Cinco De Mayo

Cinco de Mayo (bl-Ispanjol għall-5 ta' Mejju) hija vaganza nazzjonali fil-Messiku, primarjament iċċelebrata fl-istat ta' Puebla, b'rikonoxximent żgħir f'partijiet oħra tal-Messiku.

Din il-btala tikkommemora r-rebħa mhux mistennija tal-armata Messikana fuq il-qawwiet Franċiżi fil-Battalja ta' Puebla ta' nhar il-5 ta' Mejju 1862, taħt il-kmand tal-Ġeneral Messikan Ignacio Zaragoza Seguín.

Cinco De Mayo
Il-Battalja ta' Puebla

Fil-battalja, minkejja li kienu inqas fin-numru, il-Messikani għelbu lill-armata esperta Franċiża li kienet ilha madwar 50 sena ma ġġarrab telfa. Madankollu, is-Cinco de Mayo fil-Messiku mhix "btala federali obbligatorja", imma aktar minn hekk btala li tiġi osservata volontarjament.

Minkejja li fil-Messiku kollu din il-vaganza ftit li xejn tingħata importanza kbira, din id-data hi osservata fl-Istati Uniti u postijiet oħra madwar id-dinja bħala ċelebrazzjoni tal-wirt u l-qlubija Messikana. Madankollu, fl-Istati Uniti din il-ġurnata tiġi mħawda ma' Jum l-Indipendenza tal-Messiku, li taħbat fis-16 ta' Settembru, l-aktar btala nazzjonali u patrijottika importanti fil-Messiku.

Storja

Fl-1861, il-Messiku ma baqgħux iħallsu l-imgħax lill-kredituri tagħhom. Bħala risposta għal dan l-aġir, lejn tmiem l-1861, Franza (u pajjiżi oħra Ewropej) attakkaw lill-Messiku biex jinfurzaw il-ħlas tad-dejn. Franza iddeċidiet li tipprova tieħu u tokkupa lill-Messiku. Fl-ewwel invażjoni, Franza irnexxielha tagħmel dan; però, fil-5 ta' Mejju 1862, fil-belt ta' Puebla, il-Messikani kienu mmexxija mill-Ġeneral Ignacio Zaragoza Seguín. Minkejja li l-armata Messikana kienet rebbieħa fuq il-Franċiżi fi Puebla, ir-rebħa ttardjat l-invażjoni Franċiża fil-Belt tal-Messiku. Sena wara, Franza bdiet tokkupa lill-Messiku. Il-Franċiżi poġġew lil Massimiljanu I, Imperatur tal-Messiku fuq it-tron tal-Messiku. Il-Franċiżi, wara pressjoni min-naħa tal-Amerka, eventwalment irtiraw bejn l-1866 u l-1867. Massimiljanu ngħata l-piena tal-mewt mill-President Benito Juarez, ħames snin wara l-Battalja ta' Puebla.

Popolarità taċ-ċelebrazzjoni

Messiku

Il-vaganza tas-Cinco de Mayo hi primarjament vaganza reġjonali fil-Messiku, u ċ-ċelebrazzjonijiet isiru f'partijiet limitati tal-Messiku. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jinkludu l-ikel, il-mużika u ż-żfin.

Stati Uniti

Cinco De Mayo 
Żeffiena fil-festival annwali tas-Cinco de Mayo.

Ġewwa l-Istati Uniti, is-Cinco de Mayo bdiet tirċievi aktar importanza milli tirċievi fil-Messiku stess. Din id-data hi tabilħaqq l-aktar rikonoxxuta fl-Istati Uniti bħala data li fiha tiġi ċċelebrata l-kultura u l-esperjenza tal-Amerikani ta' dixxendenza Messikana. Din il-festa hi osservata minn ħafna Amerikani, hi x'inhi l-oriġini etnika tagħhom. Iċ-ċelebrazzjonijiet jinvolvu simboli tradizzjonali Messikani, bħall-Virgen de Guadalupe (il-Madonna ta' Gwadalupe), u figuri prominenti ta' dixxendenza Messika fl-Istati Uniti, bħal César Chávez. Biex jiċċelebraw, ħafna juru bnadar tas-Cinco de Mayo waqt li d-distretti tal-iskola jorganizzaw avvenimenti speċjali biex jedukaw lill-istudenti dwar is-sinifikat ta' din il-ġurnata. L-avvenimenti u ċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru juru influwenza Messikana, speċjalment fil-mużika u ż-żfin reġjonali. Xi eżempji jinkludu l-ballet folklórico u dimostrazzjonijiet ta' mariachi li jsiru kull sena ġewwa l-Plaza del Pueblo de Los Angeles. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet joffru wkoll spunt għall-bejgħ u għall-promozzjoni ta' prodotti u servizzi Messikani, bl-enfasi taqa' fuq ix-xorb, l-ikel u l-mużika tipika.

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Cinco De Mayo StorjaCinco De Mayo Popolarità taċ-ċelebrazzjoniCinco De Mayo ReferenziCinco De Mayo Ħoloq esterniCinco De MayoFranzaLingwa SpanjolaMessiku

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Reggie MillerKnisja KattolikaGreċjaBukarestTibdil fil-klimaDoreen MicallefĦadidIt-Tieni Diviżjoni MaltijaNepalL-ewwel Konċilju ta' NiċeaErojMicrosoftLingwa pollakkaJezidiżmuKatowiceOsama bin LadenAmburguTomasz KuszczakLingwa FranċiżaAston Villa FCAnnimalGonzalo HiguaínNovembruFenek EwropewJuan Antonio VillacañasKristjaneżmu fil-MedjuevuMartin LuteruStorja ta' MaltaAfrika t'Isfel2 ta' JannarRumaAprilOsloFK AtlantasWied il-Għajn (Marsaskala)BirguŻambjaLista tal-għasafar ta' MaltaWikizzjunarjuMarsa FCAnthony MamoĠemma PortelliSan MarinoBandiera ta' MaltaĠerusalemmKarnival ta' MaltaĠordanIż-ŻurrieqĠeroglifiċi EġizzjaniSanta LuċijaJum il-Ħelsien (Malta)Pawlu l-AppostluĠappunTrojjaOssiġenuKatidral ta' BurgosAstronomijaJimmy WalesLista ta' pajjiżi skont l-erjaVeronaL-element semitiku fil-MaltiLista ta' futbolers internazzjonali MaltinĊikliżmuDar il-Mediterran għall-KonferenziLingwa PersjanaDonald TrumpChelsea FCGrammatika MaltijaMustafa Kemal Atatürk🡆 More