Ateiżmu

Ateiżmu hija l-assenza ta' twemmin dwar allat, jew it-twemmin li ma jeżistux allat.

Il-prefiss "a-" jfisser "mingħajr", u "teiżmu" jfisser twemmin f'alla jew allat. Differenti mill-agnostiċiżmu, fejn persuna tħossha inċerta dwar jekk jeżistux allat imma xorta tagħżel li temmen jew ma temminx li jeżistu.

Ateiżmu
Baron d'Holbach
Ateiżmu
Karl Marx

Jeżistu żewġ forom prinċipali ta' ateiżmu:

  • ateiżmu agnostiku huwa n-nuqqas ta' twemmin fl-allat, mingħajr twemmin espliċitu li l-allat ma jeżistux. Bniedem jista' jieħu l-pożizzjoni li, peress li m'hemm ebda provi, wieħed ma jistax ikun ċert jekk jeżistux allat jew le.
  • ateiżmu gnostiku huwa t-twemmin li ma jeżistux allat.

L-ateiżmu sikwit huwa assoċjat ma' l-umaniżmu sekulari. Għalkemm l-atei ġeneralment ma jemmnux anqas f'anġli, xjaten, irwieħ jew ħajja wara l-mewt, dan mhux neċessarjament il-każ. Fil-fatt, jeżistu reliġjonijiet, fosthom il-Buddiżmu u t-Taoiżmu, li m'għandhomx il-kunċett ta' "alla" kif jiftiehem fil-Punent, u għalhekk jistgħu ikunu atei filwaqt li jemmnu f'kunċetti oħra "sopranaturali".

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Johann Christian BachLeonardo da VinciWilliam ShakespeareKjotoPalazz tal-Gran MastruPapa Ġwanni Pawlu IIDanimarkaBakuImperium EuropaCarmel G. CauchiNea Moni ta' ChiosRomantiċiżmuXjenzi soċjaliLingwa SpanjolaWikisorsKristjaneżmuTurkmenistanPremier LeagueMikiel Anton VassalliPeléAssedju ta' Malta (1798–1800)Charles de FoucauldNovembruSophia LorenCharles DarwinMediaWikiEwropaAdrian GrimaIr-Rabat (Malta)KelmaLingwa GriegaKarozzaPremju Nobel għall-FiżikaPresident ta' MaltaFabrizio FanielloKoleraSit ta' Wirt DinjiLogħob OlimpikuIl-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista (Caravaggio)Ira LoscoEfesuKomuniżmuCuraçaoĊekjaOtto von BismarckPremier League Malti 1914–15Merkurju (pjaneta)Clare AzzopardiĊessSan PietruburguDivorzjuJK Nõmme KaljuAssedju ta' Malta (1565)Carol PeraltaTrevor TemplemanFestival tal-Eurovision 2020Siti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u GanghwaMontenegroEnċiklopedijaNew ZealandBeijingLista ta' baned f'MaltaMadre Teresa NuzzoOssiġenuTajwanWikipedija🡆 More