Fabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen: Fabbrika u Sit ta' Wirt Dinji fil-Ġermanja

Il-Fabbrika tal-Azzar ta' Völklingen (bil-Ġermaniż: Völklinger Hütte) hija eks impjant b'forn tal-blast li jinsab fir-raħal Ġermaniż ta' Völklingen, fis-Saarland.

Il-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz kienet issir fis-sit mill-1882 sal-1986. Bħala waħda mill-uniċi fabbriki industrijali intatti ta' dan it-tip mis-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20 fl-Ewropa u fl-Amerka ta' Fuq, il-fabbrika tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994 bis-saħħa tal-preservazzjoni eċċezzjonali tagħha u peress li hi xhieda tal-metallurġija tal-prodotti tal-ħadid u tar-Rivoluzzjoni Industrijali. Barra minn hekk, is-sit huwa wieħed mill-postijiet tar-Rotta Ewropea tal-Wirt Industrijali (bl-Ingliż: European Route of Industrial Heritage - ERIH).

Fabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Mużew
Veduta mill-A 620

Storja

Fl-1873, Julius Buch ippjana u bena impjant tal-azzar ħdejn Völklingen fuq ix-xtut tax-xmara Saar. Madankollu, dan l-impjant waqaf jaħdem sitt snin biss wara, u nxtara minn Karl Röchling. Fl-1881, bdiet il-kostruzzjoni ta' forn tal-blast għall-produzzjoni tal-ħadid, u sentejn wara bdiet taħdem l-ewwel funderija. Erba' fran ġodda ġew miżjuda bejn l-1885 u l-1893, u fl-1897 żdied impjant tal-kokk. Fl-1900, ġew introdotti l-ewwel magni tal-infiħ tal-gass fil-Fabbrika ta' Völklingen, u b'hekk saret l-ewwel fabbrika fuq skala kbira li bdiet tuża l-gass għat-tħaddim tal-fran tal-blast. Sas-snin 10 tas-seklu 20, il-Fabbrika tal-Azzar ta' Völklingen kienet l-ikbar produttur ta' xorok tal-azzar fil-Ġermanja. Fil-fabbrika ġiet installata sistema kbira ta' ċinga trasportatriċi, u t-teknoloġija li ntużat hemmhekk saret mudell għal fabbriki oħra fid-dinja fil-bidu tas-seklu 20.

Minħabba nuqqas ta' ħaddiema matul u wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, sa 1,446 ruħ mit-territorji okkupati mill-Ġermanja (il-biċċa l-kbira minnhom mir-Russja u mill-Belġju) ġew imġiegħla jaħdmu fil-Fabbrika tal-Azzar ta' Völklingen bejn l-1915 u l-1918. Iktar minn 143 minn dawn il-ħaddiema mietu matul dak iż-żmien. Ix-xogħol imġiegħel intuża mill-ġdid fit-Tieni Gwerra Dinjija, meta total ta' 12,393 ruħ (inkluż priġunieri tal-gwerra u ċivili deportati mill-Unjoni Sovjetika) ħadmu fil-fabbrika f'kundizzjonijiet brutali u diżumani.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, saret manutenzjoni minuri biss sa meta l-fabbrika ngħalqet fl-1986 matul il-kriżi ekonomika tal-azzar. Il-fabbrika għad għandha l-istess dehra tas-snin 30 tas-seklu 20, bi fran tal-blast intatti u l-impjant tal-kokk oriġinali.

Sit ta' Wirt Dinji

Fabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Mużew 
Uħud mill-fran tal-Fabbrika tal-Azzar ta' Völklingen

Il-Fabbrika tal-Azzar ta' Völklingen ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".

Mużew

Illum il-ġurnata l-Fabbrika tal-Azzar ta' Völklingen hija mużew. Il-Ferrodrom huwa ċentru xjentifiku interattiv li jiffoka fuq il-produzzjoni tal-ħadid. Il-viżitaturi jistgħu jżuru ż-żoni tal-produzzjoni. Barra minn hekk, isiru wirjiet temporanji fuq varjetà ta' suġġetti fis-swali l-kbar tal-enerġija. Fis-sajf ġieli jsiru xi kunċerti wkoll.

Galeria

Referenzi

Tags:

Fabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen StorjaFabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen Sit ta Wirt DinjiFabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen MużewFabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen GaleriaFabbrika Tal-Azzar Ta' Völklingen ReferenziFabbrika Tal-Azzar Ta' VölklingenEwropaL-Amerika ta' FuqLingwa IngliżaLingwa ĠermaniżaRivoluzzjoni IndustrijaliSit ta' Wirt DinjiUNESCOĠermanjaĦadid

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Liebru IndjanFacebookUEFA Champions League 2008–09BerlinPrim Ministru ta' MaltaSydneyBallon d'OrPeregrino AnselmoUEFA Champions League 2010-11René DescartesHamburgTajwanAnne-Sophie MutterKastell ta' DurhamArkeoloġijaVallettaTim nazzjonali tal-futbol tal-ArmenjaMarokkB. R. AmbedkarĦinduiżmuBandiera ta' MaltaLingwa taljanaTim nazzjonali tal-futbol ta' MaltaLingwa kroataSpeċiEwroGiuseppe CalìMoskea l-Kbira u Sptar ta' DivriğiPaul Van HimstSubphylumFrarFIFAKannabis f'MaltaLista ta' missjonijiet diplomatiċi tas-Santa SedeBajja ta' Ha LongMiliedErin Serracino InglottLista ta' lingwi uffiċjaliDiċembruMikiel Anton VassalliLingwa IngliżaSkozjaKwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 7Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-IrlandaFederico García LorcaInterSant'AmbroġjuNisa (Turkmenistan)Natura mejtaSit ta’ Wirt DinjiUdo NwokoMaltiKonzLucrezia BorgiaĠużè AquilinaAttakkantPawlu l-AppostluČeský KrumlovAuguste RodinFrida KahloEmma WatsonJum il-VitorjaTian ShanGiuseppe VerdiLista tal-poeti tal-ilsien Malti🡆 More