It-Tripletta

It-Tripletta (jew aħjar bl-Ingliż, The Treble) huwa terminu fil-futbol li jintuża' biex jirreferi għal klabb li jkun rebaħ il-kampjonat nazzjonali, l-aqwa tazza domestika u t-tazza tal-kompetizzjoni kontinentali fl-istess staġun.

Ġeneralment, tripletta tinqasam fi tliet kategoriji diversi. Dawn huma, it-Tripletta Kontinentali – għal tim li jirbaħ il-kampjonat domestiku, l-aqwa tazza domestika u l-aqwa tazza kontinentali, u t-Tripletta Domestika – tikkonsisti mill-kampjonat u rebħiet fiż-żewġ tazzi nazzjonali.

It-Tripletta
It-tliet trofej mirbuħa minn Manchester United fl-1999: (xellug għall-lemin) it-trofew tal-Premier League, il-UEFA Champions League u l-FA Cup

L-FA Community Shield (jew trofej minuri oħra simili), is-Supertazza Ewropea (jew dawk minn konfederazzjonijiet oħra), is-Supertazzi domestiċi (bħas-Supertazza tal-Italja, is-Supertazza ta' Spanja), it-Tazza Interkontinentali, jew it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs huma rari riferuti bħala parti mit-tripletta.

Tripletta oħra distinti hi t-Tripletta Internazzjonali, li tikkonsisti mill-aqwa kompetizzjoni kontinentali (għall-UEFA, il-Kampjonati Ewropej), it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Din hi differenti mit-tripletti l-oħra hekk kif hu impossibbli li tirbaħ dawn kollha fi staġun wieħed jew f'sena ta' kalendarju; pajjiż li jikseb din it-tripletta hu kkunsidrat bħala d-detentur tat-tliet trofej fl-istess ħin.

Ir-rebħ ta' erba' trofej rari sseħħ, fejn din tissejjaħ Il-Kwadruplu u tikkonsisti mir-rebħ tat-tazza kontinentali u tliet tazzi domestiċi. Dan l-avveniment seħħ darba biss fl-istorja mit-tim ta' Celtic lura fl-1967.

It-Tripletta Kontinentali

Din it-tip ta' tripletta tikkonsisti minn klabb jirbaħ l-ogħla livell tal-kampjonat nazzjonali u r-rebħ tal-aqwa kompetizzjoni domestika (Id-Doppjetta), flimkien mal-kampjonat kontinentali, dawn kollha fi staġun wieħed. Dan it-tragward intlaħaq l-ewwel darba mit-tim ta' Celtic fl-1967, meta dan rebaħ il-kampjonat Skoċċiż, it-Tazza Skoċċiża u t-Tazza taċ-Ċampjins, u kif ukoll il-League Cup. Minn dakinhar 'il quddiem, erba' timijiet oħra laħqu dan it-tragward fl-Ewropa, waqt li erba' Afrikani, żewġ Ażjatiċi u tim Nord-Amerikan irrepetew ir-rebħ tat-tripletta.

Klabb Sena Titli mirbuħa għat-tripletta
It-Tripletta  Celtic FC 1967 Premier League Skoċċiż, Tazza Skoċċiża, Tazza taċ-Ċampjins
It-Tripletta  Englebert 1967 Linafoot, Tazza tal-Kongo, CAF Champions League
It-Tripletta  AS Vita Club 1973 Linafoot, Tazza tal-Kongo, CAF Champions League
It-Tripletta  Defence Force 1985 TT Pro League, Tazza tat-Trinindad u Tobago, CONCACAF Champions Cup
It-Tripletta  Al-Sadd 1988 Qatari League, Tazza tal-Qatar, AFC Champions League
It-Tripletta  AFC Ajax 1972 Eredivisie, KNVB Cup, Tazza taċ-Ċampjins
It-Tripletta  PSV Eindhoven 1988 Eredivisie, KNVB Cup, Tazza taċ-Ċampjins
It-Tripletta  Thai Farmers Bank 1995 Thai League, Tazza tat-Tajlandja, AFC Champions League
It-Tripletta  Manchester United FC 1999 FA Premier League, FA Cup, Champions League
It-Tripletta  Hearts of Oak 2000 Premier League Ganiż, Tazza tal-Gana, CAF Champions League
It-Tripletta  Al-Ahly 2005
2006
Premier League Eġizzjan, Tazza tal-Eġittu, CAF Champions League
It-Tripletta  FC Barcelona 2009 La Liga, Tazza tar-Re, Champions League
It-Tripletta  FC Internazionale Milano 2010 Serie A, Tazza Taljana, Champions League
It-Tripletta  Espérance de Tunis 2011 Ligue Professionnelle 1, Tazza Tuneżina, CAF Champions League
It-Tripletta  Bayern Munich 2013 Bundesliga, DFB Pokal, Champions League

It-Tripletta Domestika

Din it-tip ta' tripletta tikonsisti minn klabb li jirbaħ l-ogħla diviżjoni tal-pajjiż flimkien mal-aqwa żewġ tazzi domestiċi, kollha fi staġun wieħed

Klabb Numru ta'
tripletti
Titli mirbuħa għat-tripletta
It-Tripletta  Rangers 7 Scottish Premier League, Tazza Skoċċiża, Tazza tal-Kampjonat Skoċċiża
It-Tripletta  South China 4 Hong Kong League, Hong Kong Senior Shield, Hong Kong FA Cup
It-Tripletta  Bayern München 3 Bundesliga, Tazza Ġermaniża, Tazza tal-Kampjonat Ġermaniża
It-Tripletta  Celtic 3 Scottish Premier League, Tazza Skoċċiża, Tazza tal-Kampjonat Skoċċiża
It-Tripletta  Linfield 3 Irish Premier League, Tazza tal-Irlanda ta' Fuq, Tazza tal-Kampjonat Irlandiża
It-Tripletta  Shamrock Rovers 3 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield
It-Tripletta  Kedah 2 Malaysian Super League, Tazza tal-Malażja, Tazza tal-Kampjonat tal-Malażja
It-Tripletta Melbourne Victory 1 A-League Challenge Cup, A-League Premiership, A-League Grand Final
It-Tripletta  Cruzeiro 1 Kampjonat Mineiro, Tazza tal-Brażil, Campeonato Brasileiro Série A
It-Tripletta  Sun Hei 1 Hong Kong League, Hong Kong Senior Shield, Tazza tal-Ħong Kong
It-Tripletta  Al-Sadd 1 Qatari League, Tazza tal-Qatar, Tazza tal-Kuruna tal-Prinċep tal-Qatar
It-Tripletta  Fall River Marksmen 1 American Soccer League, U.S. Open Cup, Tazza Lewis
It-Tripletta  Brookhattan 1 American Soccer League, U.S. Open Cup, Tazza Lewis
It-Tripletta  Bohemians 1 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield
It-Tripletta  Derry City 1 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield

It-Tripletta Internazzjonali

Din it-tripletta tinvolvi dawk it-timijiet nazzjonali li rnexxielhom jirbħu tliet trofej fl-istess żmien. Dawn it-tip ta' tripletti huma impossibbli li jiġu miksuba fi staġun wieħed, u ġeneralment tikkonsisti mir-rebħ tal-kampjonat kontinentali tat-tim, it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.

Pajjiż Sena Titli mirbuħa għat-tripletta
It-Tripletta  Brażil 1997 Tazza tad-Dinja 1994, Copa America 1997 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 1997
It-Tripletta  Franza 2001 Tazza tad-Dinja 1998, Kampjonati Ewropej 2000, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2001
It-Tripletta  Brażil 2005 Tazza tad-Dinja 2002, Copa America 2004, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005.

Ara wkoll

  • Id-Doppjetta
  • Il-Kwadruplu

Ħoloq esterni

Tags:

It-Tripletta KontinentaliIt-Tripletta DomestikaIt-Tripletta InternazzjonaliIt-Tripletta Ara wkollIt-Tripletta Ħoloq esterniIt-TriplettaFutbolLingwa Ingliża

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Iżlam SunniJuan Antonio VillacañasBarack ObamaLista tal-poeti tal-ilsien MaltiGħasfurDakarAnnimalNitroġenuMediterranVIAFŻimbabweSan Franġisk t'AssisiGħarb Rangers FCChordataHugo ChávezUnuri tat-Tazza tad-Dinja tal-FutbolGrammaQala (Għawdex)Kajr KoptuĊimiterju tal-AddolorataOliver FriggieriProbabbiltàSaint Vincent u l-GrenadiniLipariLogħob folkloristiku MaltiTizjanuVolodymyr ZelenskyyLeninTim nazzjonali tal-futbol tal-IskozjaBaha'iIżlamTazza tal-IndipendenzaEredivisieRigaLingwa PersjanaBeninBloggLingwa RussaSalzburgPariġiGħawdexRelazzjoni sesswaliMostaIben Abi ŻargħId-DinjaFenekStat IżlamikuTim nazzjonali tal-futbol tat-TuneżijaSydneyYouTubeSantiago (Ċili)IranL-Innu MaltiPjanetaKubaKanadaSaint Kitts u NevisTaġikistanGħanaKnisja ta' Santa MargeritaCasablancaAlfabettValencia (Spanja)Għajnsielem FC🡆 More