Il-Baħar Tirren, jifforma parti mill-baħar nofsani tal-Mediterran, 'il barra mill-kosta tal-punent tal-Italja.
Dan il-baħar huwa msemmi għall-poplu Tirren, li kienu identifikati sa mis-6 seklu qabel l-era Kristjana flimkien mal-Etruski tal-Italja. L-isem tal-baħar Tirren huwa dderivat mill-kelma Griega li tirreferi għall-Etruski, poplu li jingħad li kienu emigranti ġejjin minn Lidja, mmexxija mill-prinċep Tyrrhenus. F'dan il-perjodu, ir-residenza tal-Etruski kienet l-art li tmiss mal-kosta, fejn xi darba għad ried ikun hemm ir-reġjun ta' Toskana, u dak kien il-punt minn meta bdew isejħu lill-ilmijiet tal-viċin bħala l-Baħar tal-Etruski.
Il-baħar huwa mdawwar minn bosta artijiet, fosthom wieħed jista' jinnota lil Korsika, Sardinja (lejn il-punent), it-Toskana, Lazjo, Campania, Basilicata, il-Kalabrija (lejn il-lvant) u 'l Sqallija (lejn in-nofsinhar). Il-fond massimu tal-baħar huwa ta' 3,785 metru (12,418 pied). Il-baħar Tirren jinsab fil-post eżatt fejn jiltaqgħu l-qiegħan tal-Ewropa u tal-Afrika, għalhekk il-katina muntanjuża u l-vulkani attivi bħalma huwa l-Marsili, jinsabu fil-vixxri tiegħu. It-tmint igżejjer ta' Aeolian u ta' Ustika jinsabu lejn il-parti tan-nofsinhar tal-baħar, voldieri ftit metri lejn it-tramuntana ta' Sqallija.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali Idrografika tiddifenixxi il-limiti tal-baħar Tirren b'dawn it-termini.:
) u allura minn hemm wieħed jista' jkompli billi jgħaqqad lil Tino u l-gżejjer ta' Palmarja mal-punt ta' San Pietru (44°03′N 9°50′E / 44.05°N 9.833°E ) fuq il-kosta tal-Italja.
Wieħed għandu mnejn jinnota bl-erba' fetħiet eżistenti li jieħduk lil hinn mill-baħar Tirren (Mit-tramuntana san-Nofsinhar):
Fetħa | Destinazzjoni | Wisa' | Baħar konness |
---|---|---|---|
Kanal ta' Korsika | bejn Toskana u Korsika 42°50′N 9°45′E / 42.833°N 9.75°E | Xi 80 kilometru | Baħar Liguri |
Strett ta' Bonifacio | bejn Korsika u Sardinja | 11-il kilometru | Baħar Mediterran (proprju) |
Mingħajr Isem | bejn Sardinja and Sqallija | Xi 290 kilometru | Baħar Mediterran (proprju) |
Strett ta' Messina | bejn Sqallija u Kalabrija fuq it-takkuna tal-Italja | 3 kilometri | Baħar Jonju |
Il-Baħar Tirren huwa maqsum f'żewġ baċiri jew pjanuri, il-pjanura ta' Vavilox u ta' Marsili. Dawn huma seperati minn xulxin permezz ta' xifer sotterran, magħruf bħala l-pont ta' Issel, imsemmi wara Arturo Issel. Il-portijiet prinċipali tal-baħar Tirren fl-Italja huma: Napli, Palermo, Ruma, Salerno, Trapani, Gioia, Tauro u Cagliari. L-iktar port importanti ġewwa Franza huwa Bastia. Għalkemm il-frażi " Il-port ta' Ruma" hija użata frekwentament, ir-realtà tgħid li m'hemm l-ebda port viċin il-belt kapitali tal-Italja, Ruma. Minflok il-frażi "Il-port ta' Ruma" qiegħda tirreferi għall-faċilitajiet marittimi f'Civitavecchia, xi 42 mil lejn il-majjistral ta' Ruma, il-belt kapitali li tant wirtet storja.
Skont il-mitoloġija Griega, huwa maħsub li l-irdum minsub 'il fuq mill-baħar Tirren seta' serva ta' dar għall-erbat irjieħ miżmuma minn Aeolus. L-irjieħ imsemmija f'din il-mitoloġija huma Mistral mill-wied ta' Rhône, Libeccio li kien ġej mill-ilbiċ u Sicorro u Ostro li kien joqogħdu lejn l-inħawi tan-nofsinhar.
12°E / 40°N 12°E
This article uses material from the Wikipedia Malti article Baħar Tirren, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.