Aħmar

L-Aħmar hu wieħed mill-kuluri tal-ispettru li hu perċepit mill-għajn uman.

Aħmar
— Valuri tal-kulur —
Hex #FF0000
RGBB (r, g, b) (255, 0, 0)
CMYKH (c, m, y, k) (0, 100, 100, 0)
HSV (h, s, v) (0°, 100%, 100%)
B: Bejn [0–255] (byte)
H: Bejn [0–100] (mija)

Għandu frekwenza minuri u, konsegwentament, għandu tul tal-mewġa ikbar mill-kuluri l-oħra viżibbli (bejn 630 u 760 nanometri).

Hu wieħed mit-tliet kuluri primarji li miegħu jiżdiedu l-kuluri, fejn il-kulur komplementarju hu l-aħdar. Fil-passat kien ikkunsidrat ukoll bħala kulur primarju sottrattiv, waqt li l-kulur użat fl-istampar modern hu l-maġenta.

Fil-psikoloġija tal-kulur umana, l-aħmar hu assoċċjat mas-sħana, l-enerġija u d-demm, u emozzjonijiet li jaġitaw lid-demm, fosthom ir-rabja, il-passjoni, u l-imħabba.

Użu, simboliżmu u espressjoni verbali

  • Bil-bidu tar-Rivoluzzjonijiet ta' l-1848, l-aħmar tas-"soċjalisti" kien użat fl-Ewropa mir-rivoluzzjonarji, ħafna drabi taħt forma ta' bandiera ħamra. Dan il-kulur kien użat ukoll bħala l-kulur tal-flokkijiet ta' l-armata ta' Giuseppe Garibaldi fi żmien ir-Risorgimento. Il-bandiera ħamra u sewda tissimbolizza l-anarkija.
  • L-aħmar hu l-kulur li jindika s-sħana, per eżempju fil-mapep meteoroloġiċi.
  • L-aħmar jattira l-ettenzjoni, u b'hekk jintuża' fis-sinjali ta' perikulu u biex juri l-emerġenzi
  • Dan hu l-kulur tan-nar.

Idjomi Maltin

  • Aħmar nar – oġġett hu aħmar ħafna, jixbah lin-nar.
  • 'Ħammartli wiċċi - ġegħiltni nistħi.

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

AfganistanHouse of CatalunyaJum il-Ħelsien (Malta)Ewġenju BorgBir id-DehebPawlu MikiMaltinDnub oriġinaliAħdarParroċċi ta' Maltaob384Kavallier ta’ San ĠakbuItaljaKarmenu VassalloTim nazzjonali tal-futbol tat-TuneżijaSan ĠużeppThylamyiniEkwadorPortoAbjadGöbekli TepeTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930SomaljaRabat (Għawdex)Mahatma GandhiMarokkAlla PugachevaSpanjaŻona tal-ħinWikipedijaWrocławKunsill Nazzjonali tal-Ilsien MaltiLibanuWiki CommonsGħasriArmenjaBeyoncéIra LoscoFiżikaNASAGħerien ta' ElloraKelmaSannatGwatemalaTraduzzjoniSan Pawl il-BaħarMiliedGalwayKarmelitaniClaudio MonteverdiLingwa ĠermaniżaFK ŽalgirisKawkasu tal-PunentPierre de CoubertinTitanUnguligradDun Ġorġ PrecaWikiPlutone (mitoloġija)Charles CashaSqallija🡆 More