1954 Awstrija V Żvizzera

Fis-26 ta' Ġunju, 1954, f'logħba tat-Tazza tad-Dinja 1954, l-Awstrija għelbu lill-Iżvizzera 7–5 ġewwa Lausanne, Żvizzera.

Bit-tnax-il gowl li skorjaw f'logħba, stabbilixxu rekord tat-Tazza tad-Dinja, inkomparabbli sal-lum, għall-ogħla skor. Il-logħba hija magħrufa bl-isem Ġermaniż tagħha, Hitzeschlacht von Lausanne (li tfisser "Il-battalja sħuna ta' Lausanne"), minħabba t-temperatura għolja li kienet il-fuq minn 40° C (104 ° F).

Rapport tal-logħba

L-Iżvizzera, l-ospiti tal-kompetizzjoni, kisbu vantaġġ notevoli kmieni. Fir-raba' minuta, l-Iżvizzera skorjaw tlett gowls: l-Attakkant Robert Ballaman fetaħ l-iskor fis-16-il minuta, imbagħad ġie segwit malajr minn żewġ gowls ta' Josef Hügi. L-Awstrija mbagħad sar l-ewwel tim fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja biex jirkupraw minn defiċit ta' 3-0, li skorjaw 5 gowls fil-bqija tal-ewwel taqsima; Theodor Wagner beda ir-rispons tal-Awstrija fil-25 minuta; l-attakant Robert Körner ġibet l-iskor 2-3 minuta wara, u wara minuta oħra Wagner skorja gowl li għamel l-iskor f'parità ta' 3–3. L-Awstrija kienu ġabu d-dro fi tliet minuti. Fil-ħdax-il minuta, bejn is-16 u s-27 minuta, sitt gowls ġew skurjati, 3 minn kull tim. Fit-32 minuta, Ernst Ocwirk ta l-vantaġġ lil Awstrija; Robert Körner żied it-tieni gowl tiegħu, li għamel l-iskor 5–3. Ballaman skorja għall-Isvizzera fid-39 minuta. L-ewwel taqsima b'hekk intemmet 5-4 favur l-Awstrija, li kien l-ogħla skor fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, filwaqt Alfred Körner falla penalti fit-42 minuta.

Fid-disa minuta tat-tieni taqsima, Wagner poġġa lill-Awstrija l-fuq 6-4 bit-tielet gowl tiegħu, li rreġistra s-7 hat-trick tat-Tazza tad-Dinja 1954. Imbagħad Hügi imita l-adt, billi skorja t-3 gowl tiegħu fit-58 minuta. L-Iżvizzera ma kienux kapaċi għall-ekwalizzazzjoni, u Erich Probst għamilhom 7-5 biex temm il-punteġġ fis-76 minuta. Skond il-FIFA, is-sħana estrema affettwat ħażin lill-Isvizzera wara li wasslu l-logħba 3-0 fuq punt wieħed. Sorsi oħra qalu li fl-ewwel taqsima, l-Iżvizzera kienu kapaċi jieħdu vantaġġ tat-temperatura, imma l-gowler Kurt Schmied sofra minn ipertermija kmieni fil-logħba, li malajr ippermetti l-ewwel tliet gowls għall-Iżvizzera, qabel ma ġie assistit mill-masseur Awstrijakk waqt il-logħob.

Dettalji tal-logħba

26 ta' Ġunju 1954
17:00 CET
Awstrija 1954 Awstrija V Żvizzera  7–5 1954 Awstrija V Żvizzera  Żvizzera Stade Olympique de la Pontaise, Lausanne
Attendenza: 35,000
Referi: Charlie Faultless (Skozja)
Wagner 1954 Awstrija V Żvizzera  25'27'53'
R. Körner 1954 Awstrija V Żvizzera  26'34'
Ocwirk 1954 Awstrija V Żvizzera  32'
Probst 1954 Awstrija V Żvizzera  76'
Rapport Ballaman 1954 Awstrija V Żvizzera  16'39'
Hügi 1954 Awstrija V Żvizzera  17'19'58'

Plejers involuti

Awstrija

  • Erich Probst
  • Ernst Happel
  • Kurt Schmied
  • Gerhard Hanappi
  • Karl Koller
  • Alfred Körner
  • Ernst Ocwirk
  • Leopold Barschandt
  • Robert Körner
  • Ernst Stojaspal
  • Theodor Wagner

Żvizzera

  • Eugene Parlier
  • Roger Bocquet
  • Andre Neury
  • Charles Casali
  • Oliver Eggimann
  • Willy Kernen
  • Charles Antenen
  • Robert Ballaman
  • Jacques Fatton
  • Josef Hügi
  • Roger Vonlanthen

Referenzi

Tags:

1954 Awstrija V Żvizzera Rapport tal-logħba1954 Awstrija V Żvizzera Dettalji tal-logħba1954 Awstrija V Żvizzera Referenzi1954 Awstrija V ŻvizzeraLausanneTim nazzjonali tal-futbol tal-AwstrijaTim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvizzera

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Monasteru ta' San Ġwann it-TeologuIżraelĦamrun Spartans FCMadridTajlandjaBaalbekSiti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u GanghwaŻambjaGuglielmo MarconiVallettaKirġiżistanTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexJK Nõmme KaljuDivorzjuLingwa FranċiżaNea Moni ta' Chios2016Birkirkara FCDeżert ta' LutMammiferuArnold CassolaImblokk KontinentaliRotaSydneyTransnistrijaNikita KrushchevĠużeppi De PiroDensità tal-popolazzjoniPapa Ġwanni Pawlu IIMerkurju (pjaneta)WikizzjunarjuLingwi SlaviRenju UnitŻewsPiero AngelaLista ta' pajjiżi skont l-erjaĦal QormiClare AzzopardiKristjaneżmuNawruKarozzaJuan Antonio VillacañasL-IslaMao ZedongOtto von BismarckFlora ta' MaltaPolinesjaMattia PretiUnitajiet ta' kejl MaltinIraqMaldiviUkrajnaJum il-Ħelsien (Malta)L-Amerika ta' FuqLista tal-għasafar ta' MaltaLiżbonaKurgan (belt)Il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista (Caravaggio)RaffaelloLista ta' baned f'MaltaRoundaboutSpanjaĦelsien (rumanz)🡆 More