Fernando Botero: Pittur u skultur Kolombjan

Fernando Botero Angulo (twieled fid-19 ta' April 1932 – miet fil-15 ta' Settembru 2023) kien artist u skultur figurattiv Kolombjan li twieled f'Medellín.

L-istil partikolari tiegħu, magħruf bħala "Boteriżmu", juri lin-nies u l-figuri b'dehra ħoxna u eżaġerata, li jaf tirrappreżenta kritika politika jew umoriżmu, skont liema tkun l-opra. Huwa kien jitqies bħala l-iżjed artisti magħruf u kkwotat mill-Amerka Latina matul ħajtu, u l-arti tiegħu tinsab f'postijiet viżibbli ħafna madwar id-dinja, bħal Park Avenue fil-Belt ta' New York u Champs-Élysées f'Pariġi, fi żminijiet differenti.

Fernando Botero
Fernando Botero: Bijografija, Stil, Donazzjonijiet
Ħajja
Isem propju Luis Fernando Botero Angulo
Twelid Medellín, 19 April 1932
Nazzjonalità Kolombja
Franza
Grupp etniku Kolombjani
Mewt Monaco, 15 Settembru 2023
Kawża tal-mewt kawżi naturali (pulmonite)
Familja
Konjuga/i Gloria Zea (en) Translate  (1955 -  1960)
Sophía Vári (en) Translate  (1978 -  5 Mejju 2023)
Ulied
uri
  • Fernando Botero Zea (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università Nazzjonali tal-Kolombja
Real Academia de Bellas Artes de San Fernando (en) Translate
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
skultur
disinjatur
Illustratur
disinjatur tal-bini
Parteċipant
Post tax-xogħol Bogotá
Pariġi
Ġermanja
Pietrasanta
Messiku
Belt ta' New York
Medellín
Xogħlijiet importanti The Bullfight (en) Translate
The death of Luis Chalmeta (en) Translate
The Raval Cat (en) Translate
Premjijiet
List
  • Grand Cross of the Order of Isabella the Catholic Grand Cross of the Order of Isabella the Catholic  (2007)
    Cruz de Boyaca  (1977)
    honorary doctor of the University of Miami  (14 Mejju 1999)
Influwenzat minn Francisco Goya
Diego Velázquez (en) Translate
Piero della Francesca (en) Translate
Diego Rivera (en) Translate
Sħubija Akkademja Bavarjana tal-Belle Arti
Moviment arti kontemporanja
Moviment artistiku arti figurattiva
allegorija
ritratt

Botero, li sejjaħ lilu nnifsu bħala "l-iżjed Kolombjan fost l-artisti Kolombjani", sar prominenti fuq livell nazzjonali meta rebaħ l-ewwel premju fis-Salón de Artistas Colombianos fl-1958. Huwa beda joħloq skulturi wara li ttrasferixxa ruħu f'Pariġi fl-1973, u kiseb fama internazzjonali b'wirjiet madwar id-dinja sas-snin 90 tas-seklu 20. L-arti tiegħu tinsab f'kollezzjonijiet ta' bosta mużewijiet internazzjonali, korporazzjonijiet u kollezzjonisti privati. Fl-2012, huwa ngħata l-Premju għall-Għomor għall-Iskultura Kontemporanja taċ-Ċentru Internazzjonali tal-Iskultura.

Bijografija

Ħajja bikrija

Fernando Botero twieled f'Medellín fl-1932. Missieru kien David Botero (1895-1936) u ommu kienet Flora Angulo (1898-1972). Missieru, bejjiegħ li kien jivvjaġġa riekeb fuq żiemel, miet b'attakk tal-qalb meta Fernando kellu erba' snin. Ommu ħadmet bħala ħajjata biex tappoġġa l-familja. Zijuh assuma rwol ewlieni f'ħajtu. Għalkemm kien iżolat mill-arti ppreżentata fil-mużewijiet u istituti kulturali oħra, Botero kien influwenzat mill-istil Barokk tal-knejjes kolonjali u l-ħajja tal-belt ta' Medellín matul it-trobbija tiegħu.

Botero ngħata l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-Ateneo Antioqueño u bis-saħħa ta' borża ta' studju, huwa kompla l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-Iskola tal-Ġiżwiti ta' Bolívar. Fl-1944, iz-ziju ta' Botero batu fi skola għall-matador għal sentejn. Fl-1948, meta kellu 16-il sena, Botero ppubblikawlu l-ewwel illustrazzjonijiet tiegħu fis-suppliment tal-Ħadd ta' El Colombiano, waħda mill-gazzetti l-iktar importanti f'Medellín. Huwa uża l-flus li tħallas biex jattendi l-iskola postsekondarja fil-Liceo de Marinilla de Antioquia.

Karriera

Ix-xogħol ta' Botero ntwera għall-ewwel darba fl-1948, f'wirja kollettiva flimkien ma' artisti oħra mir-reġjun. Mill-1949 sal-1950, Botero ħadem bħala disinjatur xenografiku qabel ma ttrasferixxa ruħu lejn Bogotá fl-1951. Meta kien żgħir Botero ħadem ukoll bħala illustratur tal-gazzetti biex isostni l-interessi artistiċi tiegħu u qabel ma attenda l-Akkademja ta' San Fernando. Il-Mużew tal-Arti ta' Pérez f'Miami xtara pittura tan-natura mejta tal-ewwel jiem tal-karriera ta' Botero li turi t-tuffieħ bħala s-suġġett ewlieni, li kienet influwenza tal-movimenti artistiċi storiċi Ewropej u tal-pitturi tas-seklu 20. L-ewwel wirja individwali tiegħu saret fil-Galería Leo Matiz f'Bogotá, ftit xhur wara l-wasla tiegħu. Fl-1952, Botero mbagħad ivvjaġġa flimkien ma' grupp ta' artisti lejn Barċellona, fejn baqa' għal żmien qasir qabel ma mar jgħix f'Madrid.

F'Madrid, Botero studja fl-Academia de San Fernando.

Fl-1953, Botero mar jgħix f'Pariġi, fejn qatta' l-biċċa l-kbira tal-ħin tiegħu fil-Louvre, jistudja l-opri fi ħdan il-mużew. Huwa għex f'Firenze mill-1953 sal-1954, fejn studja x-xogħlijiet tal-mastri tar-Rinaxximent. Iktar 'il quddiem, huwa għex fil-biċċa l-kbira f'Pariġi, iżda qatta' xahar fis-sena fil-belt nattiva tiegħu ta' Medellín. Huwa kellu iktar minn 50 wirja fil-bliet ewlenin madwar id-dinja, u x-xogħol tiegħu jinbigħ għal miljuni ta' dollari. Fl-1958, huwa rebaħ id-disa' edizzjoni tas-Salón de Artistas Colombianos.

Bejn l-1963 u l-1964, Botero pprova joħloq l-iskulturi. Minħabba diffikultajiet finanzjarji li ma ppermettulux jaħdem bil-bronż, huwa għamel skulturi bir-reżina akrilika u biċ-ċana. Eżempju notevoli ta' dan iż-żmien kien Ras Żgħira (ta' Isqof) fl-1964, skultura mpittra b'realiżmu kbir. Madankollu, il-materjali kien jgħaddi wisq ilma minnu, u Botero ddeċieda li ma jibqax juża dan il-metodu.

Fl-2004, Botero tella' wirja ta' sensiela ta' 27 tpinġija u 23 pittura rigward il-vjolenza fil-Kolombja mill-1999 sal-2004. Huwa ta x-xogħlijiet b'donazzjoni lill-Mużew Nazzjonali tal-Kolombja, fejn intwerew għall-ewwel darba.

Stampa:Abughraib.jpg
Abu Ghraib, 2005, żejt fuq it-tila. Botero pitter l-abbużi ta' Abu Ghraib bejn l-2004 u l-2005 bħala akkuża permanenti.

Fl-2005, Botero attira attenzjoni konsiderevoli għas-sensiela tiegħu ta' Abu Ghraib, li ntweriet għall-ewwel darba fl-Ewropa. Huwa bbaża x-xogħlijiet fuq rapporti ta' abbużi tal-forzi tal-Istati Uniti fil-ħabs ta' Abu Ghraib matul il-Gwerra tal-Iraq. Huwa beda b'idea li kellu waqt vjaġġ fuq l-ajruplan, u pproduċa iktar minn 85 pittura u 100 tpinġija fejn esplora dan il-kunċett u "pitter kemm felaħ sakemm ħareġ il-velenu kollu". Is-sensiela ntweriet f'żewġ postijiet fl-Istati Uniti fl-2007, inkluż f'Washington D.C. Botero kien qal li ma kienx se jbigħ ix-xogħlijiet tiegħu, iżda kien se jagħtihom b'donazzjoni lill-mużewijiet. Fl-2009, il-Mużew tal-Arti ta' Berkeley kiseb (bħala donazzjoni mill-artist) 56 pittura u tpinġija mis-sensiela ta' Abu Ghraib, li huma disponibbli online. Selezzjonijiet mis-sensiela ġew inklużi regolarment fil-wirjiet annwali tal-mużew dwar l-Arti għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fl-2006, wara li kien iffoka b'mod esklużiv fuq is-sensiela ta' Abu Ghraib għal iktar minn 14-il xahar, Botero reġa' lura għat-temi tal-ħajja bikrija tiegħu, bħall-familja u l-maternità. F'Une Famille, Botero rrappreżenta l-familja Kolombjana, suġġett li pitter spiss fis-snin 70 u 80 tas-seklu 20. Fil-Maternità, Botero rrepeta kompożizzjoni li kien diġà pitter fl-2003, fejn irnexxielu jevoka materjal bellusi u senswali, b'bixra speċjali u bħala xhieda tal-involviment personali tal-artist. Il-wild fit-tpinġija tal-2006 għandu ferita fin-naħa tal-lemin ta' sidru, donnu l-artist xtaq jidentifikah ma' Ġesù Kristu, u b'hekk jagħti tifsira reliġjuża li ma kinitx preżenti fix-xogħol tal-arti tiegħu tal-2003.

Fl-2008, huwa wera x-xogħlijiet tal-kollezzjoni tiegħu msejħa Iċ-Ċirklu, b'20 opra tal-arti biż-żejt u bl-akkwarelli. F'intervista li saritlu fl-2010, Botero qal li huwa kien lest għal suġġetti oħra: "Wara dan kollu, jien dejjem nerġa' lura għall-iżjed affarijiet sempliċi: in-natura mejta".

Stil

Fernando Botero: Bijografija, Stil, Donazzjonijiet 
Mara bil-frott, Bamberg, il-Ġermanja.

Filwaqt li x-xogħol tiegħu jinkludi natura mejta u pajsaġġi, Botero kkonċentra fuq ir-ritratti f'qagħda partikolari. Il-pitturi u l-iskulturi tiegħu huma kkollegati b'proporzjonijiet eżaġerati jew b'figuri "ħoxnin", kif sejħilhom hu stess darba minnhom. Botero spjega l-użu tiegħu ta' dawn "in-nies imbaċċin", kif spiss isejħulom il-kritiċi:

"Artist ikun attirat lejn ċertu tipi ta' forom mingħajr ma jkun jaf għalfejn. Inti tadotta pożizzjoni bl-istint; u mbagħad wara biss tipprova tħares lejha b'mod razzjonali jew saħansitra tipprova tiġġustifikaha".

Għalkemm qatta' xahar biss fis-sena fil-Kolombja, huwa kkunsidra lilu nnifsu bħala "l-iżjed artist Kolombjan ħaj", minħabba l-iżolament tiegħu mix-xejriet internazzjonali tad-dinja tal-arti.

Donazzjonijiet

Fernando Botero: Bijografija, Stil, Donazzjonijiet 
Plaza Botero f'Medellín, sit turistiku importanti tal-belt.

Botero ta b'donazzjoni għadd kbir ta' opri tal-arti lill-mużewijiet f'Bogotá u f'raħal twelidu, Medellín. Fis-sena 2000, Botero ta b'donazzjoni 123 opra tal-arti tiegħu u 85 opra tal-arti mill-kollezzjoni personali tiegħu lill-Museo Botero f'Bogotá, inkluż xogħlijiet ta' Chagall, Picasso, Robert Rauschenberg, u l-impressjonisti Franċiżi. Huwa ta b'donazzjoni 119-il opra tal-arti lill-Mużew ta' Antioquia, inkluż 23 skultura tal-bronż għall-pjazza ta' quddiem il-mużew, li saret magħrufa bħala Plaza Botero.

B'rispons għall-proċess ta' paċi Kolombjan, Botero ħoloq u ta b'donazzjoni l-iskultura La paloma de la paz (2016) lill-Gvern tal-Kolombja sabiex ifakkar l-iffirmar u r-ratifikazzjoni tal-ftehim.

Ħajja personali

Botero żżewweġ darbtejn. Mal-ewwel mara tiegħu, Gloria Zea (1935-2019), li iktar 'il quddiem saret id-direttur tal-Istitut tal-Kultura Kolombjan (Colcultura), kellu tlett itfal: Fernando, Lina u Juan Carlos. Huma ddivorzjaw fl-1960 u Botero mar jgħix fil-Belt ta' New York, fejn għex għal 14-il sena qabel ma mar jgħix f'Pariġi.

Fl-1964 Botero beda jgħix ma' Cecilia Zambrano. Kellhom iben li twieled fl-1974, li nqatel fl-1979 f'aċċident bil-karozza li fih weġġa' Botero wkoll. Botero u Zambrano sseparaw fl-1975.

It-tieni mara ta' Botero kienet l-artista Griega Sophia Vari (1940-2023), li rresjieda magħha f'Pariġi u f'Montecarlo. Il-koppja kellha dar ukoll f'Pietrasanta, l-Italja. F'għeluq it-80 sena tiegħu, Botero tfakkar b'wirja tal-opri tiegħu f'Pietrasanta.

Mewt

Botero miet minħabba komplikazzjonijiet ta' polmonite fil-15 ta' Settembru 2023, ta' 91 sena.

Kultura popolari

Il-pittura ta' Botero tal-1964, il-Papa Ljun X (wara Rafael) saret famuża mill-ġdid bħala meme popolari fuq l-internet. Spiss tintwera bid-didaskalija "y tho".

Gallerija

Referenzi

Tags:

Fernando Botero BijografijaFernando Botero StilFernando Botero DonazzjonijietFernando Botero Ħajja personaliFernando Botero Kultura popolariFernando Botero GallerijaFernando Botero ReferenziFernando BoteroArtiBelt ta' New YorkId-DinjaKolombjaPariġiPolitika

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista (Caravaggio)Mdina (kwartier)VjetnamTongaGrammatika MaltijaĠeometrijaJohann Christian BachKoleraGreċjaWikidataFurnarTuvaluŻona tal-ħinĠużeppi De PiroNitroġenuTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930Roberta Metsola Tedesco TriccasĠordanEkonomija ta' MaltaKoranSydneyIraqRużar BriffaRelattività ristrettaLingwa MaltijaKirġiżistanInstagramMaldiviLe HavreTurkijaRenju UnitBelt ta' New YorkDun Karm PsailaIranSan Franġisk t'AssisiEfesuBakuĦal TarxienWikizzjunarjuSit elettronikuLingwa SqallijaKonfuċjuKimikaAwstraljaIndoewropewGħaxar KmandamentiPapa Ġwanni Pawlu IIArabja SawdijaL-Ewwel Gwerra DinjijaDivorzjuIż-ŻurrieqNew ZealandFrarIl-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar JiemMahatma GandhiAssedju ta' Malta (1798–1800)Korea t'IsfelĦaitiMediaWikiNamibjaKlara ta' Assisi2016KubaTrevor TemplemanTereża ta' Ávila🡆 More