Quito: Il-belt kapitali tal-Ekwador

Quito (pronunzja bl-Ispanjol: ; bil-Quechua: Kitu), formalment San Francisco de Quito, hija l-belt kapitali tal-Ekwador, b'popolazzjoni stmata li tlaħħaq it-2.8 miljun ruħ fiż-żona urbana tagħha.

Hija wkoll il-belt kapitali tal-provinċja ta' Pichincha. Quito tinsab f'wied max-xaqlibiet tal-Lvant ta' Pichincha, stratovulkan attiv fil-katina muntanjuża tal-Andes, f'elevazzjoni ta' 2,850 metru (9,350 pied); b'hekk hija t-tieni l-ogħla belt kapitali fid-dinja.

Quito
Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli Ekwador
Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli
Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli
Amministrazzjoni
Stat sovranEkwador
Province of EcuadorPichincha
Canton of EcuadorDistrett Metropolitan ta' Quito
Kap tal-Gvern Pabel Muñoz (en) Translate
Isem uffiċjali San Francisco de Quito
Kodiċi postali EC170150
Ġeografija
Koordinati 0°13′12″S 78°30′45″W / 0.22°S 78.5125°W / -0.22; -78.5125 78°30′45″W / 0.22°S 78.5125°W / -0.22; -78.5125
Quito is located in Ecuador
Quito
Quito
Quito (Ecuador)
Superfiċjenti 372.39 kilometru kwadru
Għoli 2,850 m
Demografija
Popolazzjoni 1,763,275 abitanti (2022)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni Il-ĦamisambUTCIl-Ħamis
Kodiċi tat-telefon 2
Żona tal-Ħin UTC-5
bliet ġemellati Krakovja, Toronto, Buenos Aires, Madrid, Santo Domingo, Cali, Coral Gables, Buxton, La Paz, Louisvilleu Taipei
quito.gob.ec

Quito hija ċ-ċentru politiku u kulturali tal-Ekwador peress li l-istituzzjonijiet governattivi, amministrattivi u kulturali ewlenin jinsabu kollha fi ħdan il-belt. Il-maġġoranza tal-kumpaniji transnazzjonali bi preżenza fl-Ekwador għandhom is-sede tagħhom fil-belt. Hija wkoll wieħed miż-żewġ ċentri industrijali ewlenin tal-pajjiż — il-belt portwali ta' Guayaquil hija t-tieni ċentru.

Id-data tal-ewwel insedjament mhix magħrufa, iżda l-evidenza arkeoloġika tissuġġerixxi li ġiet insedjata għall-ewwel darba minn popolazzjonijiet sedentarji bejn l-4400 u l-1600 Q.K. Fl-aħħar tas-seklu 15, l-Imperatur tal-Inka Huayna Capac rebaħ kontra l-abitanti oriġinali tar-reġjun, il-poplu Quitu, inkorpora lil Quito fl-Imperu Inka, u ddeżinjaha bħala l-belt kapitali tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Imperu Inka. Il-konkwista Spanjola tal-belt fl-1534 hija l-iktar data kkwotata spiss bħala d-data tal-istabbiliment uffiċjali tal-belt, u b'hekk Quito hija l-eqdem belt kapitali fl-Amerka t'Isfel.

Iċ-ċentru storiku ta' Quito huwa fost l-ikbar u l-iktar ippreservati tajjeb fl-Amerki. Fl-1978, Quito u Krakovja kienu l-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Quito hija l-iktar belt kapitali qrib l-ekwatur, u l-limiti tat-Tramuntana tal-belt iwasslu sa madwar kilometru (0.62 mili) fin-Nofsinhar tal-linja tal-ekwatur.

Fl-2008 il-belt ġiet iddeżinjata bħala l-kwartieri ġenerali tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerka t'Isfel.

Storja

Perjodu Pre-Kolumbjan

L-eqdem traċċi ta' preżenza umana f'Quito ġew skavati mill-arkeologu Amerikan Robert E. Bell fl-1960, fix-xaqlibiet tal-vulkan Ilaló, li jinsab bejn il-widien tal-Lvant ta' Los Chillos u ta' Tumbaco. Poplu ta' ġemmiegħa u kaċċaturi ħallew warajhom għodod tal-ossidjana, li jmorru lura għat-8,000 Q.K. Dan is-sit arkeoloġiku, imsejjaħ EI Inga, ġie rreferut lil Robert Bell minn Allen Graffham. Meta kien impjegat bħala ġeologu fl-Ekwador, Graffham kompla jrawwem l-interess dilettantesk tiegħu fl-arkeoloġija. Huwa ġabar l-artefatti tal-wiċċ fis-sit fl-1956. L-iskoperta ta' ponot qishom ta' vleġeġ, b'mod partikolari eżemplari mnaqqxa, qanqlulu l-interess, u hu wettaq diversi żjarat fis-sit biex jiġbor il-materjali tal-wiċċ. L-interess preċedenti ta' Graffham fil-fdalijiet Paleo-Indjani, u l-esperjenza tiegħu fil-materjali umani bikrin f'Kansas u f'Nebraska fil-Pjanuri Ċentrali tal-Istati Uniti, wassluh biex jemmen li s-sit kien skoperta importanti.

It-tieni fdalijiet importanti ta' insedjament uman instabu fil-viċinat attwali ta' Cotocollao (1500 Q.K.), fil-Majjistral ta' Quito. Il-villaġġ preistoriku kien ikopri erja ta' iktar minn 26 ettaru li kienet tiġi irrigata minn bosta qaliet. Qrib id-djar rettangolari tal-qedem, instabu fdalijiet funebri b'offerti tal-fuħħar u tal-ġebel. Il-poplu Cotocollao kien iwettaq l-estrazzjoni u l-esportazzjoni tal-ossidjana lejn ir-reġjun kostali.

Il-patrijiet u l-istoriċi kolonjali bikrin kitbu dwar il-poplu Quitu u r-Renju ta' Quito. Fir-rakkonti tagħhom qalu li poplu ieħor, magħruf bħala l-poplu Cara jew Schyris, ġie mill-kosta u ħa l-kontroll tar-reġjun sat-890 W.K. Dan il-poplu rrenja l-hekk imsejjaħ renju tal-Cara-Quitu sa meta l-Inka ħadu t-territorju f'idejhom fis-seklu 15. Id-dixxendenti tal-Quitu baqgħu jgħixu fil-belt saħansitra wara l-konkwista Spanjola.

Iżda sas-seklu 20, xi storiċi prominenti li bdew studji iktar akkademiċi, iddubitaw ir-rakkonti dwar ir-renju tal-Cara-Quitu. Ma tantx kienet instabet wisq evidenza arkeoloġika ta' xi monumenti jew artefatti ta' dak ir-renju. Għaldaqstant bdew jaħsbu li kien rakkont pre-Ispaniku leġġendarju tal-artijiet għoljin.

Fil-bidu tas-seklu 21, instabu sejbiet spettakolari ġodda ta' oqbra fondi 20 metru fil-kwartier ta' La Florida f'Quito. Dawn imorru lura għat-800 W.K. u jipprovdu evidenza tal-kwalità kbira tal-artiġjanat fost il-poplu Quitu, kif ukoll tan-natura elaborata u kumplessa tar-riti funebri tiegħu. Fl-2010 il-Mużew tas-Sit Arkeoloġiku ta' La Florida fetaħ sabiex jippreserva l-artefatti mill-oqbra u jispjega din il-kultura kumplessa.

Perjodu kolonjali

Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli 
Pittura ta' nofs is-seklu 18 li turi veduta tal-belt mill-bogħod.

Ir-reżistenza tal-Inka indiġeni għall-kolonizzazzjoni Spanjola baqgħet għaddejja fl-1534. Il-konkwistatur Diego de Almagro stabbilixxa l-belt ta' Santiago de Quito (illum il-ġurnata f'Colta, qrib Riobamba) fil-15 ta' Awwissu 1534, li mbagħad saret San Francisco de Quito fit-28 Awwissu 1534. Iktar 'il quddiem il-belt ġiet stabbilita mill-ġdid fil-pożizzjoni attwali tagħha fis-6 ta' Diċembru 1534 minn 204 insedjaturi mmexxija minn Sebastián de Benalcázar, li ħataf il-mexxej Rumiñahui, u effettivament temm kull reżistenza organizzata. Rumiñahui ġie ġustizzjat fl-10 ta' Jannar 1535.

Fit-28 ta' Marzu 1541, Quito ġiet iddikjarata bħala belt, u fit-23 ta' Frar 1556 ingħatat it-titlu ta' Muy Noble y Muy Leal Ciudad de San Francisco de Quito ("il-Belt Nobbli u Leali Ħafna ta' San Francisco de Quito"), li kienu l-punt tat-tluq tal-fażi suċċessiva tal-iżvilupp urban. Fl-1563 Quito saret is-sede ta' distrett amministrattiv jew Real Audiencia ta' Spanja. Ġiet ikklassifikata bħala parti mill-Viċirenju tal-Perù sal-1717, u mbagħad id-distrett sar parti mill-Viċirenju l-ġdid ta' Nueva Granada. Taħt iż-żewġ Viċirenji, id-distrett ġie amministrat minn Quito.

L-Ispanjoli stabbilew il-Kattoliċiżmu Ruman f'Quito. L-ewwel knisja (El Belén) inbniet qabel l-istabbiliment uffiċjali tal-belt. F'Jannar 1535 inbena l-Kunvent ta' San Franġisk, l-ewwel minn madwar 20 kunvent u knisja li nbnew matul il-perjodu kolonjali. L-Ispanjoli kkonvertew il-popolazzjoni indiġena għall-Kristjaneżmu u użawhom għax-xogħol tal-kostruzzjoni.

Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli 
Mappa tal-belt ta' Quito tal-1805 magħmula minn Juan Pío Montúfar, it-Tieni Markiż ta' Selva Alegre u l-President tal-Junta Soberana de Quito tal-1809.

Fl-1743, wara kważi 210 snin ta' kolonizzazzjoni Spanjola, Quito kienet belt ta' madwar 10,000 abitant. Quito għal perjodu qasir ipproklamat l-indipendenza de facto tagħha minn Spanja bejn l-1765 u l-1766 matul ir-Rewwixta ta' Quito. Fl-10 ta' Awwissu 1809, reġa' nbeda moviment f'Quito biex tintrebaħ l-indipendenza minn Spanja. Dakinhar ġie żvelat pjan ta' gvern, li ħatar lil Juan Pío Montúfar bħala President u lil figuri prominenti oħra favur l-indipendenza f'karigi oħra tal-gvern.

Dan il-moviment inizjali ġarrab telfa fit-2 ta' Awwissu 1810, meta t-truppi kolonjali waslu minn Lima, il-Perù, u qatlu lill-mexxejja tar-rewwixta u lil madwar 200 insedjaturi oħra. Sensiela ta' kunflitti laħqu l-qofol tagħhom fl-24 ta' Mejju 1822, meta Antonio José de Sucre, taħt il-kmand ta' Simón Bolívar, mexxa t-truppi fil-Battalja ta' Pichincha, fuq ix-xaqlibiet tal-vulkan. Ir-rebħa tagħhom stabbiliet l-indipendenza ta' Quito u tal-inħawi tal-madwar.

Ekwador Repubblikan

Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli 
Id-daħla tat-truppi Spanjoli fil-belt ta' Quito mibgħuta mill-Viċirè tal-Perù fl-1809, pittura tal-1809 ta' Francisco Javier Cortés. Museo de América (Madrid).

Fl-1833, membri tas-Soċjetà tal-Abitanti Ħielsa ta' Quito nqatlu mill-gvern wara li kkonfoffaw kontrih. Fis-6 ta' Marzu 1845 bdiet ir-Rivoluzzjoni ta' Marzu. Fl-1875, il-President tal-pajjiż Gabriel García Moreno nqatel f'Quito. Sentejn wara, fl-1877, l-Arċisqof José Ignacio Checa y Barba nqatel bil-velenu waqt li kien qed jiċċelebra quddiesa f'Quito.

Fl-1882 reġa' kien hemm irvellijiet kontra r-reġim tad-dittatur Ignacio de Veintimilla. Madankollu, dawn ma temmewx il-vjolenza li tfaċċat mal-pajjiż kollu. Fid-9 ta' Lulju 1883, il-kmandant liberali Eloy Alfaro pparteċipa fil-Battalja ta' Guayaquil, u wara iktar kunflitti sar il-President tal-Ekwador fl-4 ta' Settembru 1895. Wara li temm it-tieni mandat tiegħu fl-1911, huwa mar jgħix fl-Ewropa. Huwa reġa' lura l-Ekwador fl-1912 u pprova jerġa' jikseb il-poter iżda ma rnexxilux; ġie arrestat fit-28 ta' Jannar 1912 u ntefa' l-ħabs, u mbagħad ħebbew għalih f'attakk fil-ħabs. Ġismu ġie mkaxkar mit-toroq ta' Quito sa park tal-belt, fejn ingħata n-nar.

Fl-1932 faqqgħet il-Gwerra tal-Erbat Ijiem. Din kienet gwerra ċivili li faqqgħet wara l-elezzjoni ta' Neptalí Bonifaz u wara li ħareġ li kellu passaport Peruvjan. Fit-12 ta' Frar 1949 xandira realistika tar-rumanz ta' H. G. Wells, Il-Gwerra tad-Dinjiet, wasslet għal paniku sħiħ fil-belt u għall-imwiet ta' iktar minn għoxrin ruħ li mietu fin-nirien li tqabbdu fil-belt.

Seklu 21

Quito: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Nies notevoli 
Pittura ta' nofs is-seklu 19 ta' Quito ta' Rafael Salas.

Fl-2011 il-popolazzjoni tal-belt laħqet iż-2,239,191 ruħ. Mill-2002 sar tiġdid taċ-ċentru storiku tal-belt. L-ajruport antik, li nbena wara l-mili ta' laguna bir-radam, ingħalaq għat-traffiku tal-ajru fid-19 ta' Frar 2013. Iż-żona ġiet żviluppata mill-ġdid bħala l-"Parque Bicentenario" (Park Biċentenarju). L-Ajruport Internazzjonali l-ġdid ta' Mariscal Sucre, li jinsab tliet kwarti miċ-ċentru ta' Quito, infetaħ għat-traffiku tal-ajru fl-20 ta' Frar 2013.

Matul l-2003 u l-2004 inbnew il-linji tal-Metrobus (Ecovia), li jaqsmu minn naħa għall-oħra tal-belt mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. Ħafna toroq prinċipali u sekondarji ġew estiża u mkabbra, inbnew passaġġi differenti, u t-toroq ġew strutturati mill-ġdid ġeometrikament sabiex jittejjeb il-fluss tat-traffiku u bdiet tinbena sistema ta' subway.

Sit ta' Wirt Dinji

Iċ-Ċentru Storiku ta' Quito ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1978.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Nies notevoli

  • Jorge Carrera Andrade (twieled fl-1902, f'Quito – miet fl-1978, f'Quito), poeta;
  • Jorge Icaza (twieled fl-1906, f'Quito – miet fl-1978, f'Quito), rumanzier;
  • Sebastián Cordero (twieled fl-1972, f'Quito); reġista;
  • Oswaldo Guayasamín (twieled fl-1919, f'Quito – miet fl-1999, f'Baltimore, l-Istati Uniti), pittur;
  • Christian Benitez (twieled fl-1 ta' Mejju 1986, f'Quito – miet fid-29 ta' Lulju 2013, f'Doha, il-Qatar); plejer tal-futbol professjonali;
  • Santa Mariana de Jesús de Paredes (twieldet fl-1618, f'Quito – mietet fl-1645, f'Quito), qaddisa Kattolika;
  • Eugenio Espejo (twieled fil-21 ta' Frar 1747 – miet f'Diċembru 1795), xjenzat;
  • Byron Sigcho-Lopez (twieled fis-7 ta' Lulju 1983), politiku u attivist tal-komunità ta' Chicago;
  • Teodelinda Terán Hicks (1889-1959); vjolinċellista;
  • Manuela Saenz (twieldet fis-27 ta' Diċembru 1797, f'Quito, mietet fit-23 ta' Novembru 1856, f'Paita, il-Perù), rivoluzzjonarja;
  • Juan Manuel Correa (twieled fid-9 ta' Awwissu 1999, f'Quito), sewwieq tal-Formula 2;
  • Juana Miranda (1842–1914), qabla u professur.

Ġemellaġġ

Quito hija ġemellata ma':

Referenzi

Tags:

Quito StorjaQuito Sit ta Wirt DinjiQuito Nies notevoliQuito ĠemellaġġQuito ReferenziQuitoBelt kapitaliEkwadorId-DinjaLingwa Spanjola

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Dom MintoffSão Tomé u PríncipeLingwa GħarbijaIt-Tieni Gwerra DinjijaPeléMetro ta' PyongyangKartaġniIpoġew ta' Ħal SaflieniInstagramTajwanPapa Piju XIIWikidataMewtNettunu (pjaneta)Arkanġlu MikielKatowiceNettarivoruMedjuevuItaljaWikotbaStorja tal-KristjaneżmuRavennaMaltiMons. Charles VellaĠakartaĦal BalzanTazza tal-IndipendenzaGwerer PuniċiCristiano RonaldoIl-MarsaRaġelPisaDinosawruMagrebTazza tad-Dinja tal-Futbol 2014Għajnsielem FCDiana, Prinċipessa ta' WalesKleopatra VIIAstronomuJimmy WalesThe CarpentersPornografijaĦadidEkoloġijaEdukazzjoniFestival tal-Eurovision 2021Dun Ġorġ PrecaAramajk ta' ĠesùĦaż-ŻabbarRonald ReaganLilleThe Travellers (grupp Malti)SienaGustavo R. VincentiReliġjon f'MaltaFirenzeĦaż-ŻebbuġHibernians FC🡆 More