The Beatles

The Beatles kienet band popolari tas-sittinijiet.

Il-membri tal-band kienu John Lennon, Paul McCartney, George Harrison, u Ringo Starr. L-oriġini tal-band kienu f'Liverpool, l-Ingilterra.

The Beatles

Il-band eventwalment saret popolari mad-dinja kollha, u jitqiesu bħala waħda mill-iktar bands influwenti fl-istorja tal-mużika. Għall-bidu Alan Williams kien il-maniġer tagħhom, u iktar 'il quddiem postu ħadu Brian Epstein. George Martin kien il-produttur ta' bosta mill-albums tagħhom.

Kellhom 13-il album u numru ta' films. Biegħu il-fuq minn biljun (1,000,000,000) rekord, inklużi albums u singles.

Fl-1970, l-istress u l-fama għamlu tagħhom u The Beatles sfaxxaw u ma baqgħux idoqqu iktar flimkien. L-erbgħa li huma iżda, bdew karrieri ta' solisti. John Lennon ġie assassinat fl-1980, imma t-tliet Beatles l-oħra ingħaqdu fis-snin 1990 u ħarġu żewġ rekords oħra. Dawn kienu "Free As A Bird" u "Real Love". Il-vuċi ta' John intużat f'dawn id-diski, għaliex il-Beatles l-oħra żiedu l-mużika fuq xi wħud mit-tejpijiet antiki tiegħu.

Diskografija

  • Please Please Me (1963)
  • With the Beatles (1963)
  • A Hard Day's Night (1964)
  • Beatles for Sale (1964)
  • Help! (1965)
  • Rubber Soul (1965)
  • Revolver (1966)
  • Sgt. Pepper's Lonely Hearts Club Band (1967)
  • Magical Mystery Tour (1967) (Double EP)
  • The Beatles (White Album) (1968)
  • Yellow Submarine (1969)
  • Abbey Road (1969)
  • Let It Be (1970)


Diski

Xi diski popolari tal-Beatles huma:

  • She Loves You
  • I Wanna Hold Your Hand
  • A Hard Day's Night
  • Help!
  • Yesterday
  • Paperback Writer
  • Yellow Submarine
  • All You Need is Love
  • Hey Jude
  • Back in the U.S.S.R.
  • Let it Be
  • The Long and Winding Road

Films

  • A Hard Day's Night (1964), dirett minn Richard Lester, co-starred Wilfrid Brambell, Norman Rossington, John Junkin, Lionel Blair, Victor Spinetti, u Derek Nimmo
  • Help! (1965), dirett minn Lester, co-starred Leo McKern, Eleanor Bron, Victor Spinetti u Roy Kinnear
  • Magical Mystery Tour (1967), TV special ta' siegħa
  • Yellow Submarine, (1968) kartun
  • Let it Be (1970), film-dokumentarju dwar il-produzzjoni ta' l-album li jġib l-istess isem

Tags:

Ingilterra

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Temi ZammitTrinidad u TobagoPeléNo (teatru)Oliver FriggieriLingwaWikipedijaVallettaInkwiżizzjoni SpanjolaLingwa UkrenaKnejjes tal-PaċiUEFA Europa LeagueTavla perjodikaLibjaRepubblika tal-KongoElezzjonijiet Ġenerali 2022 (Malta)Trevor ŻahraJ.K. RowlingXigħaĠinevraWikiAbortAwstraljaAfganistanTestment il-QadimHugo ChetcutiRepubblika ĊekaBeninĠermanjaIsfarKristofru KolombuXewkijaBibbjaDinastija IdrisijaMona LisaLeonardo da VinciEkonomija ta' MaltaLibrerija Bolivarjana ta' MéridaMarsaxlokkOmeruTajlandjaNagħġaKnisja tal-Madonna tal-Ħniena, Bir id-DehebEnriku VIII tal-IngilterraĠanni BonniciTebe (Eġittu)Merkurju (pjaneta)ĦaitiIkħalJum ir-Repubblika (Malta)Avril LavigneKon-Katidral ta' San ĠwannNikita KrushchevMessikuGħanaKartaTazza GħawdxijaWikiversità🡆 More