Mário Jorge Lobo Zagallo (bil-pronunzja Portugiża: ; twieled fid-9 ta' Awwissu 1931 – miet fil-5 ta' Jannar 2024) kien plejer tal-futbol professjonali li kien jilgħab bħala attakkant, koordinatur u kowċ Brażiljan.
Mário Zagallo | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Mário Jorge Lobo Zagallo |
Twelid | Atalaia, 9 Awwissu 1931 |
Nazzjonalità | Brażil |
L-ewwel lingwa | Portugiż tal-Brażil |
Mewt | Rio de Janeiro, 5 Jannar 2024 |
Post tad-dfin | Cemitério de São João Batista (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (falliment ta' diversi organi) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Portugiż Portugiż tal-Brażil |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | plejer tal-futbol kowċ |
Mudell:Infobox biography/sport/football | |
Parteċipant
| |
Pożizzjoni jew speċjalità | wing half attakkant |
Piż | 61 kg |
Għoli | 169 cm |
Psewdonomu | Velho Lobo (vell llop) |
Zagallo għandu r-rekord ta' rebħiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol inġenerali b'erba' unuri b'kollox. Huwa għandu r-rekord ukoll għall-preżenzi fil-finali tat-Tazza tad-Dinja b'sitt preżenzi. Kien l-ewwel persuna li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ. Rebaħ il-kompetizzjoni fl-1958 u fl-1962 bħala plejer, u fl-1970 bħala kowċ. Barra minn hekk, huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1994 bħala viċi kowċ. Zagallo kien ukoll il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil fl-1974 (u spiċċa r-raba') u fl-1998 (u spiċċa t-tieni) u kien assistent tekniku fl-2006. Huwa kien l-ewwel wieħed minn tliet irġiel, flimkien ma' Franz Beckenbauer tal-Ġermanja u Didier Deschamps ta' Franza, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer u bħala kowċ, u l-unika wieħed li rebaħha għal iktar minn darbtejn.
Fl-1992, Zagallo ngħata l-Ordni għall-Mertu tal-FIFA, l-ogħla unur mogħti mill-FIFA, għall-kontributi tiegħu lill-futbol. Huwa ġie kklassifikat bħala d-9 l-Aqwa Kowċ ta' Kull Żmien mir-Rivista tal-Futbol Dinji fl-2013. Fil-5 ta' Jannar 2024, Zagallo miet ta' 92 sena. Huwa kien l-aħħar plejer Brażiljan li kien għadu ħaj li kien ipparteċipa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958.
Zagallo twieled f'Atalaia fl-istat tal-Grigal ta' Alagoas fid-9 ta' Awwissu 1931. Bħala żagħżugħ, huwa ħadem bħala suldat u ġie stazzjonat fl-Istadium ta' Maracanã meta l-Urugwaj rebaħ kontra l-Brażil fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1950.
Zagallo beda l-karriera tiegħu bħala plejer tal-futbol mal-América fl-1948, u iktar 'il quddiem lagħab mal-Flamengo u mal-Botafogo.
Zagallo rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-futbol bħala plejer mal-Brażil fl-1958 u fl-1962. Fi żmien it-tornew tal-1958, Zagallo kien plejer tal-Flamengo, iżda fit-tornew tal-1962, huwa kien plejer tal-Botafogo.
Zagallo b'kollox lagħab 33 logħba mal-Brażil bejn l-1958 u l-1964.
Zagallo kien winger mal-linja tax-xellug b'fiżiku żgħir, u kien magħruf għat-teknika tiegħu, għar-rata kbira ta' xogħol difensiv, kif ukoll għall-kapaċità tiegħu li jattakka mill-bogħod. Huwa kien kapaċi jilgħab ukoll bħala attakkant, jew bħala attakkant ewlieni, jew bħala midfielder avvanzat.
Zagallo beda l-karriera tiegħu bħala kowċ tal-futbol mal-Botafogo, il-klabb li kien spiċċa l-karriera tiegħu miegħu bħala plejer, u fl-istess ħin kien ukoll il-kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan. Zagallo rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala kowċ fl-1970, u bħala viċi kowċ fl-1994, it-tnejn mal-Brażil. Huwa kien l-ewwel persuna li rebħet it-Tazza tad-Dinja kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ. Huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala kowċ fl-1970 meta kellu 38 sena, u b'hekk huwa t-tieni l-iżgħar kowċ li rebaħ Tazza tad-Dinja, wara Alberto Suppici, li rebaħ mal-Urugwaj fl-1930 meta kellu 31 sena.
It-tim tal-Brażil ta' Zagallo fl-1970 kien jilgħab bil-formazzjoni 4–2–3–1. It-tim ħejja ruħu għat-tornew għal kważi tliet xhur, sabiex jilħaq jidra l-altitudni u s-sħana tas-sajf Messikan u l-altitudni. Zagallo qal li t-tim kien rebaħ il-biċċa l-kbira tal-logħbiet tiegħu fit-tieni nofs tal-logħbiet, fejn skurjaw 12 mid-19-il gowl tagħhom malli l-avversarji kien jibdew jgħejjew.
Fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1974 fil-Ġermanja tal-Punent, Zagallo kien żvantaġġat minħabba l-irtirar ta' Pelé mit-tim nazzjonali erba' snin qabel, kif ukoll mill-fatt li Tostão u Carlos Alberto Torres kien weġġgħu u ma setgħux jilagħbu. Dan kien ifisser li żewġ plejers biss mill-ewwel ħdax tal-finali tal-1970 kienu preżenti fit-tim. Barra minn hekk, it-tim kellu nuqqas ta' prattika kompetittiva minħabba li l-Copa América ma ntlagħbitx bejn l-1967 u l-1975. B'rispons għall-eliminazzjoni tal-Brażil minn timijiet Ewropej iktar fiżiċi fl-1954 u fl-1966, Zagallo għażel li jilgħab b'mod aggressiv bl-istess mod. Brazil għaddew mill-ewwel stadju tal-gruppi bi żbrixx, b'gowl wieħed fid-differenza tal-gowls iktar mill-Iskozja, u ma għaddewx għall-finali wara li tilfu 2–0 kontra n-Netherlands, fejn Luís Pereira kien tkeċċa għal foul fuq Johan Neeskens. Il-Polonja mbagħad rebħet kontra l-Brażil fil-logħba għat-tielet u għar-raba' post.
Fl-1989, Zagallo sar il-kowċ tal-Emirati Għarab Magħquda għall-kwalifikazzjoni fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1990. Huwa wassalhom għall-ewwel kwalifikazzjoni mhux mistennija għat-tornew, iżda telaq biex isir il-kowċ ta' Vasco da Gama ftit jiem qabel ma bdiet it-Tazza tad-Dinja u ġie sostitwit b'Carlos Alberto Parreira.
F'Novembru 2002, Zagallo reġa' beda jikkowċja u reġa' sar il-kowċ tal-Brażil, wara l-irtirar ta' Luiz Felipe Scolari wara li rebaħ it-Tazza tad-Dinja ta' dik is-sena. Fl-20 ta' Novembru, fl-unika logħba tiegħu bħala kowċ, it-tim rebaħ 3–2 f'logħba amikevoli barra minn darhom kontra l-Korea t'Isfel.
Zagallo żżewweġ lil Alcina de Castro fit-13 ta' Jannar 1955 fil-Knisja tal-Kapuċċini f'Rio de Janeiro. Huma baqgħu flimkien sal-mewt ta' de Castro fil-5 ta' Novembru 2012. Mário u Alcina kellhom erbat itfal. Huwa kien Kattoliku prattikant.
Kunjom Zagallo ġie spellut Zagalo għall-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu, inkluż minnu nnifsu, sakemm qal lil ġurnalist fis-snin 90 tas-seklu 20 li kunjomu fuq iċ-ċertifikat tat-twelid kien Zagallo. Huwa kien ukoll l-unika attakkant Brażiljan li rebaħ it-Tazza tad-Dinja li kien magħruf b'kunjomu.
F'Lulju 2022, Zagallo ddaħħal l-isptar b'infezzjoni respiratorja. F'Awwissu 2023 iddaħħal l-isptar għal 22 jum minħabba infezzjoni urinarja. Wara li ddaħħal l-isptar għal perjodu qasir f'Rio de Janeiro, huwa miet fil-5 ta' Jannar 2024 minħabba l-falliment ta' diversi organi, tal-età ta' 92 sena.
Zagallo kien imlaqqam Il-Professur mill-plejers tiegħu matul il-karriera tiegħu bħala kowċ, minħabba l-għarfien tattiku tiegħu u l-preżenza qawwija tiegħu fuq il-bank. Huwa kien imlaqqam ukoll Velho Lobo ("Lupu Xiħ") minħabba kunjomu "Lobo", li jfisser "lupu".
Tim | Minn | Sa | Rekord | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
G | W | D | L | % ta' Rebħiet | |||||
Botafogo | is-16 ta' Awwissu 1966 | it-18 ta' Lulju 1970 | 238 | 85 | 64 | 89 | 35.71 | ||
Brażil (koordinatur) | id-19 ta' Settembru 1967 | 19 ta' Settembru 1967 | 1 | 1 | 0 | 0 | 100.00 | ||
Brażil | it-22 ta' Marzu 1970 | is-6 ta' Lulju 1974 | 62 | 42 | 16 | 4 | 67.74 | ||
Fluminense | il-5 ta' Settembru 1971 | is-17 ta' Marzu 1972 | 54 | 28 | 16 | 10 | 51.85 | ||
Flamengo | l-24 ta' Ġunju 1972 | it-13 ta' Novembru 1974 | 176 | 88 | 39 | 49 | 50.00 | ||
Botafogo | 1975 | Diċembru 1975 | 21 | 16 | 3 | 2 | 76.19 | ||
Kuwajt | il-5 ta' Frar 1976 | it-23 ta' Marzu 1978 | 31 | 18 | 7 | 6 | 58.06 | ||
Botafogo | l-14 ta' Settembru 1978 | il-31 ta' Diċembru 1978 | 29 | 15 | 9 | 5 | 51.72 | ||
Al-Hilal | il-5 ta' Jannar 1979 | is-26 ta' Diċembru 1979 | 18 | 12 | 3 | 3 | 66.67 | ||
Vasco da Gama | l-4 ta' Ottubru 1980 | it-28 ta' Mejju 1981 | 50 | 26 | 14 | 10 | 52.00 | ||
Arabja Sawdija | it-23 ta' Frar 1981 | il-31 ta' Marzu 1984 | 37 | 16 | 9 | 12 | 43.24 | ||
Flamengo | it-18 ta' Diċembru 1984 | il-31 ta' Awwissu 1985 | 56 | 28 | 17 | 11 | 50.00 | ||
Botafogo | id-29 ta' Diċembru 1986 | is-27 ta' Novembru 1987 | 87 | 27 | 35 | 25 | 31.03 | ||
Bangu | it-3 ta' Novembru 1988 | is-27 ta' Ġunju 1989 | 67 | 17 | 30 | 20 | 25.37 | ||
Emirati Għarab Magħquda | it-2 ta' Settembru 1989 | it-12 ta' Ġunju 1990 | 24 | 4 | 13 | 7 | 16.67 | ||
Vasco da Gama | it-2 ta' Ottubru 1990 | is-16 ta' Mejju 1991 | 46 | 8 | 29 | 9 | 17.39 | ||
Brażil | it-13 ta' Diċembru 1994 | it-12 ta' Lulju 1998 | 74 | 55 | 13 | 6 | 74.32 | ||
Associação Portuguesa | it-18 ta' Lulju 1999 | it-13 ta' Ottubru 2000 | 102 | 39 | 27 | 36 | 38.24 | ||
Flamengo | it-3 ta' Marzu 2001 | il-31 ta' Diċembru 2001 | 65 | 32 | 11 | 22 | 49.23 | ||
Brażil (koordinatur) | l-20 ta' Novembru 2002 | l-20 ta' Novembru 2002 | 1 | 1 | 0 | 0 | 100.00 | ||
Total | 1,239 | 558 | 355 | 326 | 45.04 |
Flamengo
Botafogo
Brazil
Individual
Botafogo
Fluminense
Flamengo
Al-Hilal
Brażil
Kuwajt
Brażil
Individwali
This article uses material from the Wikipedia Malti article Mário Zagallo, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.