Pietro del Monte (1499 − 26 ta' Jannar 1572) kien nobbli Taljan li kien il-50 Gran Mastru tal- Ordni ta' San Ġwann mill-1568 sal-1572.
Pietro del Monte | |||
---|---|---|---|
1568 - 1572 ← Jean Parisot de la Valette - Jean de la Cassière → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Monte San Savino, c. 1495 | ||
Mewt | Valletta, 27 Jannar 1572 | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | patri ġellied |
Pietro del Monte twieled fl-Italja fl-1499. Ismu propju kien Guido Lotti, iżda ħa l-isem San Savino del Monti fl-1550. Huwa kien neputi tal-Papa Ġulju III. Qabel wasal Malta kien patri f'Capua. Huwa ġġieled fl-assedju ta' Rodi fl-1522.
Matul l-Assedju l-Kbir ta' Malta tal-1565, del Monte kien fil-kmand tal-Forti San Mikiel fl-Isla. Għal ħafna mill-assedju, il-forti kien maqtugħ mill-biċċa l-kbira tal-kumplament tal-forzi tal-Ordni fil- Birgu. Del Monte irnexxielu jżomm il-forti għal 55 jum sal-wasla tal-forza ta' għajnuna ta' de Toledo fit-8 ta' Settembru.
Del Monte inħatar bħala Gran Mastru fit-23 ta' Awwissu 1568, tlett ijiem wara l-mewt ta' Jean Parisot de Valette. Matul il-ħakma tiegħu bħala Gran Mastru, del Ponte kompla l-bini tal-kapitali l-ġdida Valletta. Fl-1569, bena Bieb Del Monte fuq disinn ta' Francesco Laparelli. Dan il-bieb twaqqa' mill-Ingliżi fl-1884 biex jagħmel il-post għal bieb akbar magħruf bħala Victoria Gate. L-Ordni imxiet uffiċjalment mill-Birġu lejn il-belt Valletta fi żmien ir-renju ta' del Monte, fit-18 ta' Marzu 1571.
Il-flotta tal-Ordni ġiet imsaħħa wkoll matul ir-renju tiegħu, u ħadet sehem b'suċċess fil-Battalja ta' Lepanto fis-7 ta' Ottubru 1571.
Del Monte miet fis-26 ta' Jannar 1572 u warajh laħaq Gran Mastru Jean de la Cassière.
Predeċessur Jean Parisot de Valette | Gran Mastu tal-Ordni ta' San Ġwann 1568–1572 | Suċċessur |
This article uses material from the Wikipedia Malti article Pietro del Monte, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.