Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.

Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. L-Etjopja kienet minn tal-ewwel li rratifikat il-Konvenzjoni fis-6 ta' Lulju 1977, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja
Il-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela.

L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Etjopja kienu l-Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela u l-Park Nazzjonali ta' Simien fl-1978. L-iżjed siti li żdiedu reċentement mill-Etjopja huma l-Park Nazzjonali tal-Muntanji ta' Bale u l-Pajsaġġ Kulturali ta' Gedeo, fl-2023. L-Etjopja b'kollox għandha ħdax-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, disa' kulturali u tnejn naturali.

Siti ta' Wirt Dinji

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Aksum Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun ta' Tigray kulturali: (i), (iv) 1980 Il-fdalijiet tal-belt ta' Aksum, li jmorru lura għas-seklu 13, jimmarkaw il-qalba tal-Etjopja tal-qedem u dak li kien "l-iżjed stat setgħan bejn l-Imperu Ruman tal-Lvant u l-Persja". Fost il-fdalijiet hemm obeliski monolitiċi, steli ġganteski, oqbra rjali u fdalijiet ta' kastelli tal-qedem.
Fasil Ghebbi, ir-Reġjun ta' Gondar Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun ta' Amhara kulturali: (ii), (iii) 1979 Il-fortizza kienet ir-residenza tal-imperaturi Etjopjani matul is-sekli 16 u 17. Il-fdalijiet tal-belt, b'binjiet b'influwenzi Induisti u Għarab, iktar 'il quddiem ġew immudellati mill-ġdid bi stil arkitettoniku Barokk mill-missjunarji Ġiżwiti.
Harar Jugol, ir-Raħal Storiku Ffortifikat Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun ta' Harari kulturali: (iv), (v) 48 (120) 2006 Il-belt tinsab fuq promontorju u hija mdawra bi fniedaq u bis-savanna. Fiha 82 moskea, 102 santwarju, u disinn uniku fuq ġewwa tad-djar. Jingħad li Harar hija r-raba' l-eqdes belt tal-Iżlam.
Pajsaġġ Kulturali ta' Konso Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun tan-Nazzjonijiet tan-Nofsinhar kulturali: (iii), (v) 14,000 (35,000) 2011 Is-sit fih 55 kilometru (34 mil) ta' raba' mtarraġ bil-ħitan tas-sejjieħ u insedjamenti ffortifikati fl-artijiet għoljin ta' Konso fl-Etjopja.
Wied t'Isfel tal-Awash Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun ta' Afar kulturali: (ii), (iii), (iv) 1980 Il-fdalijiet Paleontoloġiċi li nstabu ta' mill-inqas erba' miljun sena ilu, bħal dawk ta' Lucy, huma evidenza tal-evoluzzjoni umana.
Wied t'Isfel tal-Omo Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun tan-Nazzjonijiet tan-Nofsinhar kulturali: (iii), (iv) 1980 Fis-sit preistoriku qrib il-Lag ta' Turkana nstabu bosta fossili, fost l-oħrajn tal-Homo gracilis.
Knejjes Imħaffrin fil-Blat ta' Lalibela Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun ta' Amhara 18; 1978; i, ii, iii Is-sit jinkludi tnax-il knisja Medjevali mħaffra fil-blat tas-seklu 13.
Park Nazzjonali ta' Simien Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun ta' Amhara naturali: (vii), (x) 22,000 (54,000) 1978 Il-promontorju Etjopjan imnawwar fih qċaċet muntanjużi ppuntati, widien fondi u rdumijiet weqfin li jibqgħu neżlin sa madwar 1,500 metru (4,900 pied). It-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-mogħża tal-barr ta' Walia, tal-għażżiela żgħar, u taċ-ċingjali Afrikani, kif ukoll iż-żieda tal-popolazzjoni umana fil-park wasslu biex il-Kumitat tal-Wirt Dinji jniżżel is-sit fil-lista tas-siti fil-periklu fl-1996.
Tiya Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja  Reġjun tan-Nazzjonijiet tan-Nofsinhar kulturali: (i), (iv) 1980 Is-sit arkeoloġiku jinkludi 36 monument, fosthom 32 stela mnaqqxa mimlijin simboli li diffiċli biex jiġu dekodifikati.
Park Nazzjonali tal-Muntanji ta' Bale
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja 
naturali: (vii), (x) 2023
Pajsaġġ Kulturali ta' Gedeo
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fl-Etjopja: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Etjopja 
kulturali: (iii), (v) 2023

Referenzi

Tags:

AnnimalBijoloġijaEtjopjaMonumentNazzjonijiet UnitiSit ta' Wirt DinjiSkulturaUNESCOXjenzaĠeoloġija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

RigaDu FuĠemma PortelliJoe BidenĠeneru (tassonomija)President ta' MaltaL-ArtiTaksonFurnarManchester United FCAwstraljaSant'Antnin ta' PadovaValletta FCKorea ta' FuqPanamaMalarjaArmenjaMahatma GandhiTazza tad-Dinja tal-Futbol 2010SoċjoloġijaCuraçaoKristjaneżmuAndorraĦaġar QimTurkijaAsterojdeĠesù2 ta' JannarRaħal ĠdidSan BastjanISBNAlan TuringKampjonati Ewropej tal-FutbolNapliMikelanġluOmanMarzuGżira (lokalità)ĊikliżmuAprilDonatelloPjazzaSlovenjaYuri GagarinBarbadosĊensu TaboneAħdarAssedju ta' Malta (1565)Anthony MamoQatarPartit Laburista (Malta)VeneżwelaMariupolMao ZedongKavallieri ta' San ĠwannBogotáEljuRabat (Marokk)SirjaGrazLjubljanaLatvjaĠgantijaVeronaBarrieraLuljuPierre de CoubertinĠeroglifiċi EġizzjaniSqallijaGrawnd Nazzjonali Ta' QaliŻimbabwe🡆 More