Maria De Dominici: Artista Maltija

Suor Maria de Dominici (Birgu, Malta 6 ta' Diċembru 1645 – Ruma, l-Italja 18 ta' Marzu 1703) kienet artista Maltija u soru Karmelitana Terzjarja.

Hija twieldet f'familja ta' artisti bbażati fil-Birgu, bint arġentier u assessur għall-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann f'Malta. Tnejn minn ħutha, Raimondo de Dominici u Francesco de Dominici, kienu pitturi. Bernardo, bin Raimondo, kiteb dwar l-istorja kontemporanja tal-arti minn Napli, fejn inkluda ukoll lil Maria bħala parti mill-familja de Dominici.

Maria de Dominici
Ħajja
Twelid Birgu, 6 Diċembru 1645, 1645
Nazzjonalità Malta
Mewt Ruma, 18 Marzu 1703
Familja
Aħwa
uri
  • Raimondo De Dominici (en) Translate
Għalliema Mattia Preti
Carlo Maratta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
skultur
soru

Hajjitha

Meta kienet għadha xbejba, de Dominici studjat il-pittura u l-iskultura taħt Mattia Preti, li kien qed jaħdem fuq il-pitturi u skulturi fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-belt Valletta. Huwa mifhum li hija kkontribwiet f'dan ix-xogħol, u hemm ukoll referenza speċifika għall-ħidma tagħha ma' Preti fuq sensiela ta' pitturi li juru l-ħajja u l-martirju ta' San Ġwann Battista, maħduma bejn l-1661 u l-1666), mas-saqaf tal-kon-katidral.

Il-katattru tagħha jidher li kien wieħed sod u versatili, skond ma jidher minn żewġ testmenti li ħalliet. Fil-ktieb Malta Illustrata Giovannantonio Ciantar (1772) jippreżentha bħala personal li kienet taf sew xi trid fil-ħajja sa minn età żgħira:

    "[Maria showed a] repugnance to apply her energies to female duties and was thus often rebuked by her parents ... She would do nothing other than draw figures and other things according to her whim and natural talents. At last her parents, seeing her so inclined and disposed to painting, provided an art master to teach her design."

Skond Ciantar, taħt id-direzzjoni ta' Preti hija tant ħadmet sew li fdalha tpinġi uħud mill-figuri fil-konkatidral.

Dan huwa ddikjarat ukoll minn Giuseppe Maria de Piro f'Squarci di Storia (1839), fejn jgħid li hija kienet aħjar minn studenti oħra ta' Preti tant li huwa għażel lilha biex tikkollabora miegħu fuq il-pitturi mas-saqaf fil-konkatidral ta' San Ġwann.

Bħala soru Karmelitana terzjarja, hija kienet ħliesa biex tgħix barra l-ħitan tal-kunvent u 'l hinn mill-irbit mal-familja.

Fl-1682, de Dominici telqet minn Malta, aktarx flmkien ma' kontaġġ tan-neputi tal-Gran Mastru u l-mara tiegħu Isabella d'Avalos d'Aquino d'Aragona, li, flimkien ma' Preti, ħeġġuha timraħ barra minn Malta. Eventwalment hija stabbilit l-istudju tagħha f'Ruma fejn bdiet tirċievi diversi kummissjonijiet għal skulturi u pitturi, anke bis-saħħa ta' ittri ta' introduzzjoni li kellha mingħand il-Gran Mastru. F'Ruma, hija kellha mara tgħix magħha fl-istudju tagħha ħdejn San Giovanni dei Fiorentini.

Xogħlijiet

Fiż-żmien li għexet f'Malta, Maria de Dominici ħadmet fuq numri ta' vari għall-knejjes. Għalkemm hemm diversi xogħlijiet f'isimha ftit minnhom huma aċċessibli għall-pubbliku u ħafna oħrajn huma mitlufa. Fost ix-xogħlijiet ta' de Dominici f'Malta insibu: Iż-Żjara fil-parroċċa ta' Ħaż-Żebbuġ; Beato Franco fil-Knisja tal-Karmnu fil-Belt Valletta, L’Annunciazione fil-Mużew tal-Konkatidral ta' San Ġwann, kif ukoll partjiet mill-vara tal-Kunċizzjoni f'Bormla.

Legat

Maria de Dominici hija inkluża fid-Dictionary of Women Artists ta' Delia Gaze.

Fl-2010, krater fuq il-pjaneta Merkurju issemma għaliha. Kien propju d-dizzjunarju ta' Gaze li ntuża biex jissimmew partijiet mill-pjaneti li wasal għal dan wara t-tieni żjara qrib din il-pjaneta min-NASA-MESSENGER. Kif tispjega Susanna Hoe fl-introduzzjoni għal Malta: Women, History, Books and Places:

"Exciting or not as an explanation, the thought of a crater on Mercury named after a neglected Maltese woman artist is delightful, inspiring even, particularly when you come across Maria's crater on the internet, a lovely sight!".

Referenzi

Tags:

Maria De Dominici HajjithaMaria De Dominici XogħlijietMaria De Dominici LegatMaria De Dominici ReferenziMaria De DominiciBirguKavallieri ta' San ĠwannNapli

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Metodu xjentifikuSkozjaPaul Van HimstArkeoloġijaL-element Romanz fil-MaltiFaragħunR. Charleroi SCAkilleĠużeppi De PiroKunsilli lokali ta' MaltaKanzunetta Maltija għall-EwropaAttakkantGudjaTazza tad-Dinja tal-Futbol 1934Amerigo Vespucci (vapur għoli)Ordni ta' San ĠwannCarcassonneChris SmallingKampjonati EwropejECHO (Kummissjoni Ewropea)KristjaneżmuĦal GħaxaqAlfonsu Marija de LiguoriLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009Alex MuscatPellegrinaġġ ta' San ĠakbuMoldovaOtto ToeplitzBangladexxAlġebraSant'AmbroġjuKon-Katidral ta' San ĠwannKoranGuy de MaupassantB. R. AmbedkarEllis Park StadiumIgor' StravinskijWiki CommonsRelattività ristrettaTokjoBayern Munich FCHermannus ContractusLibanuKroazjaMartin Luther King Jr.ModaGħaxar KmandamentiBrimbaThomas EdisonWilliam BoeingElena TemnikovaFinlandjaPjanura ta’ Stari GradSkopjeCatania Beach SoccerMario BalotelliTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Silvio BerlusconiChangdeokgungFranz SchubertAdolf HitlerBlogg🡆 More