Robert Lewandowski (Varsavja, 21 ta' Awwissu 1988) huwa plejer tal-futbol Pollakk li jilgħab għall-klabb Ġermaniż Bayern Munich u mat-Tim nazzjonali tal-Polonja bħala attakkant.
Preċidentament huwa lagħab għal Delta Warsaw, Legia Warsaw, Znicz Pruszków, Lech Poznań, u Borussia Dortmund.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 21 ta' Awwissu 1988 Varsavja, Polonja | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Bayern Munich | ||
Numru | 9 | ||
Mixtliet | |||
1996–1997 | Partyzant Leszno | ||
1997–2004 | MKS Varsovia Warsaw | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2005 | Delta Warsaw | ||
2005–2006 | Legia Warsaw II | ||
2006–2008 | Znicz Pruszków | ||
2006–2007 | Znicz II Pruszków | ||
2008–2010 | Lech Poznań | ||
2010–2014 | Borussia Dortmund | ||
2014– | Bayern Munich | ||
Tim nazzjonali | |||
2008 | Polonja U21 | ||
2008– | Polonja |
Lewandowski beda l-karriera tiegħu ma' Varsovia Warsaw, fejn lagħab għal seba' snin. Fis-sena ta' wara huwa mar ma' Delta Warsaw fejn irnexxielu jilgħab fl-ewwel tim u skorja erba' gowls.
Fl-istaġun 2006–07, Lewandowski kien l-aqwa skorer tat-Tielet Diviżjoni Pollakka bi 15-il gowl, fl-istess ħin huwa għen lil Znicz Pruszków jirbħu l-promozzjoni. Fl-istaġun ta' wara kien l-aqwa skorer fit-Tieni Diviżjoni Pollakka b'21 gowl.
F'Ġunju 2008, Lech Poznań iffirmaw lil Lewandowski minn Znicz għal 1.5 miljun zlotys.
Huwa għamel id-debutt tiegħu għal Lech f'Lulju 2008 bħala sostitut fl-ewwel taqsima tal-kwalifiki tal-UEFA Cup kontra Khazar Lenkoran mill-Ażerbajġan. F'dik il-logħba, hu skorja l-uniku gowl tal-logħba. Matul id-debutt tiegħu fl-Ekstraklasa fl-ewwel logħba tal-istaġun fil-logħba kontra GKS Bełchatów, huwa skorja gowl b'takkuna erba' minuti wara t-tieni taqsima. Fl-ewwel staġun tiegħu fl-ogħla diviżjoni Pollakka, huwa kien it-tieni fil-klassifika tal-aqwa skorers. Fl-istaġun ta' wara, sar l-aqwa skorer bi 18-il gowl u għen lit-tim tiegħu jirbaħ il-kampjonat.
Wara stampa ta' spekulazzjoni li Lewandowski jistgħa jiċċaqlaq għal wieħed minn numru ta' klabbs, huwa ngħaqad mal-klabb tal-Bundesliga Borussia Dortmund f'Ġunju 2010, billi ffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb Ġermaniż għal ħlas rappurtat li jkun jiswa madwar €4.5 miljun. Fid-19 ta' Settembru, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Bundesliga billi għamel l-iskor 3–0 fir-Revierderby kontra Schalke 04; il-logħba spiċċat fl-iskor ta' 3–1.
Fl-istaġun 2011–12 fil-kampanja tal-Bundesliga, Lewandowski pprofitta minn korriment ta' Lucas Barrios u hu kien elevat għal pożizzjoni dejjem preżenti mill-bidu sal-waqfa tax-xitwa. L-attakkant wieġeb billi sab ix-xibka darbtejn f'rebħa ta' 3-0 kontra SV Sandhausen fl-ewwel taqsima tad-DFB-Pokal. Lewandowski fetaħ il-kont tal-kamojonat tiegħu f'rebħa ta' 2–0 kontra 1. FC Nuremberg fl-20 ta' Awwissu 2011 billi jipprovdi l-kuntatt tal-irfinar minn Mario Götze. Fl-1 ta' Ottubru, Lewandowski pprovda assist u skorja tlett gowls f'rebħa ta' 4–0 kontra FC Augsburg, wara telfa diżappuntanti ta' 3–0 kontra Olympique de Marseille fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Dortmund telgħu fit-tieni post fil-Bundesliga b'rebħa komda ta' 5-0 kontra 1. FC Köln fit-22 ta' Ottubru, fejn Lewandowski sab ix-xibka f'kull naħa tal-ewwel taqsima. Dortmund vjaġġaw lejn SC Freiburg fis-17 ta' Diċembru u Lewandowski skorja darbtejn u provda assist għall-Kevin Großkreutz, fejn Dortmund rebħu faċilment bl-iskor ta' 4–1. Minħabba l-prestazzjoni b'saħħitha tiegħu, hu kien imsemmi l-Aqwa Plejer tas-Sena tal-Polonja.
Wara l-waqfa tax-xitwa, fit-22 ta' Jannar 2012, Dortmund għelbu lil Hamburger SV 5–1 biex jimxu b'livell ta' punti mal-mexxejja Bayern Munich; Lewandowski skorja darbtejn u żied assist għall-Jakub Błaszczykowski fir-rewwixta. Hu skorja l-uniku gowl tal-logħba f'rebħa ta' 1–0 kontra Bayern Munich fil-11 ta' April. Ir-riżultat ta lil Dortmund sitt punti fuq ir-rivali tat-titolu tagħhom fejn kellhom biss erba' logħob x'jilgħabu. Fil-21 ta' April, Lewandowski provda assist għall-Shinji Kagawa fid-59 minuta fejn Dortmund rebħu 2–0 kontra Borussia Mönchengladbach li ssiġillaw it-titolu għat-tieni darba. Fil-logħba finali tal-Bundesliga, Lewandowski skorja żewġ gowls fl-ewwel taqsima fejn Dortmund għelbu lil Freiburg 4–0 u ċċelebrataw l-irfigħ tat-titolu.
Lewandowski spiċċa s-sena bħala t-tielet l-aqwa skorer li skorja 22 gowls, l-ebda gowl minn penalti, u provda sitt assisti.
Fil-logħba finali tal-istaġun għall-Dortmund, huwa skorja tlett gowls fil-finali tad-DFB-Pokal, b'rebħa ta' 5–2 fuq Bayern Munich, li l-klabb kiseb l-ewwel kampjonat tiegħu u tazza doppja. Lewandowski spiċċa l-aqwa skorer tad-DFB-Pokal, b'seba' gowls f'sitt logħbiet.
Lewandowski għamel l-ewwel dehra fil-kampanja tal-Bundesliga f'rebħa ta' 2–1 kontra Werder Bremen fil-jum tal-ftuħ tal-istaġun. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu f'rebħa ta' 3–0 kontra Bayer Leverkusen fil-15 ta' Settembru 2012, b'hekk hu kabbar il-ġirja ta' Dortmund għall-31 logħbiet mingħajr telfa u ressaq lil-klabb fit-tielet post fil-Bundesliga. Huwa stabbilixxa rekord ġdid klabb tal-itwal strajk ta' gowls, wara li skorja fi 12-il logħba, huwa ssupera r-rekord ta' Friedhelm Konietzka mill-istaġun 1964–65.
L-ewwel logħba tal-istaġun kienet dik tal-UEFA Champions League, Lewandowski skorja l-uniku gowl enfatiku fis-87 minuta fejn Dortmund għelbu lil Ajax bl-iskor ta' 1–0. Fl-24 ta' April 2013, Lewandowski sar l-ewwel plejer li skorja erba' gowls fis-semi finali tal-UEFA Champions League fejn Dortmund għelbu lill-kampjuni Spanjoli Real Madrid bl-iskor ta' 4–1 fl-ewwel leg ġewwa Signal Iduna Park.
Skont id-direttur ta' Dortmund Michael Zorc, li tkellem fi Frar 2013, Lewandowski mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb, u jħalli fis-sajf tal-2013 jew wara l-istaġun 2013–14.
Lewandowski għamel tliet apparenzi għall-Polonja U21, f'logħob ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra, il-Belarus u l-Finlandja.
Id-debutt tiegħu għat-tim nazzjonali tal-kbar kien fl-10 Settembru 2008, tliet ġimgħat wara l-20 anniversarju tiegħu, kontra s-San Marino fejn hu daħal bħala sostitut u skorja gowl wieħed. Włodzimierz Lubański biss, li huwa ġeneralment meqjus bħala "leġġenda", skorja gowl fid-debutt tiegħu għat-tim nazzjonali ta' età iżgħar minn Lewandowski, fejn dakinhar kellu biss 16-il sena.
Huwa lagħab ġewwa Varsavja fil-logħba tal-ftuħ tal-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Greċja, Lewandowski skorja l-ewwel gowl tal-kompetizzjoni u kien imsemmi l-Plejer tal-Logħba. Huwa lagħab fit-tliet logħbiet kollha għall-Polonja fil-kompetizzjoni, fejn il-ko-ospiti ġew eliminati mill-fażi tal-gruppi b'żewġ punti miksuba.
Statistika korretta sal-24 ta' April 2013.
Klabb | Staġun | Kampjonat | Kampjonat | Tazza domestika | Ewropa | Oħrajn1 | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | |||
Delta Warszawa | 2004–05 | III Liga | 10 | 4 | 0 | 0 | – | – | 10 | 4 | ||
Legia II Warszawa | 2005–06 | II Liga | ? | 2 | 0 | 0 | – | – | ? | 2 | ||
Znicz Pruszków | 2006–07 | II Liga | 27 | 15 | 2 | 1 | – | – | 29 | 16 | ||
2007–08 | I Liga | 32 | 21 | 2 | 0 | – | – | 34 | 21 | |||
Total | 59 | 36 | 4 | 1 | – | – | – | – | 63 | 37 | ||
Lech Poznań | 2008–09 | Ekstraklasa | 30 | 14 | 6 | 2 | 12 | 4 | – | 48 | 20 | |
2009–10 | 28 | 18 | 1 | 0 | 4 | 2 | 1 | 1 | 34 | 21 | ||
Total | 58 | 32 | 7 | 2 | 16 | 6 | 1 | 1 | 82 | 41 | ||
Borussia Dortmund | 2010–11 | Bundesliga | 33 | 8 | 2 | 0 | 8 | 1 | – | 43 | 9 | |
2011–12 | 34 | 22 | 7 | 7 | 6 | 1 | 1 | 0 | 47 | 30 | ||
2012–13 | 27 | 23 | 4 | 1 | 11 | 10 | 1 | 1 | 43 | 35 | ||
Total | 94 | 53 | 13 | 8 | 25 | 12 | 2 | 1 | 132 | 74 |
1 Inklużi s-Super Cup Pollakka, DFL-Supercup.
Polonja | Sena | Ħbiberija | Kwalifiki | Kompetizzjoni | Total | ||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
2008 | 1 | 1 | 3 | 1 | - | - | 4 | 2 | |
2009 | 6 | 0 | 6 | 1 | - | - | 12 | 1 | |
2010 | 13 | 6 | - | - | - | - | 13 | 6 | |
2011 | 11 | 4 | - | - | - | - | 11 | 4 | |
2012 | 4 | 1 | 3 | 0 | 3 | 1 | 10 | 2 | |
2013 | 1 | 0 | 2 | 2 | - | - | 3 | 2 | |
Total | 36 | 12 | 14 | 4 | 3 | 1 | 53 | 17 |
# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 10 ta' Settembru 2008 | Stadio Olimpico, Serravalle | San Marino | 2–0 | 2–0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 |
2. | 19 ta' Novembru 2008 | Croke Park, Dublin | Irlanda | 3–1 | 3–2 | Logħba ta' ħbiberija |
3. | 1 ta' April 2009 | Arena Kielc, Kielce | San Marino | 4–0 | 10–0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 |
4. | 23 ta' Jannar 2010 | Stadju 80th Birthday, Nakhon Ratchasima | Singapor | 1–0 | 6–1 | 2010 King's Cup |
5. | 2–0 | |||||
6. | 3 ta' Marzu 2010 | Stadion Polonii Warszawa, Varsavja | Bulgarija | 2–0 | 2–0 | Logħba ta' ħbiberija |
7. | 7 ta' Settembru 2010 | Stadju Miejski, Krakovja | Awstralja | 1–1 | 1–2 | Logħba ta' ħbiberija |
8. | 17 ta' Novembru 2010 | Stadion Miejski, Poznan | Kosta tal-Avorju | 1–0 | 3–1 | Logħba ta' ħbiberija |
9. | 3–1 | |||||
10. | 9 ta' Frar 2011 | Estádio Algarve, Faro | Norveġja | 1–0 | 1–0 | Logħba ta' ħbiberija |
11. | 6 ta' Settembru 2011 | PGE Arena Gdańsk, Gdańsk | Ġermanja | 1–0 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
12. | 7 ta' Ottubru 2011 | Stadju Seoul World Cup, Seoul | Korea t'Isfel | 1–0 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
13. | 11 ta' Ottubru 2011 | BRITA-Arena, Wiesbaden | Bjelorussja | 2–0 | 2–0 | Logħba ta' ħbiberija |
14. | 2 ta' Ġunju 2012 | Pepsi Arena, Varsavja | Andorra | 2–0 | 4–0 | Logħba ta' ħbiberija |
15. | 8 ta' Ġunju 2012 | Grawnd Nazzjonali, Varsavja | Greċja | 1–0 | 1–1 | Kampjonati Ewropej 2012 |
16. | 26 ta' Marzu 2013 | Grawnd Nazzjonali, Varsavja | San Marino | 1–0 | 5-0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 |
17. | 3–0 |
Missier Lewandowski, Krzysztof (miet fl-1995), kien kampjun Pollakk tal-ġudo, u wkoll lagħab futbol għall-Hutnik Warszawa fit-tieni diviżjoni. Ommu, Iwona, hija eks-plejer tal-volibol li kienet tilgħab ma' AZS Warszawa u aktar tard saret viċi-president ta' Partyzant Leszno. Oħtu, Milena, ukoll tilgħab il-volibol u rrappreżentat it-tim nazzjonali tal-U21. L-għarusa tiegħu, Anna Stachurska, li rebħet il-medalja tal-bronż tat-Tazza tad-Dinja tal-Karat 2009. Dawn huma poġġuti biex jiżżewġu fl-2013 ġewwa Varsavja. Lewandowski huwa Kattoliku devot, u qal li huwa kburi bil-fidi tiegħu.
Wiki Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Robert Lewandowski |
This article uses material from the Wikipedia Malti article Robert Lewandowski, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.