassalloVeronaNASAKubaLiebru IndjanMonasteru Rjali ta' Santa Marija ta' GuadalupeVfB Admira Wacker MödlingOliver FriggieriFK JonavaAlla l-MissierCorcovadoKwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONMEBOL)🡆 More