Mirella Freni: Soprana Taljana (1935-2020)

Mirella Freni, (OMRI pronunzja bit-Taljan: , born Mirella Fregni, twieldet fis-27 ta' Frar 1935 – mietet fid-9 ta' Frar 2020) kienet sopran tal-opra Taljana li kellha karriera ta' 50 sena u li dehret fl-iżjed teatri tal-opri internazzjonali ewlenin.

Hija kisbet attenzjoni internazzjonali fil-Festival ta' Glyndebourne, fejn kellha r-rwol ta' Zerlina f'Don Giovanni ta' Mozart u ta' Adina f'L'elisir d'amore ta' Donizetti.

Mirella Freni
Mirella Freni: Bijografija, Unuri, Vidjografija
Ħajja
Isem propju Mirella Fregni
Twelid Modena, 27 Frar 1935
Nazzjonalità Italja
Mewt Pedri, 9 Frar 2020
Kawża tal-mewt  (marda ċerebrovaskolari)
Familja
Konjuga/i Nicolai Ghiaurov (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Ettore Campogalliani (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant tal-opri
Post tax-xogħol Ruma
Impjegaturi Accademia Nazionale di Santa Cecilia (en) Translate
Premjijiet
List
  • Gramophone Award for Lifetime Achievement  (2002)
    Legion of Honour  (Marzu 1993)
    Knight Grand Cross of the Order of Merit of the Italian Republic Knight Grand Cross of the Order of Merit of the Italian Republic
    Commandeur des Arts et des Lettres‎ Commandeur des Arts et des Lettres‎  (26 Jannar 1995)
    Prize Franco Abbiati Italian Music
Moviment artistiku opra
Tip ta' leħen sopran
Strument/i tal-mużika pjanu

Freni hija assoċjata mar-rwol ta' Mimi f'La bohème ta' Puccini, li kantat fit-Teatru La Scala f'Milan u fl-Opera Statali ta' Vjenna fl-1963, taħt id-direzzjoni tas-surmast Herbert von Karajan. Hija ħadmet ukoll fl-istess rwol f'film tal-produzzjoni u bħala d-debutt tagħha fil-Metropolitan Opera fil-Belt ta' New York fl-1965. Fl-iżjed DVDs bikrin tal-opri, hija ħadmet ir-rwoli tal-karattri tagħha b'konvinzjoni kemm bħala reċtar kif ukoll bħala kant. Freni kienet miżżewġa għal bosta snin mal-bassista Bulgaru Nicolai Ghiaurov, u miegħu kienet tkanta u tirreġistra l-ispettakli. L-obitwarju tagħha minn The New York Times jiddeskriviha bħala "prima donna Taljana li qatt ma kien hawn bħalha".

Bijografija

Imwielda f'Modena, hija kellha l-istess fattiga li kienet tieħu ħsiebha bħal Luciano Pavarotti, u mat-tenur kibret u ħadmet bosta drabi flimkien miegħu fuq il-palk. Hija studjat il-kant l-ewwel ma' zijuha, Dante Arcelli, imbagħad ma' Luigi Bertazzoni u ma' Ettore Campogalliani. Iktar 'il quddiem bidlet isimha għax ħasbet li kien eħfef biex wieħed jippronunzjah. Freni għamlet id-debutt tagħha fl-opri fit-Teatru Muniċipali f'raħal twelidha fit-3 ta' Marzu 1955 fir-rwol ta' Micaëla f'Carmen ta' Bizet. Iktar 'il quddiem iżżewġet lill-għalliem tagħha, il-pjanist u s-surmast Leone Magiera; il-koppja kellha tifla flimkien. Freni kompliet bil-karriera tagħha fl-1958 meta ħadmet fir-rwol ta' Mimì f'La bohème ta' Puccini fit-Teatro Regio f'Torino, u kantat fl-istaġun tal-1959-1960 tad-De Nederlandse Opera. L-iżvolta internazzjonali tagħha waslet fil-Festival ta' Glyndebourne, fejn fl-1960 ħadmet ir-rwol ta' Zerlina f'Don Giovanni ta' Mozart, flimkien ma' Joan Sutherland li ħadmet fir-rwol ta' Donna Anna, u fl-1962 ħadmet fir-rwol ta' Susanna f'The Marriage of Figaro, u fir-rwol ta' Adina f'L'elisir d'amore ta' Donizetti, taħt id-direzzjoni ta' Franco Zeffirelli.

Fl-1961, Freni ħadmet l-ewwel darba fir-Royal Opera House f'Londra fir-rwol ta' Nannetta f'Falstaff ta' Verdi. Hija ssostitwiet lil Renato Scotto f'La Scala fir-rwol ta' Nanetta. Fil-31 ta' Jannar 1963, hija ħadmet fir-rwol ta' Mimì f'produzzjoni mtella' minn Franco Zeffirelli u diretta mis-surmast Herbert von Karajan. Hija saret waħda mill-iktar kantanti ppreferuti tas-surmast fl-opri u fil-kunċerti. Il-produzzjoni ġiet ripetuta fit-Teatru Statali tal-Opri ta' Vjenna fl-istess sena, u dehret fuq dak il-palk fi ħdax-il rwol, inkluż fir-rwol ewlieni ta' Manon Lescaut ta' Puccini, u ta' Amelia f'Simon Boccanegra ta' Verdi.

Fid-29 ta' Settembru 1965, ħadmet għall-ewwel darba fil-Metropolitan Opera fil-Belt ta' New York, mill-ġdid fir-rwol ta' Mimì, flimkien ma' Gianni Raimondi fir-rwol ta' Rodolfo, li wkoll għamel id-debutt tiegħu hemmhekk. Iktar 'il quddiem ħadmet hemmhekk fir-rwoli ta' Adina f'L'elisir d'amore ta' Donizetti, ta' Liù f'Turandot ta' Puccini, ta' Marguerite f'Faust ta' Gounod, ta' Ġuljetta f'Roméo et Juliette, ta' Susanna u ta' Micaela f'Manon Lescaut. Is-sena ta' wara hija kantat mill-ġdid fir-rwol ta' Mimì għad-debutt tagħha fil-Philadelphia Lyric Opera Company, flimkien ma' Flaviano Labò li ħadem fir-rwol ta' Rodolfo. Mill-bidu tas-snin 70 sal-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20, Freni kantat f'rwoli iktar ta' piż fl-opri ta' Verdi, inkluż ta' Elisabetta fil-produzzjoni ta' John Dexter ta' Don Carlos, ta' Desdemona f'Otello (flimkien ma' Jon Vickers), ta' Amelia f'Simon Boccanegra, ta' Elvira fil-produzzjoni ta' Luca Ronconi ta' Ernani, ta' Leonora f'La forza del destino, u tal-protagonista f'Aida fil-Houston Grand Opera fl-1987. Hija ħadmet fir-rwol ta' Tosca ta' Puccini f'reġistrazzjoni biss. Ħadmet ukoll ta' Manon Lescaut fl-istaġun tal-1990 fil-Metropolitan Opera, u rreġistrat Madama Butterfly u t-tliet rwoli ta' Il trittico.

Freni għażlet ir-rwoli tagħha bir-reqqa, u f'intervista qalet: "Jiena ġeneruża b'diversi modi, iżda mhux meta naħseb li nispiċċa ngħarraq il-vuċi tiegħi. Xi kantanti jaħsbu li huma allat li jistgħu jagħmlu kollox. Iżda jiena dejjem kont onesta miegħi nnifsi u rigward il-possibbiltajiet tiegħi". Hija rrifjutat l-offerti ta' Karajan li taħdem bħala Leonora f'Il trovatore ta' Verdi u fir-rwol ta' protagonista f'Turandot ta' Puccini. Ir-rwol ta' Elvira f'Ernani ngħata l-ġenb wara li ttella' spettaklu wieħed f'La Scala (u minkejja offerti li rċeviet biex tkanta r-rwol xi mkien ieħor). Hija qatt ma kantat ir-rwol ta' Cio-Cio-San fuq il-palk, iżda rreġistrat ir-rwol darbtejn, mingħajr ma jitqies il-film tal-1975 ta' Madama Butterfly, flimkien ma' Plácido Domingo, b'Karajan bħala surmast u Jean-Pierre Ponnelle fid-direzzjoni. Hija ħadmet ir-rwol ta' Susanna fil-film ta' Ponnelle Le nozze di Figaro, fejn dehru wkoll Dietrich Fischer-Dieskau, Kiri Te Kanawa u Hermann Prey.

Fl-1978, wara ż-żwieġ tagħha ma' Magiera sfaxxa f'divorzju, hija żżewġet lil Nicolai Ghiaurov, wieħed mill-bassisti tal-opri ewlenin tal-perjodu ta' wara l-gwerra. Flimkien għenu biex jiġi stabbilit iċ-Centro Universale del Bel Canto f'Vignola, fejn bdew jgħallmu fl-2002. Wara l-mewt ta' Ghiaurov fl-2004, Freni kompliet il-ħidma tagħhom ta' preservazzjoni tat-tradizzjoni tal-bel canto, u baqgħet tgħallem lil kantanti żgħażagħ mid-dinja kollha.

Freni estendiet ir-repertorju u l-istil tagħha matul is-snin 90 tas-seklu 20 bil-Veriżmu Taljan, u ħadmet f'rwoli ta' protagonista f'Adriana Lecouvreur ta' Francesco Cilea f'Milan, f'Pariġi, f'Barċellona u f'New York, u f'Fedora ta' Umberto Giordano f'Londra, f'Milan, f'New York, f'Torino, f'Barċellona u fi Zürich. Fl-1997, kantat f'Madame Sans-Gêne ta' Giordano fit-Teatro Massimo Bellini. Matul dan iż-żmien hija kantat fl-opri Russi, u ħadmet fir-rwoli ta' Tatiana f'Eugene Onegin ta' Tchaikovsky, ta' Lisa f'The Queen of Spades, u ta' Ioanna f'The Maid of Orleans. Freni temmet il-karriera professjonali tagħha fuq il-palk meta ħadmet ir-rwol tal-adolexxenti Ioanna fl-età ta' 70 sena fil-Washington National Opera fil-11 ta' April 2005.

Freni mietet fid-9 ta' Frar 2020 f'darha f'Modena. Skont il-maniġer tagħha, hija mietet "wara żmien twil tikkumbatti marda deġenerattiva u wara sensiela ta' puplesiji". Fit-12 ta' Frar, it-tebut tagħha ġie mċaqlaq mill-post tal-entità funebri għat-Teatru Komunali ta' Modena sabiex tingħata ġieħ pubbliku, u mbagħad ġie ttrasferit b'purċissjoni lejn il-Katidral ta' Modena, fejn seħħ il-funeral.

Unuri

Freni ngħatat l-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana fil-grad ta' Kavallier tas-Salib Grandjuż fl-1990, u l-Leġjun tal-Unur Franċiż f'Marzu 1993. Fl-1995, ġiet maħtura Kmandant tal-Ordre des Arts et des Lettres. L-Università ta' Pisa assenjatilha lawrja onorarja fl-2002 għall-"kontribut kbir tagħha lill-kultura Ewropea". Fl-2009, ġiet promossa għall-grad ta' Uffiċjal fil-Leġjun tal-Unur.

Fl-2005, il-Metropolitan Opera ċċelebrat l-40 anniversarju tad-debutt tagħha hemmhekk u l-50 anniversarju tad-debutt tagħha fuq il-palk, b'kunċert gala speċjali taħt id-direzzjoni ta' James Levine.

Vidjografija

  • The Metropolitan Opera Centennial Gala (1983), Deutsche Grammophon DVD, 00440-073-4538, 2009
  • The Metropolitan Opera Gala 1991, Deutsche Grammophon DVD, 00440-073-4582, 2010

Referenzi

Tags:

Mirella Freni BijografijaMirella Freni UnuriMirella Freni VidjografijaMirella Freni ReferenziMirella FreniGaetano DonizettiLingwa TaljanaWolfgang Amadeus Mozart

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Ħal GħaxaqAwstrijaGrammatika MaltijaRenju UnitBorobudurAlberobelloKarmelitaniWikisorsPortoPapa Benedittu XVISqallijaClaude Joseph Rouget de LisleSanta MarijaEbrajkWikiJuan Antonio VillacañasBuskettNies prominenti MaltinJemenBukarestŻona tal-ħinFK ŽalgirisTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930L-ImsidaDnub oriġinaliMediterranBangladexxAfrika t'IsfelGħanaDrittPopolazzjoniŻebbuġImqaretGöbekli TepeSit elettronikuAnton ButtigiegSimone InguanezSistema SolariBormlaob384Belt kapitaliKjotoRishi SunakArkanġlu MikielBotswana2007MediaWikiSzczecinEnċiklopedijaQattusMellieħaGalileo GalileiTuru ColomboNiġerjaIsaac Newton2016MaltinMadre Tereża ta' KalkuttaEwġenju BorgPartit Laburista (Malta)Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol🡆 More