Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji: Stazzjon u Sit ta' Wirt Dinji f'Mumbai, l-Indja

L-Istazzjon ta' Chhatrapati Shivaji (uffiċjalment l-Istazzjon ta' Chhatrapati Shivaji Maharaj, u preċedentement imsemmi l-Istazzjon ta' Vittorja, bil-kodiċi tal-istazzjon ta' Mumbai: CSTM (il-linja prinċipali)/ST (il-linja suburbana)) huwa stazzjon ferrovjarju storiku u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Mumbai, Maharashtra, l-Indja.

Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji: Storja, Struttura, Sit ta Wirt Dinji
L-Istazzjon ta' Chhatrapati Shivaji

L-istazzjon ġie ddisinjat minn inġinier arkitettoniku Brittaniku, Frederick William Stevens, minn disinn inizjali ta' Axel Haig, bi stil Gotiku Taljan eżuberanti. Il-kostruzzjoni tiegħu bdiet fl-1878, f'post fin-Nofsinhar tal-istazzjon antik ta' Bori Bunder, u tlesta fl-1887, is-sena li kienet timmarka l-50 sena ta' tmexxija tar-Reġina Vittorja.

F'Marzu 1996, isem l-istazzjon inbidel minn Stazzjon ta' Vittorja għal Stazzjon ta' Chhatrapati Shivaji (bil-kodiċi tal-istazzjon CST) f'ġieħ Shivaji, ir-re ġellied tas-seklu 17 li uża tattiki ta' gwerrilja kontra l-Imperu Mugal u stabbilixxa stat ġdid fir-reġjuni tal-Punent tal-Promontorju ta' Dekka li jitkellmu bil-Marathi.

Isem Shivaji spiss jiġi preċedut b'"Chhatrapati", titlu li litteralment ifisser "re onorat bl-emblema ta' parasol; re kbir". Fl-2017, l-istazzjon mill-ġdid ingħata l-isem ta' "Stazzjon ta' Chhatrapati Shivaji Maharaj" (bil-kodiċi tal-istazzjon CSMT), fejn it-titlu ta' Maharaj għandu it-tifsira litterali "Re u imperatur kbir". Jintużaw spiss kemm l-inizjali preċedenti "VT" (bl-Ingliż: Victoria Terminus) kif ukoll l-inizjali attwali "CST".

L-istazzjon huwa l-kwartieri ġenerali tal-Kumpanija tal-Linja Ferrovjarja Ċentrali tal-Indja. L-istazzjon huwa wieħed mill-iżjed stazzjonijiet ferrovjarji traffikużi fl-Indja, u jservi bħala terminal kemm għall-ferroviji fuq distanzi twal kif ukoll għall-ferroviji suburbani.

Storja

Stazzjon ta' Vittorja

Dan l-istazzjon ikoniku li sar simbolu tal-belt ta' Mumbai nbena bħala l-kwartieri ġenerali tal-Kumpanija l-Kbira tal-Linji Ferrovjarji tal-Peniżola Indjana.

L-istazzjon ferrovjarju nbena biex jissostitwixxi l-istazzjon ferrovjarju ta' Bori Bunder, fiż-żona ta' Bori Bunder f'Mumbai, port prominenti u żona tal-imħażen magħrufa għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni. Peress li Mumbai (dak iż-żmien imsejħa Bombay) saret belt portwali ewlenija dak iż-żmien, inbena stazzjon ikbar biex ilaħħaq mad-domanda tal-belt, u ssejjaħ l-Istazzjon ta' Vittorja, f'isem l-Imperatriċi renjanti tal-Indja, ir-Reġina Vittorja. L-istazzjon ġie ddisinjat minn Frederick William Stevens, arkitett u inġinier imwieled fir-Renju Unit, maġenb l-uffiċċju ta' Bombay tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kolonjali Indjan. Ix-xogħol beda fl-1878. Huwa rċieva ₹1,614,000 (US$21,000) bħala pagament għas-servizzi tiegħu. Stevens ingħata l-kummissjoni biex jibni l-istazzjon wara abbozz ta' skizz bl-akkwarelli tad-disinjatur Axel Haig li ġie meqjus bħala kapulavur. Id-disinn ġie mqabbel mal-istazzjon ferrovjarju ta' Id-disinn ġie mqabbel mal-istazzjon ferrovjarju ta' St. Pancras f'Londra ta' George Gilbert Scott li nbena fl-1873 ukoll bi stil Gotiku Taljan eżuberanti, iżda huwa ferm eqreb id-disinn tal-binja tal-parlament ta' Berlin li rebbħet lil Scott it-tieni premju, u li ntwera f'Londra fl-1875, b'bosta torrijiet u turretti, kif ukoll koppla mqabbża ċentrali kbira. L-istil tal-istazzjon huwa simili wkoll għal binjiet pubbliċi oħra tas-snin 70 tas-seklu 19 f'Mumbai, bħall-Kulleġġ ta' Elphinstone iżda speċjalment il-binjiet tal-Università ta' Mumbai, iddisinjati wkoll minn George Gilbert Scott.

Il-kostruzzjoni tal-istazzjon damet għaxar snin biex titlesta, l-itwal għal kwalunkwe binja ta' dik l-era f'Mumbai.

Statwa nieqsa

Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji: Storja, Struttura, Sit ta Wirt Dinji 
L-Istazzjon ta' Vittorja fl-1910. Ta' min jinnota l-istatwa bilqiegħda taħt l-arloġġ.

Matul il-kostruzzjoni tal-istazzjon, statwa tal-irħam tar-Reġina Vittorja ġiet installata fil-faċċata prinċipali tal-binja, f'kanopew taħt l-arloġġ. Fis-snin 50 tas-seklu 20, l-awtoritajiet kien bdew ineħħu l-istatwi tal-figuri Brittaniċi mill-binjiet tal-gvern u mill-ispazji pubbliċi abbażi ta' direttiva mill-Gvern tal-Indja. Il-biċċa l-kbira tal-istatwi, inkluż dik tar-Reġina Vittorja, inbagħtu lejn il-Ġonna ta' Vittorja (li iktar 'il quddiem ġew imsejħa Rani Baug) fejn tħallew fuq il-ħaxix fil-beraħ sa mill-inqas is-snin 80 tas-seklu 20 u l-istatwa tar-Reġina Vittorja għebet. Tressaq rapport ta' Dritt għall-Informazzjoni, iżda fih ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar l-esportazzjoni tal-istatwa nieqsa 'l barra mill-Indja. L-istoriċi issa jemmnu li l-istatwa nbiegħet b'kuntrabandu, inbigħet mill-politiċi, jew inqerdet. Is-simbolu tal-Progress, statwa oħra, li tinsab fil-quċċata tal-koppla tal-istazzjon, spiss tiġi mfixkla ma' dik tar-Reġina Vittorja.

Isem ġdid

Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji: Storja, Struttura, Sit ta Wirt Dinji 
L-Istazzjon ta' Vittorja qabel ma ssemma l-Istazzjon ta' Chhatrapati Shivaji fl-1995

L-istazzjon ingħata ismijiet ġodda diversi drabi. Inbena biex jissostitwixxi l-istazzjon ta' Bori Bunder li kien operattiv mill-1853 sal-1888, u ssejjaħ l-Istazzjon ta' Vittorja bħala kommemorazzjoni tal-Ġublew tad-Deheb tar-Reġina Vittorja. Fl-1996, l-istazzjon issejjaħ l-Istazzjon ta' Chhatrapati Shivaji bħala ġieħ lill-Imperatur Chhatrapati Shivaji, il-fundatur tal-Imperu Maratha.

F'Diċembru 2016, il-Ministeru ta' Fadnavis għadda riżoluzzjoni biex isem l-istazzjon jinbidel għall-Istazzjon ta' Chhatrapati Shivaji Maharaj fl-Assemblea ta' Maharashtra u f'Mejju 2017, il-Ministeru għall-Intern uffiċjalment bagħat ittra lill-gvern statali dwar il-konferma tal-bidla tal-isem. Madankollu, iż-żewġ ismijiet preċedenti flimkien mal-kodiċijiet tal-istazzjon "VT" u "CST" għadhom jintużaw lokalment flimkien mal-isem u l-kodiċi tal-istazzjon attwali "CSMT".

Attakki ta' Mumbai tal-2008

Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji: Storja, Struttura, Sit ta Wirt Dinji 
Mafkar għall-vittmi tal-attakki ta' Mumbai fl-2008

Fis-26 ta' Novembru 2008, żewġ terroristi daħlu fis-sala tal-passiġġieri tal-istazzjon, u bdew jisparaw lejn in-nies u jitfgħulhom il-granati. It-terroristi kienu armati bi snieter AK-47. Wieħed mit-terroristi, Ajmal Kasab, iktar 'il quddiem inqabad ħaj mill-pulizija u ġie identifikat minn xi xhieda tal-att terroristiku. L-oħrajn ma baqgħux ħajjin. L-attakki bdew għall-ħabta tad-21:30 meta ż-żewġ irġiel daħlu fis-sala tal-passiġġieri u qabdu jisparaw. It-terroristi qatlu 58 ruħ u darbu 104 oħra. L-attakk tagħhom intemm għall-ħabta tal-22:45 wara li ħarġu mill-istazzjon min-naħa tat-Tramuntana lejn in-naħa tal-Punent tad-daħla ta' wara tal-isptar ta' Cama. L-evidenza mill-kameras CCTV intużat biex tidentifika u tixli lil Kasab. Fl-2010, Kasab ingħata l-piena tal-mewt għar-rwol tiegħu fl-attakk, u fl-2012 ġie mgħallaq.

Struttura

Il-binja tal-istazzjon hija ddisinjata bl-istil arkitettoniku Gotiku Vittorjan Għoli. Il-binja fiha fużjoni ta' influwenzi mill-arkitettura Gotika Taljana Vittorjana li dak iż-żmien bdiet terġa' tingħata l-ħajja u mill-arkitettura klassika Indjana. Il-kontorni, it-turretti, l-arkati ppuntati, u l-pjanta eċċentrika tal-istazzjon huma qrib l-arkitettura klassika tal-palazzi Indjani. Esternament, it-tinqix fl-injam, il-madum, il-puġġamani ornamentali tal-ħadid u tar-ram isfar, il-grilji għall-uffiċċji tal-bejgħ tal-biljetti, il-balavostri għat-turġien grandjużi u ornamenti oħra kienu frott ix-xogħol tal-istudenti tal-Iskola tal-Arti ta' Sir Jamsetjee Jeejebhoy. L-istazzjon huwa eżempju ta' kapulavur arkitettoniku ferrovjarju tas-seklu 19 għas-soluzzjonijiet strutturali u tekniċi avvanzati tiegħu. L-istazzjon CSMT inbena b'livell għoli ta' inġinerija ferrovjarja u ċivili. Huwa wieħed mill-ewwel u mill-ifjen prodotti tal-użu tat-teknoloġija industrijali, b'fużjoni mal-istil Gotiku li reġa' ħa l-ħajja fl-Indja dak iż-żmien. L-istruttura ċentrali bil-koppla tal-uffiċċji ferrovjarji għandha pjattaforma twila 330 pied li hija kkollegata ma' kompartiment imsaqqaf għall-ferroviji twil 1,200 pied, u l-kontorn tagħha jservi ta' pjanta għall-kumplament tal-binja. Il-koppla mqabbża tal-istazzjon, li nbniet mingħajr iċċentrar, ġiet meqjusa bħala kisba innovattiva ta' dak iż-żmien.

Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji: Storja, Struttura, Sit ta Wirt Dinji 
Ritratt tal-istazzjon fl-1903

Fuq ġewwa l-binja ġiet maħsuba bħala sensiela ta' kmamar kbar b'soqfa għoljin. Hija binja utilitarja u kellha bżonn diversi bidliet skont il-ħtiġijiet tal-utenti, li mhux dejjem kellhom għal qalbhom l-istazzjon. Il-binja għandha pjanta simetrika b'għamla tal-ittra Ċ fuq assi mil-Lvant għall-Punent. In-naħat kollha tal-binja jingħataw valur indaqs fid-disinn. Fuq nett tal-binja hemm il-koppla għolja ċentrali, li sservi bħala punt fokali. Il-koppla hija struttura ottagonali mqabbża b'figura femminili kolossali fil-quċċata tagħha li hija simbolu tal-Progress, b'torċa olzata 'l fuq f'idha l-leminija u rota bl-imgħażel f'idha x-xellugija. Il-partijiet laterali tal-binja jikkonfinaw il-bitħa, li tiftaħ beraħ lejn it-triq. Il-partijiet laterali huma ankrati b'turretti monumentali f'kull waħda mill-erba' kantunieri tagħhom, li jibbilanċjaw il-koppla ċentrali u jservu bħala gwarniċ. Il-faċċati jippreżentaw id-dehra ta' ringieli pproporzjonati sew ta' twieqi u ta' arkati. It-tiżjin permezz ta' statwi, bassoriljievi u freġji huwa eżuberanti għalkemm ikkontrollat sew. Fuq il-kolonni tad-daħliet hemm figuri ta' ljun (li jirrappreżenta lill-Gran Brittanja) u ta' tigra (li tirrappreżenta l-Indja). L-istruttura prinċipali hija mibnija b'taħlita ta' blat ramli u ġebla tal-ġir mill-Indja, filwaqt li ntuża rħam Taljan ta' kwalità għolja għall-elementi dekorattivi ewlenin. Fuq ġewwa, l-ispazji prinċipali ġew imżejnin ukoll: il-pjan terran tal-parti tat-Tramuntana magħrufa bħala l-Kompartiment Stilla, li għadu jintuża bħala l-uffiċċju tal-bejgħ tal-biljetti, huwa mżejjen bl-irħam Taljan u l-ħaġra blu llostrata Indjana. L-arkata tal-ġebel huma miksija bil-weraq imnaqqax u figuri grotteski. Fuq ġewwa, is-saqaf tas-sala tal-prenotazzjonijiet oriġinarjament kienet miżbugħa bil-blu, bid-deheb u bl-aħmar qawwi fuq bażi ta' blu jgħajjat bl-istilel tad-deheb. Il-ħitan kienu miksija bil-madum igglejżjat magħmul minn Maw & Co tar-Renju Unit. Fuq barra, hemm l-istatwi li jirrappreżentaw il-Kummerċ, l-Agrikoltura, l-Inġinerija u x-Xjenza, u statwa li tirrappreżenta l-Progress fuq il-quċċata tal-koppla ċentrali tal-istazzjon.

Sit ta' Wirt Dinji

Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji: Storja, Struttura, Sit ta Wirt Dinji 
L-istazzjon mixgħul billejl

L-Istazzjon ta' Chhatrapati Shivaji ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Pjattaformi

L-Istazzjon CSMT għandu total ta' 18-il pjattaforma — seba' pjattaformi għall-ferroviji suburbani EMU u ħdax-il pjattaforma (il-Pjattaform 8 sal-Pjattaforma 18) għall-ferroviji fuq distanzi twal. Ir-Rajdhani, id-Duronto, il-Garib Rath u t-Tejas Express jitilqu mill-Pjattaforma 18. Dormitorji bl-arja kkundizzjonata ġew inawgurati fl-Istazzjon fis-16 ta' April 2013. Il-faċilità għandha 58 sodda għall-irġiel u 20 għan-nisa.

Kultura popolari

L-istazzjon intuża fil-ġbid tal-filmat tal-kanzunetta "Jai Ho" fil-film Slumdog Millionaire; u fil-ġbid tal-film Indjan tal-2011 Ra.One.

Referenzi

Tags:

Stazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji StorjaStazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji StrutturaStazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji Sit ta Wirt DinjiStazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji PjattaformiStazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji Kultura popolariStazzjon Ta' Chhatrapati Shivaji ReferenziStazzjon Ta' Chhatrapati ShivajiIndjaMumbaiSit ta' Wirt DinjiUNESCO

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Prinċep Philip, Duka ta' EdinburguFlora ta' MaltaTajwanIżraelNea Moni ta' ChiosMiliedMattia PretiPremier LeagueImperium EuropaIkħalInterlinguaMassimiljanu KolbeDivorzjuWilliam ShakespeareReliġjon LhudijaClaude Joseph Rouget de LisleTallinnEstonjaMalta taħt il-FranċiżiL-Amerika ta' FuqCuraçaoĠermanjaIra LoscoBelt kapitaliNawruLimaIngilterraMiriam Spiteri DebonoMikelanġluUnjoni SovjetikaJohn DalliSanta MarijaLista tal-għasafar ta' MaltaOrdni ta' San ĠwannNeymarWiki CommonsMagrebKimikaMontenegroEwropaTanżanijaLingwa SpanjolaVojvodjaFabrizio FanielloAwstrijaMilanMalawiSengħaTurkijaGħanaMarsiljaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006The Kite RunnerEspooParroċċi ta' MaltaĦal SafiXjenzi soċjali🡆 More