Tieqa Tal-Wied Il-Mielaħ: Arkata naturali fil-Majjistral ta’ Għawdex

It-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ hi arkata naturali tal-franka fil-kosta tal-Majjistral ta' Għawdex.

L-arkata tinsab fl-aħħar tal-Wied il-Mielaħ, fit-Tramuntana tal-Għarb. Din l-arkata naturali hi inqas magħrufa mit-Tieqa tad-Dwejra li ċediet f'Marzu 2017 wara maltempata qawwija.

Tieqa Tal-Wied Il-Mielaħ: Pożizzjoni, Ambjent, Problema tad-dranaġġ
Veduta tat-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ

Pożizzjoni

It-Tieqa tal-Wied il-Mielah qiegħda fl-aħħar ta' Wied il-Mielah, għad-differenza tat-Tieqa tad-Dwejra li kienet tinsab fil-kosta tal-Punent ta' Għawdex. It-triq mill-Għarb twassal direttament għall-kosta u hemm biċċa art naturali biż-żrar u l-ħamrija fejn jipparkjaw il-karozzi. Lejn l-aħħar tal-wied, b'mod parallel ma' fejn fl-imgħoddi kienet tgħaddi xi xmara jew nixxiegħa, hemm taraġ dejjaq mal-blat li jagħti sa taħt it-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ, kważi sal-baħar. Peress li l-biċċa ta' fuq tal-ħnejja naturali hija ħoxna għadek tista' timxi minn fuqha.

Ambjent

Il-kosta tat-Tramuntana ta' Għawdex sal-Bajja tax-Xwejni hija kollha art watja b'irdumijiet weqfin mal-baħar, fejn iffurmaw ħafna għerien. Fuq l-art watja, tħaffru jew tnaqqxu salini artifiċjali li kienu jintużaw għall-estrazzjoni tal-melħ mill-ilma baħar permezz tal-evaporazzjoni. Minn hawn 'il quddiem, l-art ma tibqax watja u bil-mod il-mod tibda togħla lejn in-naħat tal-Għarb u tal-Fanal ta' Ġordan.

Problema tad-dranaġġ

Fl-imgħoddi, id-dranaġġ mil-lokalitajiet ta' madwar kien jintrema fil-Wied il-Mielah u kien jinżel direttament fil-Baħar Mediterran ħdejn it-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ. Spiss, qrib it-Tieqa, kien ikun hemm bandiera li tindika li l-baħar kien imniġġes. Bis-saħħa ta' proġett strutturali ta' 570,000 ewro, li 85% minnu ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, id-dranaġġ issa sar jissaffa fl-impjant tat-trattament tad-dranaġġ f'Ras il-Ħobż u ma għadux jintrema fil-wied u fil-baħar. Bħala parti mill-proġett, saru xogħlijiet fit-triq ta' mal-kosta, ġew sostitwiti sitt pontijiet, inbnew sitt digi ġodda għall-konservazzjoni aħjar tal-ilma u ġew imħawla għadd ta' siġar. Permezz ta' dawn il-miżuri li ttieħdu, it-tama hi li ż-żona issa saret iktar attraenti u iktar viżitaturi jkunu jistgħu jgawdu t-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ.

Użu

Tieqa Tal-Wied Il-Mielaħ: Pożizzjoni, Ambjent, Problema tad-dranaġġ 
Ritratt panoramiku tat-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ u l-madwar.

Bħala parti mill-inizjattiva msejħa "EcoGozo", iż-żona madwar it-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ ġiet rinnovata f'dawn l-aħħar snin, biex issir iktar aċċessibbli. Inbniet triq ġdida u t-taraġ li jagħti għall-arkata naturali ġie mwessa'.

Bħala parti mill-proġett tar-rinovazzjoni, it-taraġ kompla jitwessa' iktar biex il-bugħaddasa jkunu jistgħu jinżlu l-baħar minn hemm. Fuq in-naħa tal-Punent tat-Tieqa ġew installati strutturi li jippermettu lix-xabbata jitilgħu mal-ħajt vertikali tal-irdumijiet. Mill-Għarb hemm ukoll mogħdija li twassal sat-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ.

Dehriet fil-mezzi tax-xandir

It-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ flimkien mat-Tieqa tad-Dwejra dehru f'filmat tar-reklami tad-ditta Hugo Boss fl-2017 fejn jidher David Colturi jaqbeż mill-irdumijiet u mit-Twieqi għall-baħar.

Referenzi

Tags:

Tieqa Tal-Wied Il-Mielaħ PożizzjoniTieqa Tal-Wied Il-Mielaħ AmbjentTieqa Tal-Wied Il-Mielaħ Problema tad-dranaġġTieqa Tal-Wied Il-Mielaħ UżuTieqa Tal-Wied Il-Mielaħ Dehriet fil-mezzi tax-xandirTieqa Tal-Wied Il-Mielaħ ReferenziTieqa Tal-Wied Il-MielaħGħarbGħawdexTieqa tad-Dwejra

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

BniedemGħidLausanneBibbjaKimikaLos AngelesSaint Vincent u l-GrenadiniPapaKnisja tal-LunzjataReliġjon f'MaltaJemenNepalLvivFrançois HollandeFinlandjaSeklu 17IngilterraSaturnu (pjaneta)Ħong KongKorea ta' FuqĠesùTumas MoreTuvaluSeoulLista tal-poeti tal-ilsien MaltiKalkaraĊensu TaboneĦal SafiAnton ButtigiegStorja ta' MaltaElettronGżejjer FalklandMachu PicchuKrakovjaSalzburgTim nazzjonali tal-futbol tal-BrażilMadridFwiedSistema tat-Toroq tal-InkaKomuniżmuUnuri tat-Tazza tad-Dinja tal-FutbolJum il-VitorjaTurkijaBetlemMawrizjuUnjoni EwropeaPremju NobelTim nazzjonali tal-futbol tal-IngilterraJohann III BernoulliXigħaAssedju ta' Malta (1565)ItaljaKummissjoni EwropeaKnisja ta' Santa MargeritaAngela MerkelOpossum ġurdien sufiDugong dugonStati UnitiMiamiBudapestMużikaGiacomo ZanellaBrian SchembriOliver FriggieriSantiago (Ċili)Tokjo🡆 More