Fil-bijoloġija, renju huwa takson li qiegħed fil-quċċata (jew kważi) tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi (għax fl-iskemi moderni, id-dominju qiegħed jiġi wżat bħala l-ogħla taksa).
Ir-renji jinqasmu fi gruppi iżgħar, l-hekk imsejħa fajlum (fiż-żooloġija) jew diviżjoni (fil-botanika), għalkemm qabel dan, renju jista' jinqasam f'sottorenju, f'fergħa jew f'infrarenju, biss dawn m'humiex livelli obbligatorji.
Carolus Linnaeus fl-ewwel pubblikazzjoni tas-Systema Naturae fl-1735, kellu skema ta' klassifikazzjoni b'żewġ Renji ta' organiżmi ħajjin, Animalia għal annimali u Vegetabilia għal pjanti (Linnaeus inkluda wkoll il-minerali, fir-renju Mineralia). Barra minn hekk, Linnaeus qasam ir-renju fi klassijiet u dawn tal-aħħar ġew miġbura f'fajla għal annimali u f'diviżjonijiet għal pjanti.
Linnaeus 1735 2 renji | Haeckel 1866 3 renji | Chatton 1937 2 imperi | Copeland 1956 4 renji | Whittaker 1969 5 renji | Woese et al. 1977 6 renji | Woese et al. 1990 3 dominji |
---|---|---|---|---|---|---|
(ma kienux inklużi) | Protista | Prokaryota | Monera | Monera | Eubacteria | Bacteria |
Archaebacteria | Archaea | |||||
Eukaryota | Protoctista | Protista | Protista | Eukarya | ||
Vegetabilia | Plantae | Fungi | Fungi | |||
Plantae | Plantae | Plantae | ||||
Animalia | Animalia | Animalia | Animalia | Animalia |
Kun af li l-ekwivalenzi f'din it-tabella mhumiex eżatti. Pereżempju, Haeckel poġġa lill-algi ħomor (fil-klassifika ta' Haeckel Florideae u fil-klassifiki moderni Florideophyceae) u l-algi blu-ħodor (fil-klassifika ta' Haeckel Archephyta u fil-klassifiki moderni Cyanobacteria) fir-renju Plantae, filwaqt li fl-iskemi ta' klassifika moderna huma kkunsidrati bħala membri tar-renji Protista u Bacteria rispettivament. Madanakollu, għalkemm hemm xi nuqqasijiet fl-ekwivalenzi, din hija tabella semplifikata utli xorta waħda.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Renju (bijoloġija), which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.