Pika

Il-Piki (singular Pika) huma it-30 speċi ta' mammiferi tal-familja Ochotonidae (b' hekk jissejħu okotoni ukoll) li hija waħda miż-2 familji li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha li jinkludi fiħ il-fniek u l-liebri (jew kif jissejħu wkoll il-leporidi).

L-ispeċijiet kollha ta' piki estanti qegħdin miġburin f'ġeneru 1 biss, il-ġeneru Ochotona.

Piki
Pika
Pika Amerikana Ochotona princeps
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Ochotonidae
Thomas, 1897
Ġeneru: Ochotona
Link, 1795
Sottoġeneri
Pika
Snien inċisivi tal-lagomorfi li ma ntiklux ma' l-ikel. i - l-ewwel par ta' inċisivi, i2 - it-tieni par ta' inċisivi fuq wara ta' l-ewwel par, inċisivi tipiċi tal-Lagomorfi.

Il-Piki jirreferu għalijhom bl-isem ta' fniek il-ġebel u magħrufa bħala liebri tas-suffara ukoll minħabba l-għajta għolja li jagħmlu biex iwissu lil xulxin b'xi periklu. L-isem Pika jidher li ġej mill-kelma "piika" tal-lingwa Tungus jew saħansitra mill-kelma Russa "pikat'", li tfisser "twerżieqa".

Il-Piki huma nattivi ta' klimi kesħin, l-aktar ta' l-Asja, ta' l-Amerika ta' fuq u ta' l-Ewropa tal-Lvant. Il-Piki ta' l-Ewropa u l-Asja normalment jgħixu fi gruppi familjari u jaqsmu x-xogħolijiet tal-ġurnata bejniethom (eż. ġbir ta' ikel u l-għassa għall-periklu). Dawk ta' l-Amerika ta' fuq (eż.Ochotona princeps u Ochotona collaris) huma asoċjali jew solitarji.

Il-Piki jilħqu l-quċċata ta' l-attivita tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa. Dawn il-mammiferi ma jorqdux fix-xitwa bħal annimali oħra, għalhekk iridu jaħżnu t-tiben għall-ikel u s-sħana. Il-Piki jagħmlu dan billi jiġbru ħxejjex friski f'munzell barra fix-xemx u kif jinxef dan jinġarr fil-bejtiet taħt l-art għall-ħażna, biex imbagħad jintuża matul ix-xitwa.

Klassifikazzjoni

Ġeneri estinti

  • Ġeneru Piezodus (Viret, 1929)
  • Ġeneru Oklahomalagus (Dalquest et al., 1996)
  • Ġeneru Oreolagus (Dice, 1917)
  • Ġeneru Sinolagomys (Li & Qiu, 1980)
  • Ġeneru Amphilagus (Pomel, 1853)
    • Amphilagus antiquus (Pomel, 1853)
    • Amphilagus fontannesi (Deperet, 1887)
    • Amphilagus ulmensis (Tobien, 1974)
  • Ġeneru Austrolagomys (Stromer, 1926)
    • Austrolagomys hendeyi (Mein u Pickford, 2003)
    • Austrolagomys inexpectatus (Mein u Pickford, 2003)
  • Ġeneru Albertona
    • Albertona balkanica
  • Ġeneru Desmatolagus (Matthew & Granger, 1923)
    • Desmatolagus gobiensis (Matthew & Granger, 1927)
    • Desmatolagus ardynense
    • Desmatolagus robustus
    • Desmatolagus pusillus (Teilhard de Chardin, 1926)
    • Desmatolagus schizopetrus (Dawson, 1965)
    • Desmatolagus vetustus
  • Ġeneru Eurolagus (López-Martínez, 1977)
    • Eurolagus fontannesi (Depéret, 1887)
  • Ġeneru Lagopsis (Schlosser, 1884)
    • Lagopsis verus (Hensel, 1856)
  • Ġeneru Paludotona (Dawson, 1959)
    • Paludotona etruria
  • Ġeneru Marcuinomys (Lavocat, 1951)
    • Marcuinomys spiracensis
  • Ġeneru Titanomys (von Meyer, 1843)
    • Titanomys visenoviensis (von Meyer, 1843)
  • Ġeneru Ochotonoma (Sen, 1998)
    • Ochotonoma anatolia (Sen, 1998)
  • Ġeneru Ochotonoides (Teilhard de Chardin et Young, 1931)
    • Ochotonoides complicidens (Boule et Teilhard de Chardin, 1928)
    • Ochotonoides danubicus (Topachevsky et Scorik, 1977)
    • Ochotonoides kujalnikensis (Topachevsky et Scorik, 1977)
  • Ġeneru Gymnesicolagus (Mein & Adrover, 1982)
    • Gymnesicolagus gelaberti (Mein & Adrover, 1982)
  • Ġeneru Hesperolagomys (Clark et al., 1964)
    • Hesperolagomys fluvlatilis (Storer, 1970)
    • Hesperolagomys galbreathi (Clark et al., 1964)
  • Ġeneru Heterolagus (Crusafont Pairó et al., 1955) (estint)
  • Ġeneru Russellagus (Storer, 1970)
    • Russellagus vonhofi (Storer, 1970)

Referenzi

  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4.


Ħoloq Esterni

Tags:

Pika KlassifikazzjoniPika ReferenziPika Ħoloq EsterniPikaFamiljaFenekLagomorphaLeporiduLiebruMammiferuOchotonaOchotonidaeOkotonOrdniSpeċiĠeneru

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Dun Karm PsailaEugenio MontaleIran2016Ira LoscoFrancesco AzopardiJemenFilippiniSpanjaKulturaLista ta' pajjiżi skont l-erjaMerkurju (pjaneta)MontenegroPresident ta' MaltaĊinaBaha'iGanaAfganistanJoseph MuscatClaudio MonteverdiGżira ManoelTrevor ŻahraMostaDonald TrumpIż-ŻurrieqLingwa GriegaDom MintoffNawruSoċjetà tad-Duttrina NisranijaBelġjuBaalbekCarol PeraltaKanal ta' SuezĠnus MagħqudaVallettaTrama (narrattiva)BirguIstanbulSamoaLe Havre2 ta' JannarTuvaluKummissjoni EwropeaDivorzjuĠeometrijaFurnarIt-Tieni Gwerra DinjijaIljunGħasfurBurmaTallinnISO 3166-1Kurgan (belt)Pajjiżi tad-dinjaZagoriMyriam Spiteri DebonoMalarjaXemxĦamrun Spartans FCBurundiĊessSengħaTrevor TemplemanMikiel Anton VassalliĊekjaTriq ta' Sant'AnnaKarbonjuDu Fu🡆 More