Knejjes Tal-Moldavja: Grupp ta’ tmien knejjes Ortodossi Rumeni fir-Rumanija li huma Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO

Il-Knejjes tal-Moldavja huma tmien knejjes Ortodossi Rumeni rappreżentattivi (minn għadd ferm ikbar) li jinsabu fil-Kontea ta’ Suceava, fit-Tramuntana tal-Moldavja, ir-Rumanija, u nbnew bejn l-1487 u l-1583.

Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja
Mappa tal-Knejjes ewlenin tal-Moldavja fil-Kontea ta’ Suceava.

Mill-1993, il-Knejjes tal-Moldavja tniżżlu fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO bħala sit wieħed.

Deskrizzjoni

It-tmien Knejjes tal-Moldavja li jinsabu fit-Tramuntana tal-Moldavja u li nbnew bejn l-aħħar tas-seklu 15 u l-aħħar tas-seklu 16 huma kapulavuri ispirati mill-arti Biżantina u huma uniċi fl-Ewropa u fid-dinja. L-istil arkitettoniku tagħhom huwa influwenzat ferm mill-istil Gotiku. Il-ħitan tagħhom minn barra huma miksijin affreski awtentiċi u ppreservati tajjeb ferm. L-affreski ma kinux sempliċi tiżjin tal-ħitan biss, iżda jiffurmaw kisja sistematika fuq il-faċċati kollha u jirrappreżentaw ċikli sħaħ ta’ temi reliġjużi. Il-kompożizzjoni eċċezzjonali tagħhom, l-eleganza tal-karattri, u l-armonija tal-kuluri donnhom joħolqu sinerġija mal-pajsaġġ ta’ madwarhom. Il-ħitan fuq ġewwa u fuq barra tal-knisja tal-Monasteru ta’ Suceviţa huma miksija minn fuq s’isfel b’affreski tas-seklu 16, u din il-knisja hija l-unika waħda li fiha rappreżentazzjoni tas-sellum ta’ San Ġwann Klimaku.

Il-knisja monastika ta’ Suceviţa ma saritilha l-ebda alterazzjoni matul iż-żmien. Tippreserva b’integrità totali l-istruttura oriġinali tagħha tas-seklu 15, kif ukoll l-affreski tagħha fuq ġewwa u fuq barra. Il-monasteru ta’ madwarha kkonserva d-dehra oriġinali tiegħu, u b’mod partikolari l-ħitan storiċi mal-perimetru tiegħu. Il-pajsaġġ tal-madwar ukoll baqa’ pjuttost l-istess bħal dak ta’ mijiet ta’ snin ilu.

L-affreski huma awtentiċi u ma tantx sarulhom interventi. Minkejja dan, jinsabu fi stat tajjeb ta’ konservazzjoni. Ir-restawr li sar matul is-snin 70 tas-seklu 20 twettaq bil-galbu u bir-reqqa, b’enfasi kbira fuq ir-rispett tal-awtentiċità tal-motivi u tal-pigmenti, u fuq il-kundizzjonijiet ta’ konservazzjoni. Ir-restawr tas-saqaf tal-knisja wassal biex il-knisja reġgħet kisbet id-dehra oriġinali tagħha, kif iddokumentat minn sorsi ikonografiċi antiki. Il-knisja u l-monasteru għadhom jiffunzjonaw bħala post ta’ qima u bħala monasteru.

Sit ta’ Wirt Dinji

Fl-1993 ġew iddeżinjati l-ewwel seba’ Knejjes tal-Moldavja bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-sit ġie estiż fl-2010 biż-żieda ta’ knisja oħra, il-Knisja tal-Irxoxt fi ħdan il-Monasteru ta’ Sucevița, u b’hekk is-sit issa huwa magħmul minn tmien knejjes.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.

It-Tmien Knejjes tal-Moldavja

Ritratt Isem Post u Koordinati Sena tal-Kostruzzjoni Fundatur
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista fil-monasteru ta’ Arbore Arbore; 47°44′N 25°56′E 1502 Luca Arbore
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna fil-monasteru antik ta’ Humor Mănăstirea Humorului; 47°36′N 26°00′E 1530 Toader Bubuiog
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja tat-Tħabbira tal-Madonna fil-monasteru ta’ Moldovița Vatra Moldoviței; 47°41′N 25°33′E 1532 Petru Rareș
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja tal-Kurċifiss Imqaddes Pătrăuți; 47°45′N 26°17′E 1487 Ștefan cel Mare
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja ta’ San Nikola u l-Catholicon tal-monasteru ta’ Probota Probota; 47°24′N 26°38′E 1530 Petru Rareș
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja ta’ San Ġorġ Suceava; 47°40′N 26°17′E 1522 Bogdan III
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja ta’ San Ġorġ fil-monasteru antik ta’ Voroneț Voroneț; 47°32′N 25°52′E 1488 Ștefan cel Mare
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Knisja tal-Irxoxt fil-monasteru ta’ Sucevița Sucevița; 47°46′42″N 25°42′46″E 1581 Gheorghe Movilă

Knejjes oħra tal-Moldavja

Ritratt Isem il-Monasteri li Fihom Knejjes simili Post Sena tal-Kostruzzjoni Fundatur
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monateru ta’ Agapia Agapia, Kontea ta’ Neamț 1643 Gavriil Coci
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monateru ta’ Bogdana Rădăuți, Kontea ta’ Suceava 1360 Bogdan III
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monasteru ta’ Cetățuia Iași, Kontea ta’ Iași 1672 Gheorghe Duca
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monasteru ta’ Dragomirna Mitocu Dragomirnei, Kontea ta’ Suceava 1609 Anastasie Crimca
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monasteru ta’ Galata Iași, Kontea ta’ Iași 1584 Petru Șchiopul
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monasteru ta’ Golia Iași, Kontea ta’ Iași 1660 Ioan Golia
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monasteru ta’ Neamț Vânători-Neamț, Kontea ta’ Neamț 1497 Ștefan cel Mare
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monasteru ta’ Putna Putna, Kontea ta’ Suceava 1466 Ștefan cel Mare
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monasteru ta’ Trei Ierarhi Iași, Kontea ta’ Iași 1639 Vasile Lupu
Knejjes Tal-Moldavja: Deskrizzjoni, Sit ta’ Wirt Dinji, It-Tmien Knejjes tal-Moldavja 
Monastery ta’ Văratec Văratec, Kontea ta’ Neamț 1785 Olimpiada

Referenzi

Tags:

Knejjes Tal-Moldavja DeskrizzjoniKnejjes Tal-Moldavja Sit ta’ Wirt DinjiKnejjes Tal-Moldavja It-Tmien Knejjes tal-MoldavjaKnejjes Tal-Moldavja Knejjes oħra tal-MoldavjaKnejjes Tal-Moldavja ReferenziKnejjes Tal-MoldavjaRumanija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Fortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'MaltaParroċċi ta' MaltaMostaMammiferuHector BrunoLista ta' baned f'MaltaFlora ta' MaltaOrdni ta' San ĠwannCaravaggioEl SalvadorJohann Christian BachPastizzIr-Rabat (Malta)Repubblika DominikanaBaħamasSan ĠużeppĊessWikipedijaRoundaboutSamoaSoċjetà tad-Duttrina NisranijaIndoewropewDensità tal-popolazzjoniSiti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u GanghwaŻona tal-ħinĠordanRaffaella CarràNew ZealandLingwi SlaviMalażjaTorri EiffelUnjoni SovjetikaAvukatLondraFelix MendelssohnCuraçaoMdina (kwartier)EdukazzjoniEwroPremier League Malti 1914–15OċeanjaĊinaEspooTajwanTuvaluJoseph MuscatPapwa Gwinea l-ĠdidaKwistjoni tal-Lingwa f'MaltaIraqŻambjaFondazzjoni WikimediaWied WirdienSaffi tal-gżejjer MaltinTriq ta' Sant'AnnaBernLista tal-għasafar ta' MaltaJemenAsjaKlara ta' AssisiTuneżija🡆 More