Jacinto Benavente: Kittieb u drammaturgu Spanjol (1866-1954)

Jacinto Benavente y Martínez (twieled fit-12 ta’ Awwissu 1866 – miet fl-14 ta’ Lulju 1954) kien wieħed mill-aqwa drammaturgi Spanjoli tas-seklu 20.

Huwa ngħata l-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1922 “għall-mod feliċi li bih kompla t-tradizzjonijiet illustri tad-drammi Spanjoli”.

Jacinto Benavente
Jacinto Benavente: Kittieb u drammaturgu Spanjol (1866-1954)
Membru tal-Kungress tad-Deputati

28 Frar 1918 - 5 Frar 1919
District: Madrid
Ħajja
Twelid Murcia (en) Translate, 12 Awwissu 1866
Nazzjonalità Spanja
Mewt Málaga, 14 Lulju 1954
Familja
Missier Mariano Benavente
Konjuga/i Not married
Edukazzjoni
Alma mater Università Complutense ta' Madrid
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni drammaturgu
ġurnalist
kittieb
politiku
poeta
direttur tal-films
avukat
Post tax-xogħol Madrid
Premjijiet
List
  • Premju Nobel għal-Letteratura  (1922)
    Hijo Predilecto de Madrid  (1924)
    Grand cross of the Civil Order of Alfonso XII Grand cross of the Civil Order of Alfonso XII  (1924)
    Grand Cross of the Civil Order of Alfonso X the Wise Grand Cross of the Civil Order of Alfonso X the Wise  (1944)
    Medal of Work Merit Medal of Work Merit  (1950)
    Mariano de Cavia' Price
    Gold Medal of Work Merit Gold Medal of Work Merit  (1950)
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1921)
    [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1922)
Sħubija Akkademja Rjali Spanjola
Moviment artistiku drammaturġija
teatru

Bijografija

Jacinto Benavente: Kittieb u drammaturgu Spanjol (1866-1954) 
Il-monument iddedikat lil Jacinto Benavente fil-Park Retiro, f’Madrid

Jacinto Benavente twieled f’Madrid, u kien iben tabib tat-tfal / pedjatra magħruf. Huwa biddel id-drammi f’realtà permezz tal-kritika soċjali: il-versi ħallew l-ispazju għall-proża, il-melodrammi għall-kummiedji, il-formuli għall-esperjenza, l-azzjoni impulsiva għad-djalogu u l-ħsieb. Benavente kien joqgħod attent ukoll għall-estetika u iktar ’ quddiem għall-etika.

Huwa kien monarkista liberali u kritiku tas-Soċjaliżmu. Għalhekk ma tant kien partitarju akkanit ta’ Spanja taħt Franco għalkemm kienet l-unika alternattiva vijabbli għal dak li huwa kien jikkunsidra bħala esperiment Repubblikan diżastruż tal-1931-1936. Fl-1936 isem Benavente beda jiġi assoċjat mal-assassinju tal-poeta u d-drammaturgu Spanjol Federico García Lorca. Dan seħħ meta l-gazzetti Nazzjonalisti Estampa, El Correo de Andalucia, u Ideal iċċirkolaw ix-xniegħa li Lorca kien inqatel bħala tpattija għall-qtil ta’ Benavente min-naħa tar-Repubblikani. Benavente miet f’Aldeaencabo de Escalona (Toledo) meta kellu 87 sena. Hu qatt ma żżewweġ. Skont bosta sorsi, huwa kien omosesswali.

Xogħlijiet prinċipali

Jacinto Benavente kiteb 172 kitba. Fost l-iktar xogħlijiet importanti tiegħu hemm:

  • El nido ajeno (Il-Bejta ta’ Ħaddieħor, 1894), kummiedja, tliet atti.
  • Gente conocida (Soċjetà Għolja, 1896), xeni satiriċi tal-ħajja moderna, erba’ atti.
  • La Gobernadora (Il-Mara tal-Gvernatur, 1901), kummiedja, tliet atti.
  • La noche del sábado (Is-Sibt Billejl, 1903), rumanz teatrali, ħames diviżjonijiet; Imperia hija ballerina u iktar ’il quddiem prostituta li tinnamra mal-Prinċep Miguel, li jitla’ fuq it-tron ta’ Swabja.
  • Rosas de otoño (Ward tal-Ħarifa, 1905), kummiedja sentimentali, tliet atti.
  • Los intereses creados (L-Interessi Maħluqa, 1907), kummiedja bil-maskri bbażata fuq il-commedia dell'arte Taljana; l-iktar xogħol famuż u spiss irreċtat ta’ Benavente.
  • Señora ama (Il-Mara tal-Dar, 1908), dramm rurali; studju psikoloġiku fil-fond ta’ mara li tgħir għar-raġel tagħha.
  • El príncipe que todo lo aprendió en los libros (1909)
  • La malquerida (Il-Mara Mhux Maħbuba, 1913), dramm psikoloġiku rurali, tliet atti; il-bażi għall-film tal-1921 The Passion Flower, tal-protagonista Norma Talmadge.
  • La ciudad alegre y confiada (1916), kontinwazzjoni minn Los intereses creados.
  • Campo de armiño (1916)
  • Lecciones de buen amor (1924)
  • La mariposa que voló sobre el mar (1926)
  • Pepa Doncel (1928)
  • Vidas cruzadas (1929)
  • Aves y pájaros (1940)
  • La honradez de la cerradura (1942)
  • La infanzona (1945)
  • Titania (1946)
  • La infanzona (1947)
  • Abdicación (1948)
  • Ha llegado Don Juan (1952)
  • El alfiler en la boca (1954)
  • Hijos, padres de sus padres (Ulied Subien, Missirijiet tal-Ġenituri Tagħhom, 1954)

Referenzi

Tags:

Premju Nobel

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Hugo ChetcutiStade du Pays de CharleroiPalazz ta' SchönbrunnBandiera ta' MaltaIndiċiAssedju ta' Malta (1565)Ġużeppi De PiroKemmunaFernando TorresKwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 4MetachirusFilfla2012–13 UEFA Champions LeagueŻiemelUEFA Champions League 2010-11MacbethFrank DrakeIranRapid ViennaKatidral ta' KölnFranz SchubertArkitettOmeruMark A. SammutJum l-IndipendenzaSafiISBNMammiferuFK PartizanBrimbaBerlinUNESCOMao ZedongFK Riteriai2023About-urlBuddiżmuLista ta' stati sovraniLili BoulangerBelġjuCristiano RonaldoVjennaKunsilli lokali ta' MaltaWilliam BoeingLionel MessiL-Amerika ta' FuqProfessjoniDidelphidaePiramidi EġizzjaniAlan TuringIl-Paġna prinċipaliGżira ta' JejuTim nazzjonali tal-futbol tal-ArmenjaSassuolo CalcioKF Vllaznia ShkodërNamibjaAvukatPlejjuBrussellNapliLessikoloġijaAlhambraTazza tad-Dinja tal-Futbol 2018Gran Mastri tal-Ordni ta' San ĠwannKristjaneżmuKemmunQamarTimijiet parteċipanti fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Darron GibsonEfesuKon-Katidral ta' San ĠwannJohann Sebastian BachImpjant Nukleari ta' Zaporizhzhia🡆 More