Il-Liebru Korean (Lepus coreanus) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha, nattiv tal-kontinent tal-Asja.
Liebru Korean | |
---|---|
Liebru Korean (Lepus coreanus) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Lepus |
Speċi: | L. coreanus |
Isem binominali | |
Lepus coreanus (Thomas, 1892) |
Dan il-liebru huwa speċi komuni b'distribuzzjoni fil-penisula Koreana li tikkonsisti fiż-żewġ pajjiżi Koreani, il-Korea ta' Fuq u l-Korea t'Isfel, u fin-naħa tal-Grigal taċ-Ċina.
Il-liebru Korean adult jista jikber minn 45 sa massimu ta' 54 ċentimetru twil u jiżen bejn 2.1 u 2.6 kilogrammi. Id-denb jista jkun bejn 2 u 5 ċentimetri twil u l-widnejn normalment ikunu minn 7.6 sa 8.3 ċentimetri.
Dan il-liebru huwa wieħed minn għaxar speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m'hemm l-ebda sottospeċi rikonoxxuta.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Liebru Korean, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.