Lamantin Afrikan: Speċi ta' mammifru

Il-Lamantin Afrikan huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' manati kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser sider ta' mara.

Dan il-lamantin ftit li xejn ġie studjat u b'hekk ma tantx hemm tagħrif dwaru.

Lamantin Afrikan
Lamantin Afrikan: Dieta, Distribuzzjoni, Riproduzjoni
Lamantin Afrikan Trichechus senegalensis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Ordni: Sirenia
Familja: Trichechidae
Gill, 1872
Ġeneru: Trichechus
Linnaeus, 1758
Speċi: T.senegalensis
Isem binominali
Trichechus senegalensis
Lamantin Afrikan: Dieta, Distribuzzjoni, Riproduzjoni
Firxa tal-Lamantin Afrikan Trichechus senegalensis

Il-lamantin Afrikan għandu ġilda griża u bħala kobor huwa l-mezzan fost it-3 speċi li jeżistu, twil minn 3 metri sa 4.5 metri u jiżen massimu ta' ftit inqas minn 500kilogramm. Dan il-lamantin minbarra huwa simili ħafna tal-lamantin tal-Karibew ħlief mid-daqs, fejn normalment il-lamantin tal-Karibew jiżen id-doppju u jidher ħafna eħxen.

Dieta

Il-Lamantin Afrikan huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' pjanti u huwa l-aktar speċi ta' lamantin li jiekol veġetazzjoni li mhix tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol madwar 10% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.

Distribuzzjoni

Il-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) huwa mifrux mal-kosta u max-xmajjar fil-Punent tal-Afrika fil-pajjiżi bħall-Angola, Benin, Burkina Faso, Ċad, Gabon, Gambja, Gana, Gwineja, Gwineja Ekwatorjali, Gwineja-Bissau, Kamerun, Kosta tal-Avorju, Liberja, Mali, Mawritanja, Niġer, Niġerja, Reppublika Demokratika tal-Kongo, Senegal, Sierra Leone u Togo.

Riproduzjoni

Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla għal ewwel nifs waħdu mingħajr l'ebda għajnuna min naħa tal-omm. Dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snien, rata ta' riproduzjoni verament baxxa. Il-maturita sesswali fin-nisa tista tintlaħħaq kmieni fl-eta ta' 3 snien biss waqt li fl-irġiel tieħu aktar żmien.Il-lamantin Afrikan huwa maħsub li jgħix madwar it-30 sena.

Klassifikazzjoni

Referenzi

  • Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 93. ISBN 0-8018-8221-4.

Ħoloq

Tags:

Lamantin Afrikan DietaLamantin Afrikan DistribuzzjoniLamantin Afrikan RiproduzjoniLamantin Afrikan KlassifikazzjoniLamantin Afrikan ReferenziLamantin Afrikan ĦoloqLamantin AfrikanBaqra tal-baħarFamiljaLamantinMammiferiManatiTrichechidaeTrichechusĠeneru

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

IstanbulPajjiżTriq ta' Sant'AnnaReliġjonRotaFondazzjoni WikimediaParroċċi ta' MaltaLogħob OlimpikuGuglielmo MarconiĠuvniOmanLumijaLaosTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930Sit ta' Wirt DinjiTebe (Eġittu)BotswanaPartit Laburista (Malta)PakistanHector BrunoKlara ta' AssisiTajlandjaSingaporĠnus MagħqudaClare AzzopardiWikidataSaint Vincent u l-GrenadiniSan Franġisk t'AssisiKosta RikaJohn F. MarksL-ImdinaTransnistrijaLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-TurkijaVjennaBelġjuXjenzi soċjaliFortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'MaltaTorri EiffelĊessMammiferuCuraçaoJoseph MuscatIranDaphne Caruana GaliziaEliżabetta IIRivoluzzjoni Industrijali2 ta' JannarTogoEmma WatsonPopolazzjoniLondraKnisja tal-Madonna ta' HodegitriaKummissjoni EwropeaYouTubeJohnny NavarroIżlamRelazzjoni sesswaliFabrizio FanielloKorea ta' FuqTorri tad-DwejraTurkmenistanBirżebbuġaRepubblika Dominikana🡆 More