Akshata Murthy: Disinjatriċi tal-moda Indjana

Akshata Narayan Murthy (twieldet f'April 1980), spellut ukoll Murty, hija werrieta, negozjanta, disinjatriċi tal-moda u kapitalista tal-fondi ta' riskju Indjana bbażata fir-Renju Unit.

Hija miżżewġa lill-Prim Ministru Brittaniku u l-mexxej tal-Partit tal-Konservattivi Rishi Sunak. Murty u Sunak flimkien jikklassifikaw fil-222 post fost l-iżjed persuni sinjuri fir-Renju Unit, b'ġid ikkombinat ta' £730 miljun fl-2022. Il-ġid personali tagħha nxteħet taħt il-lenti mill-mezzi tax-xandir Brittaniċi fid-dawl tal-istatus tagħha ta' persuna mhux domiċiljata fir-Renju Unit.

Akshata Murthy
Akshata Murthy: Ħajja bikrija u edukazzjoni, Karriera u investimenti, Ħajja personali
negozjant


kap eżekuttiv

Ħajja
Twelid Hubli, April 1980 (44 sena)
Nazzjonalità Indja
Familja
Missier N. R. Narayana Murthy
Omm Sudha Murthy
Konjuga/i Rishi Sunak  (30 Awwissu 2009 -
Aħwa
uri
  • Rohan Murthy (en) Translate
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater Baldwin Girls High School (en) Translate 1998)
Fashion Institute of Design & Merchandising (en) Translate
Claremont McKenna College (en) Translate
(1998 - 2002) : ekonomija, Franċiż
Università ta' Stanford
(2004 - 2006) Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju
Livell tal-edukazzjoni Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju
Lingwi Franċiż
Ingliż
Ħindi
Kanariż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni disinjatur tal-moda
maniġers
Impjegaturi Infosys (en) Translate
Jamie-James-Trevor Oliver (en) Translate
Wendy's (en) Translate

Murty hija bint N. R. Narayana Murthy, wieħed mill-fundaturi tal-kumpanija tat-teknoloġija informatika multinazzjonali Indjana Infosys, u Sudha Murty. Għandha sehem ta' 0.93 % f'Infosys, u b'hekk hija waħda mill-iżjed nisa sinjuri fir-Renju Unit. Barra minn hekk, għandha ishma wkoll f'diversi negozji oħra fir-Renju Unit. Hija direttur ta' Digme Fitness, u tal-kumpanija tat-trasformazzjoni diġitali Soroco li ħuha Rohan Murty kostabbilixxa.

Ħajja bikrija u edukazzjoni

Murty twieldet f'Hubli, l-Indja u trabbiet min-nanniet tan-naħa ta' missierha, peress li missierha N. R. Narayana Murthy u ommha Sudha Murty kienu impenjati jaħdmu biex ivaraw il-kumpanija tat-teknoloġija tagħhom, Infosys. Ommha kienet l-ewwel inġinier mara li ħadmet għall-ikbar produttur tal-karozzi tal-Indja dak iż-żmien, u issa hija filantropa.

Imqabbla magħha, Murty kellha trobbija pjuttost sempliċi u ta' klassi medja f'Jayanagar, subborg ta' Bengaluru, "mingħajr festini għal għeluq sninha jew wisq flus f'idejha" sabiex titgħallem il-valuri tal-familja.

Murty attendiet l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja tal-Bniet ta' Baldwin, f'Bengaluru, u iktar 'il quddiem studjat l-ekonomija u l-Franċiż fil-Kulleġġ ta' Claremont McKenna f'California, l-Istati Uniti; għandha diploma fil-manifattura tal-ħwejjeġ mill-Istitut tad-Disinn u tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Moda, u Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju mill-Università ta' Stanford.

Għandha ħuha wieħed, Rohan Murty.

Karriera u investimenti

Fl-2007, Murty issieħbet mad-ditta teknoloġika Olandiża Tendris bħala d-direttur tal-kummerċjalizzazzjoni, fejn ħadmet għal sentejn, qabel ma telqet biex tibda d-ditta tal-moda tagħha stess. Id-ditta tal-moda tagħha għalqet fl-2012. Fl-2013 saret id-direttur tal-fond ta' kapital ta' riskju Catamaran Ventures. Flimkien mar-raġel tagħha Rishi Sunak, hija l-kofundatur tal-fergħa ta' Londra tad-ditta Indjana ta' missierha, N. R. Narayana Murthy. Sunak ittrasferixxa l-ishma tiegħu lilha ftit qabel ġie elett bħala Membru Parlamentari tal-Konservattivi għal Richmond fl-2015. Mill-2015, kellha sehem ta' bejn 0.91 % u 0.93 % tad-ditta tat-teknoloġija ta' missierha Infosys, stmata b'valur ta' madwar £700 miljun f'April 2022, u għandha ishma fi tnejn minn negozji tar-ristoranti ta' Jamie Oliver, f'Wendy's fl-Indja, f'Koro Kids u f'Digme Fitness. She is a director of Digme Fitness u l-fergħa sussidjarja tar-Renju Unit ta' Soroco, negozju tat-teknoloġija informatika li stabbiliet flimkien ma' ħuha, Rohan Murty.

Ħajja personali

Murty hija ċittadina Indjana. F'Awwissu 2009 Murty iżżewġet lil Rishi Sunak, wara li kienet iltaqgħet miegħu fl-Università ta' Stanford. Għandhom żewġt itfal bniet, Anoushka u Krishna. Huma s-sidien ta' Kirby Sigston Manor, villa fil-villaġġ ta' Kirby Sigston, fit-Tramuntana ta' Yorkshire, kif ukoll dar f'Earl's Court fiċ-ċentru ta' Londra, appartament f'Old Brompton Road, fin-Nofsinhar ta' Kensington, u penthouse f'Ocean Avenue f'Santa Monica, California. F'April 2022, ġie rrappurtat li Sunak u Murty kienu marru jgħixu f'dar ġdida fjamanta fil-Punent ta' Londra.

F'April 2022 ġie rrappurtat ukoll li hi resident mhux domiċiljat fir-Renju Unit, u b'hekk hija intitolata li ma tħallas l-ebda taxxa fuq l-introjtu tagħha 'l barra mir-Renju Unit, u soġġetta għal pagament annwali ta' £30,000. Murty ħabbret li kienet se żżomm l-istatus ta' mhux domiċiljata iżda li kienet se tħallas it-taxxi fir-Renju Unit fuq l-introjtu dinji tagħha b'mod volontarju.

Referenzi

Tags:

Akshata Murthy Ħajja bikrija u edukazzjoniAkshata Murthy Karriera u investimentiAkshata Murthy Ħajja personaliAkshata Murthy ReferenziAkshata MurthyIndjaModaRenju UnitRishi Sunak

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Arsenal FCFlora ta' MaltaPlamerLatvja fil-Festival tal-EurovisionSit elettronikuOpossum irqiq ta' żaqqu bajdaSit ta' Wirt DinjiKorea ta' FuqSan Ġwann Appostlu u EvanġelistaMonacoFilosofijaTurkijaMadagaskarLista ta' baned f'MaltaMicrosoft WindowsTorontoAwwissuMadridKompjuterQamarEtnaBernDun Ġorġ PrecaMyriam Spiteri DebonoFacebookIstanbulCaenolestidaeMiriam Spiteri DebonoĠorġ PisaniArnold CassolaRussjaMsida Saint-Joseph FCNew ZealandL-element semitiku fil-MaltiĊikliżmuSantu WistinSana'aFutbol12 Years a SlaveArċipelaguMassimiljanu KolbePremju Nobel għall-PaċiSvezjaIdroġenuPawlu MikiŻoroastrijaniżmuImħabbaTeatru RjalWaldo's PeopleAssedju ta' Malta (1565)Pawlu l-AppostluNorman LowellIr-Rabat (Malta)Alfabett MaltiTraduzzjoniMetru🡆 More