Mattia De Sciglio

Mattia De Sciglio (Savona, 20 ta' Ottubru 1992) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala difensur ma' Juventus u mat-tim nazzjonali Taljan.

Mattia De Sciglio
Mattia De Sciglio
Informazzjoni personali
Twelid20 ta' Ottubru 1992 (1992-10-20) (31 sena)
MilanItalja
Tul1.82 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliJuventus
Numru2
Mixtliet
2001–2002Cimiano
2002–2012Milan
Karriera professjonali
SninKlabb
2011–2017Milan
2017–Juventus
2020–2021→ Lyon (self)
Tim nazzjonali
2010–2011Italja U-17
2011–2012Italja U-19
2012–Italja U-21
2013–Italja

Karriera

Bidu tal-karriera

Mattia De Sciglio beda jilgħab il-futbol mat-tim tal-parroċċa ta' Santa Chiara e San Francesco, qabel ma' fl-2001 issieħeb mat-tim lokali ta' Cimiano. Is-sena ta' wara, ta' għaxar snin, ingħaqad mas-settur taż-żgħażagħ ta' Milan fejn qatta' disa' staġuni magħhom.

2011–2012

Fil-bidu tal-istaġun 2011–12, De Sciglio ġie għall-ewwel darba inkluż fl-iskwadra tal-kbar mill-kowċ Massimiliano Allegri. Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fit-28 Settembru 2011, bħala sostitut fil-logħba kontra Viktoria Plzeň, valida għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League li l-Milan rebħu 2–0. L-ewwel darba tiegħu mal-ewwel ħdax kienet fid-dro ta' 2–2 kontra l-istess tim fis-6 ta' Diċembru. Erba' xhur wara, eżattament fl-10 ta' April, De Sciglio lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-kampjonat fir-rebħa ta' 1–0 barra min darhom kontra Chievo.

2012–2013

Għall-istaġun 2012–13 De Sciglio ingħata n-numbru tal-flokk bin-numbru 2, li hu stess stqarr li kien "importanti ħafna" hekk kif dan l-istess flokk intlibes "minn plejers kbar bħal Mauro Tassotti u Cafu". Matul l-ewwel nofs tal-istaġun, De Sciglio sar regolari grazzi għas-serje ta' prestazzjonijiet konvinċenti.

Internazzjonali

Wara diversi dehriet mat-timijiet nazzjonali ta' taħt id-19, l-20 u l-21 sena, il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-kbar, Cesare Prandelli, sejjaħ lil De Sciglio fost l-iskwadra għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra li kellha tintlagħab fil-15 ta' Awwissu 2012. Madanakollu, f'din il-partita ma ġiex użat.

De Sciglio għamel id-debutt internazzjonali fil-21 ta' Marzu 2013 kontra l-Brażil f'logħba ta' ħbiberija.

Stil ta' logħob

Mattia De Sciglio huwa difensur lemini iżda kapaċi jilgħab ukoll fuq ix-xellug u fiċ-ċentru. Alberigo Evani, eks-plejer ta' Milan, li kkowċjaħ matul l-istaġun 2007-08, iddeskriva lil De Sciglio bħala "[plejer] veloċi, b'teknika tajba" u "futboler versatili".

Statistika

Aġġornata sal-24 ta' Frar 2013.

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Milan 2011–12 3 0 0 0 2 0 0 0 5 0
2012–13 15 0 1 0 5 0 21 0
Total 18 0 1 0 7 0 0 0 26 0

Unuri

Klabb

    Milan
  • Supercoppa Italiana: 2011

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Mattia De Sciglio KarrieraMattia De Sciglio InternazzjonaliMattia De Sciglio Stil ta logħobMattia De Sciglio StatistikaMattia De Sciglio UnuriMattia De Sciglio ReferenziMattia De Sciglio Ħoloq esterniMattia De SciglioDifensurFutbolItaljaJuventus FCTim nazzjonali tal-futbol tal-Italja

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Repubblika DominikanaPastizzWikisorsRussjaKosta RikaJum il-Ħelsien (Malta)WikizzjunarjuSaint Vincent u l-GrenadiniQatarTorri EiffelSpanjaCharles DarwinMalawiBavarjaĊekjaIkħalLe HavreSan FranciscoPiero AngelaSengħaĦaż-ŻabbarBurmaCandy Crush SagaDom MintoffIrħula ta' MaltaKorea t'IsfelThe Kite RunnerPablo NerudaFlora ta' MaltaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Torri tad-DwejraKarmelitaniL-ImdinaIżraelRoundaboutVanwatuJoseph MuscatOmanMġarrŻvizzeraGħaxar KmandamentiLeonardo da VinciNea Moni ta' ChiosMediaWikiDivorzjuAleksandar MadzarDanimarkaPajjiżi tad-dinjaLudwig van BeethovenEwroKarbonjuPapa FranġiskuLista ta' pajjiżi skont l-erjaMadre Tereża ta' KalkuttaAssedju ta' Malta (1798–1800)Premier League Malti 1914–15ŻewsBloggEroj🡆 More