Irdumijiet Ta' Bandiagara: Irdumijiet b'sensiela ta' abitazzjonijiet tradizzjonali fl-art tad-Dogoni fil-Mali

L-Irdumijiet ta' Bandiagara (bl-Għarbi: منحدرات باندياغارا الصخرية, bil-Franċiż: falaise de Bandiagara) jinsabu fl-art tad-Dogoni fil-Mali.

L-irdumijiet tal-ġebel ramli huma għoljin madwar 500 metru (1,600 pied) 'il fuq mill-artijiet ċatti bir-ramel lejn in-Nofsinhar. L-irdumijiet huma twal madwar 200 kilometru (120 mil), huma orjentati min-Nofsinhar għall-Grigal, u huma estiżi tal-katina muntanjuża ta' Grandamia. Tmiem l-irdumijiet huwa mmarkat b'Hombori Tondo, l-ogħla quċċata tal-Mali b'għoli ta' 1,155 metru (3,789 pied).

Irdumijiet Ta' Bandiagara: Storja, L-Irdumijiet ta Bandiagara attwalment, Sit ta Wirt Dinji
L-Irdumijiet ta' Bandiagara.
Irdumijiet Ta' Bandiagara: Storja, L-Irdumijiet ta Bandiagara attwalment, Sit ta Wirt Dinji
Abitazzjonijiet tal-poplu Tellem.

L-inħawi tal-irdumijiet illum il-ġurnata huma abitati mill-poplu tad-Dogoni. Qabilhom, l-irdumijiet kienu abitati mill-popli Tellem u Toloy. Għad fadal bosta strutturi minn żmien il-poplu Tellem. L-Irdumijiet ta' Bandiagara tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1989. Minħabba l-karatteristiċi arkeoloġiċi, etnoloġiċi u ġeoloġiċi, is-sit kollu huwa ta' interess.

Storja

Irdumijiet Ta' Bandiagara: Storja, L-Irdumijiet ta Bandiagara attwalment, Sit ta Wirt Dinji 
Kaskata nieżla mill-Irdumijiet ta' Bandiagara.

Il-poplu Tellem li kien jgħix fl-għerien, grupp etniku li tkeċċa mal-wasal tad-Dogoni, kien jgħix fix-xaqlibiet tal-irdumijiet. Il-legat tal-poplu Tellem huwa evidenti fl-għerien li ħaffru fl-irdumijiet sabiex setgħu jidfnu lill-mejtin tagħhom fl-għoli, 'il bogħod mill-għargħar f'daqqa li jaffettwaw l-inħawi.

Għexieren ta' villaġġi jinsabu tul l-irdumijiet, bħal Kani Bonzon. Ħdejn dan il-villaġġ, fis-seklu 14 waslu d-Dogoni, u minn hemm infirxu tul il-promontorju u l-pjanuri kollha ta' Seno-Gondo.

Irdumijiet Ta' Bandiagara: Storja, L-Irdumijiet ta Bandiagara attwalment, Sit ta Wirt Dinji 
Veduta tal-abitazzjoni bl-irdumijiet fl-isfond.

Skont l-istorja lokali bil-fomm, id-Dogoni ma tantx ġew imfixkla mis-setgħat kolonjali Franċiżi minħabba l-bosta mini naturali li kellhom tul l-Irdumijiet ta' Bandiagara. Id-Dogoni biss kienu jafu bil-mini, u rnexxielhom jużawhom biex jaħsdu u jkeċċu lill-aggressuri.

L-Irdumijiet ta' Bandiagara attwalment

Irdumijiet Ta' Bandiagara: Storja, L-Irdumijiet ta Bandiagara attwalment, Sit ta Wirt Dinji 
L-abitazzjonijiet fl-Irdumijiet ta' Bandiagara.

Illum il-ġurnata, il-gwidi lokali jiskortaw lill-gruppi turistiċi tul l-Irdumijiet ta' Bandiagara biex iżuru l-villaġġi tad-Dogoni. Hemm sensiela ta' mogħdijiet tul l-irdumijiet, u hostels f'kull villaġġ jipprovdu l-ikel u l-akkomodazzjoni. Il-villaġġi ospitanti jirċievu l-introjtu mill-hostels u mit-taxxi tat-turiżmu. Huma mistennija żidiet kbar fit-turiżmu fl-inħawi, peress li qed tinbena awtostrada ġdida, u dan x'aktarx li se joħloq pressjoni fuq il-kulturi tradizzjonali lokali. Barra minn hekk, The Independent tirrapporta li s-serq ta' artefatti antiki huwa problema mifruxa fl-inħawi, bi ftit għassa.

Sabiex jixħet l-attenzjoni fuq il-kwistjoni taż-żjarat turistiċi mhux ikkontrollati, il-Fond Dinji għall-Monumenti inkluda l-Irdumijiet ta' Bandiagara fil-lista tas-siti fil-periklu fl-2004. Fl-2005, il-Fond ipprovda għotja mingħand l-American Express għall-Missjoni Kulturali ta' Bandiagara għall-iżvilupp ta' pjan ta' ġestjoni tas-sit. Apparti l-protezzjoni tal-binjiet tradizzjonali, il-pjan ta' ġestjoni appella għar-regolamentazzjoni tal-kostruzzjonijiet il-ġodda permezz tal-istabbiliment ta' linji gwida stretti tal-kostruzzjoni, bħal dawk li jirregolaw l-iżvilupp il-ġdid fid-distretti storiċi madwar id-dinja.

Wara l-gwerra tal-2012 fil-Mali, żoni ċentrali fil-pajjiż, inkluż il-Promontorju tad-Dogoni u l-Irdumijiet ta' Bandiagara, kulma jmur saru postijiet perikolużi. Gruppi terroristiċi joperaw fl-inħawi, u l-vjolenza bejn l-etniċitajiet lokali sseħħ kuljum.

Mill-2018, huwa rakkomandat ferm li ma jsirx ivvjaġġar f'dawn l-inħawi għat-turiżmu, u l-forzi tas-sigurtà tal-Mali kemm-il darba bblokkaw l-aċċess għall-inħawi fir-rigward ta' xi turisti li xorta waħda ppruvaw iżuru s-sit. F'Marzu 2018, grupp armat attakka lukanda fejn kien hemm il-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti fir-raħal ta' Bandiagara, u mietu diversi persuni.

Sit ta' Wirt Dinji

L-Irdumijiet ta' Bandiagara (l-Art tad-Dogoni) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1989.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli"; u l-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali".

Referenzi

Tags:

Irdumijiet Ta' Bandiagara StorjaIrdumijiet Ta' Bandiagara L-Irdumijiet ta Bandiagara attwalmentIrdumijiet Ta' Bandiagara Sit ta Wirt DinjiIrdumijiet Ta' Bandiagara ReferenziIrdumijiet Ta' BandiagaraLingwa FranċiżaLingwa GħarbijaMaliMetru

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

LewnBirżebbuġaBaskin-RobbinsWorldCatIngilterraYouTubeŻambjaĠordanArkeoloġijaĊinaMikiel Anton VassalliSevero OchoaOrdni ta' San ĠwannĠnus MagħqudaGanaStorja ta' MaltaJoseph MuscatEliżabetta IICaroline HerschelJimmy WalesKimikaVladimir PutinFrancesco AzopardiKosta RikaTuvaluCaravaggioCuraçaoLingwa uffiċjaliInkwiżizzjoni SpanjolaDrittOċeanjaIt-Tieni Gwerra DinjijaEmma WatsonĠinevraVanwatuArabja SawdijaLingwa IngliżaSit ta' Wirt DinjiEwroIstanbulAssedju ta' Malta (1798–1800)São Tomé u PríncipeL-Amerika ta' FuqCharles DarwinJan VermeerNikita KrushchevMarsiljaLingwa GriegaSengħaMammiferuLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-LitwanjaKomuniżmuMilanTuneżijaSan GejtanuIndoneżjaNepalParroċċi ta' MaltaMerkurju (pjaneta)Guglielmo MarconiL-IslaPolinesjaBratislavaLondra🡆 More