Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Malażja: Lista tas-Siti ta' Wirt DInji tal-UNESCO fil-Malażja

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.

Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. Il-Malażja rratifikat il-Konvenzjoni fis-7 ta' Diċembru 1988, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Malażja: Lista tas-Siti ta' Wirt DInji tal-UNESCO fil-Malażja
Il-Park ta' Kinabalu.

B'kollox il-Malażja għandha erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Malażja, il-Park Nazzjonali ta' Gunung Mulu u l-Park Nazzjonali ta' Kinabalu, żdiedu fis-sena 2000. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Malażja huwa l-Wirt Arkeoloġiku tal-Wied ta' Lenggong fl-2012.

Siti ta' Wirt Dinji

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Park Nazzjonali ta' Kinabalu Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Malażja: Lista tas-Siti ta' Wirt DInji tal-UNESCO fil-Malażja  Sabah naturali: (ix), (x) 2000 Il-park nazzjonali jinsab fl-inħawi tal-ogħla muntanja tal-Malażja, il-Muntanja ta' Kinabalu (4,095 metru (13,435 pied)). Iż-żona għandha bijodiversità kbira, peress li l-ħabitats tul ix-xaqlibiet tal-muntanja jinbidlu minn foresta tropikali fl-artijiet baxxi għal foresti sub-Alpini u artijiet bl-arbuxxelli iktar fl-għoli. Minħabba x-xaqlibiet weqfin tal-muntanja, dawn il-ħabitats huma iżolati minn xulxin għalkemm bħala distanza huma qrib xulxin. Hemm madwar elf speċi ta' orkidej, 78 speċi ta' Ficus, u 60 speċi ta' felċi.
Park Nazzjonali ta' Gunung Mulu Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Malażja: Lista tas-Siti ta' Wirt DInji tal-UNESCO fil-Malażja  Sarawak naturali: (vii), (viii), (ix), (x) 2000 Il-park ikopri żona karstika tropikali li hija importanti kemm minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi kif ukoll minħabba l-bijodiversità tassew kbira. Il-formazzjonijiet karstiċi jinkludu bosta għerien, kanjons, irdumijiet, u pinnakli tal-ġebla tal-ġir (fl-istampa). Il-Kompartiment ta' Sarawak huwa l-ikbar kompartiment ġo għar fid-dinja. Bħala flora u fawna, il-park fih 17-il żona ta' veġetazzjoni 'l fuq minn 2,000 metru (6,600 pied) bħala altitudni. Fih jgħixu 109 speċi ta' siġar tal-palm. Fl-għerien jgħixu kolonji kbar ta' friefet il-lejl u għasafar, bħall-farfett il-lejl tax-xofftejn imkemxin u r-runduni tal-għerien.
Melaka u George Town, Bliet Storiċi tal-Istrett ta' Malakka Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Malażja: Lista tas-Siti ta' Wirt DInji tal-UNESCO fil-Malażja  Malacca, Penang kulturali: (ii), (iii), (iv) 2008 Dan is-sit jinkludi żewġ bliet kolonjali importanti fl-Istrett ta' Malakka, rotta kummerċjali importanti li tikkollega ċ-Ċina mal-Ewropa, mal-Lvant Nofsani u mas-subkontinent Indjan. Sekli ta' interskambju kulturali ħolqu arkitettura u kultura uniċi f'dawn iż-żewġ irħula. Melaka (fl-istampa), taħal tas-Sultanat ta' Malakka tas-seklu 15, kien taħt l-influwenza tal-Imperi Olandiżi u Portugiżi diġà mill-bidu tas-seklu 16. George Town issawwar mill-Imperu Brittaniku fl-aħħar tas-seklu 18.
Wirt Arkeoloġiku tal-Wied ta' Lenggong Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Malażja: Lista tas-Siti ta' Wirt DInji tal-UNESCO fil-Malażja  Perak kulturali: (iii), (iv) 2012 Dan is-sit jinkludi żewġ raggruppamenti ta' siti arkeoloġiċi li jkopru waħda mill-itwal sekwenzi kulturali f'lokalità waħda fid-dinja. Permezz ta' skavi fl-għerien u f'siti fil-beraħ instabu fdalijiet ta' workshops li kienu jipproduċu għodod tal-ġebel. Fost l-eqdem għodod instabu mannaretti ta' 1.83 miljun sena ilu. Siti oħra jmorru lura għall-Paleolitiku u għan-Neolitiku, u l-iżjed fdalijiet reċenti jmorru lura madwar 1,700 sena ilu. Ir-Raġel ta' Perak, li ġie skopert f'wieħed mill-għerien u li ġie datat li għandu madwar 10,000 sena, huwa wieħed mill-iżjed skeletri umani sħaħ minn dan il-perjodu li nstab fir-reġjun.

Referenzi

Tags:

AnnimalBijoloġijaMalażjaMonumentNazzjonijiet UnitiSit ta' Wirt DinjiSkulturaUNESCOXjenzaĠeoloġija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Għarbi SqalliUTC+1Enriku VIII tal-IngilterraTimes of MaltaSimone InguanezReggie MillerRadju fir-Renju UnitSikhote-AlinĦaż-ŻabbarBirguBurmaOrganizzazzjoni Dinjija tas-SaħħaTorri EiffelBelt kapitaliIl-Qorti tal-Belt VallettaKawkasu tal-PunentMisġed il-ĦramDe factoPajsaġġ Kulturali ta' ǂKhomaniKunsill Nazzjonali tal-Ilsien MaltiIl-Paġna prinċipaliEileen MontesinOwen HargreavesVallettaĦal GħaxaqKievUngerijaBelarussjaKarmenu Vassallo2015Dun Ġorġ PrecaPersepolisQatarKantantBirżebbuġaAprilGħaxar KmandamentiTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930KimikaKnisja KattolikaLingwa RussaTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexGalwayĠgantijaWikotbaBulgarijaBorobudurXjenzi soċjaliIrħula ta' MaltaNaħlaIt-Tieni Gwerra DinjijaMarie AntoinetteBukarestLeonardo da VinciDublinGwatemalaDizzjunarjuSpace Shuttle ChallengerL-Innu MaltiBijodiversitàBing🡆 More