Is-Siti Funebri u Mfakar tal-Ewwel Gwerra Dinjija (il-Front tal-Punent) huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul minn 139 ċimiterju jew mafkar tal-Front tal-Punent tal-Ewwel Gwerra Dinjija fi Franza u fil-Belġju.
Fl-20 ta' Settembru 2023, is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Is-Siti Funebri u l-Imfakar tal-Ewwel Gwerra Dinjija (il-Front tal-Punent) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fl-2023.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
This article uses material from the Wikipedia Malti article Siti Funebri u Mfakar tal-Ewwel Gwerra Dinjija (il-Front tal-Punent), which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.