Giuseppe Verdi

Giuseppe Fortunino Francesco Verdi (10 ta' Ottubru, 1813, Roncole - 27 ta' Jannar, 1901, Milan), kien kompożitur romantiku Taljan. Ix-xogħol tiegħu, magħmul essenzjalment minn opri li jikkombinaw il-qawwa melodika mal-forza psikoloġika u leġġendarja, huwa wieħed mill-aktar importanti fl-istorja tat-teatru mużikali.
Verdi kien wieħed mill-kompożituri ta' opri Taljani l-aktar influwenti tas-seklu 19, b'influwenza li nistgħu nqabbluha ma' dik ta' Bellini, Donizetti, Puccini u Rossini. Ix-xogħlijiet tiegħu huma spiss rappreżentati fit-teatri tal-opra tad-dinja kollha u ċerti melodiji mill-opri tiegħu ilhom ħafna li saru parti mill-kultura popolari, bħal, pereżempju, "La donna è mobile" minn Rigoletto, "Brindisi" minn La Traviata, "Va, pensiero" minn Nabucco jew il-"Marċ Trijonfali" minn Aida. L-opri ta' Verdi għadhom jiddominaw ir-repertorju tal-arti lirika, seklu u nofs wara li nħolqu.
Verdi ma tantx kien impenjat politikament. Madankollu kien jawtorizza l-użu tal-immaġni u tax-xogħlijiet tiegħu fil-proċess tal-unifikazzjoni tal-peniżola Taljana. Għal dir-raġuni, Verdi sar, flimkien ma' Garibaldi u Cavour, figura emblematika tar-Risorgimento.

Giuseppe Verdi
Giuseppe Verdi
Senatur tar-Renju tal-Italja

15 Novembru 1874 - 3 Ottubru 1876
Membru tal-Kamra tad-Deputati tar-Renju tal-Italja

3 Frar 1861 - 7 Settembru 1865
Ħajja
Twelid Le Roncoleu Italja, 10 Ottubru 1813, 9 Ottubru 1813
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Dukat ta' Parma
Mewt Milan, 27 Jannar 1901
Post tad-dfin Casa de Riposo por Musicisti
Kawża tal-mewt kawżi naturali (puplesija)
Familja
Konjuga/i Margherita Barezzi  (4 Mejju 1836 -  19 Ġunju 1840)
Giuseppina Strepponi  (29 Awwissu 1859 -  14 Novembru 1897)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Vincenzo Lavigna
Ferdinando Provesi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
surmast tal-orkestra
kittieb
politiku
Xogħlijiet importanti La traviata
Rigoletto
Aida
Nabucco
Il Trovatore
Requiem
Falstaff (en) Translate
Quattro Pezzi Sacri (en) Translate
Premjijiet
List
  • Pour le Mérite for Sciences and Arts order Pour le Mérite for Sciences and Arts order
    Knight Grand Cross of the Order of Saints Maurice and Lazarus Knight Grand Cross of the Order of Saints Maurice and Lazarus
    Order of Saint Stanislaus Order of Saint Stanislaus
    Kavallier tal-Leġjun tal-Unur Kavallier tal-Leġjun tal-Unur  (1847)
    Grand Cross of the Legion of Honour Grand Cross of the Legion of Honour
    Civil Order of Savoy Civil Order of Savoy
    Order of the Medjidie Order of the Medjidie
    Knight grand cross of the order of the crown of Italy Knight grand cross of the order of the crown of Italy
    Commander's Cross of the Order of Franz Joseph Commander's Cross of the Order of Franz Joseph
    Pour le Mérite Pour le Mérite
    Order of Saint Stanislaus Order of Saint Stanislaus
Sħubija L-Akkademja Żvediża tal-Mużika
Moviment mużika romantika
Moviment artistiku mużika klassika
opra
Strument/i tal-mużika pjanu

Bijografija

Huwa beda’ juri x-xewqa għall-mużika meta kien għadu żgħir u rċieva ftit lezzjonijiet mill-organista tar-raħal. Missieru, Carlo Verdi, kien jieħu ħsieb lukanda u ħanut tal-merċa; kien fqir biex jagħti lit-tifel tiegħu edukazzjoni tajba, imma t-tifel għogbitu n-nota ta’ Antonio Barezzi (merkant u dilettant tal-mużika fil-Belt ta’ Busseto) li nkoraġġih u assistih fl-edukazzjoni mużikali. Minbarra li kkopja partijiet u emula l-organista tal-belt, Verdi beda jikteb biċċiet mill-mużika għas-Soċjetà Filarmonika Lokali u għall-knisja wkoll.

Fl-eta’ ta’ tmintax-il-sena, Barezzi tah borża ta’ studju biex imur Milan u jistudja fiil-Konservatorju. Huwa ma ġiex milqugħ minħabba l-età imma baqa’ Milan għal tliet snin, jistudja ma’ Vincenzo Lavigna, mużiċista fl-orkestra tat-teatru La Scala. Fl-1834 Verdi rritorna f’Busseto biex jitħarreġ, bl-appoġġ tal-Maestro tal-kappella. Inħatar bħala Maestro tal-Mużika għall-Komunisti u kellu rwol importanti fil-ħajja tal-Belt.

Fl-1836 huwa żżewweg lil Margherita Barezzi, it-tifla tal-Patrun tiegħu. Giuseppe Verdi miet fl-1901 fl-età ta' 88 sena.

Xogħlijiet

L-ewwel opra tiegħu, "Oberto", ġiet aċċettata għall-provi f’La Scala. Wara xhur ta’ posponimenti, fl-aħħar li kienet ipproduċiet fl-1839 kienet suċċess kbir meta ppubblikah Giovanni Ricordi. Il-mużika Taljana ġiet ippublikata tant li l-kumpanija għamlet il-qligħ mill-mużika ta’ Verdi.

Lista ta’ xogħlijiet prinċipali ta’ Verdi

Opri liriċi

  • Oberto, Conte di San Bonifacio (Teatro La Scala ta' Milan, 17 ta' Novembru 1839)
  • Un giorno di regno (Teatro La Scala ta' Milan, 5 ta' Settembru 1840)
  • Nabucco (Teatro La Scala ta' Milan, 9 ta' Marzu 1842)
  • I Lombardi alla prima crociata (Teatro La Scala ta' Milan, 11 ta' Frar 1843)
  • Ernani (Gran Teatro La Fenice ta' Venezja, 9 ta' Marzu 1844)
  • I due Foscari (Teatro Argentina ta' Ruma, 3 ta' Novembru 1844)
  • Giovanna d'Arco (Teatro La Scala ta' Milan, 15 ta' Frar 1845)
  • Alzira (Teatro di San Carlo ta' Napli, 12 ta' Awwissu 1845)
  • Attila (Gran Teatro La Fenice ta' Venezja, 17 ta' Marzu 1846)
  • Macbeth (Teatro della Pergola ta' Firenze, 14 ta' Marzu 1847)
  • I masnadieri (Her Majesty's Theatre ta' Londra, 22 ta' Lulju 1847)
  • Jérusalem (Opéra national ta' Pariġi, 26 ta' Novembru 1847)
  • Il corsaro (Teatro Grande ta' Trieste, 25 ta' Ottubru 1848)
  • La battaglia di Legnano (Teatro Argentina ta' Ruma, 27 ta' Jannar 1849)
  • Luisa Miller (Teatro San Carlo ta' Napli, 8 ta' Diċembru 1849)
  • Stiffelio (Teatro Grande ta' Trieste, 16 ta' Novembru 1850)
  • Rigoletto (Teatro La Fenice ta' Venezja, 11 ta' Marzu 1851)
  • Il trovatore (Teatro Apollo ta' Ruma, 19 ta' Jannar 1853)
  • La traviata (Teatro La Fenice ta' Venezja, 6 ta' Marzu 1853)
  • Les vêpres siciliennes (Opéra national ta' Pariġi, 13 ta' Ġunju 1855)
  • Simon Boccanegra (Teatro La Fenice ta' Venezja, 12 ta' Marzu 1857)
  • Aroldo (Teatro Nuovo ta' Rimini, 16 ta' Awwissu 1857)
  • Un ballo in maschera (Teatro Apollo ta' Ruma, 17 ta' Frar 1859)
  • La forza del destino (Teatru Mariinskij ta' San Pietruburgu, 10 ta' Novembru 1862)
  • Don Carlos (Opéra national ta' Pariġi, 11 ta' Marzu 1867)
  • Aida (Teatru tal-Opra tal-Kajr, 24 ta' Dicembru 1871)
  • Otello (Teatro La Scala ta' Milan, 5 ta' Frar 1887)
  • Falstaff (Teatro La Scala ta' Milan, 9 ta' Frar 1893)

Referenzi

Tags:

Giuseppe Verdi BijografijaGiuseppe Verdi XogħlijietGiuseppe Verdi ReferenziGiuseppe Verdi

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

TajwanIl-Madonna tal-GħarOċean AtlantikuIraqEdukazzjoniXi JinpingSarajevoIsaac NewtonSkopjeQerda tal-innoċentiFrida KahloKatowiceŻimbabweEdwin GrechSomaljaDun Kixott mill-ManċaSan Injazju ta' LoyolaĊinaAssoċjazzjoni tal-Futbol ta' MaltaVeneżwelaUnjoni EwropeaĠordanJean Parisot de la ValetteBeninCharles MangionReggie MillerUngerijaSerbjaPolonjaGwerra Ċivili AmerikanaKċina MaltijaErojFaragħunWikiversitàSan MarinoKorea t'IsfelDun Ġorġ PrecaSegoviaĠeneru (tassonomija)AnnimalJane AustenKażakistanGrammatika MaltijaL-IklinMona LisaAlfabett MaltiBogotáAsjaAmburguKristjaneżmuL-OlokawstJaipurMatematikaBelarussjaMao ZedongĊekjaMoskaReliġjon LhudijaGonzalo HiguaínReliġjonTerence Scerri🡆 More