Denys Shmyhal: Politiku Ukren

Denys Anatoliyovych Shmyhal (bl-Ukren: Денис Анатолійович Шмигаль; twieled fil-15 ta' Ottubru 1975) huwa politiku u imprenditur Ukren li ilu jaqdi l-kariga ta' Prim Ministru tal-Ukrajna mill-2020.

Qabel il-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru, Shmyhal kien il-Gvernatur tal-Oblast ta' Ivano-Frankivsk.

Denys Shmyhal
Denys Shmyhal: Politiku Ukren
Prim Ministru tal-Ukrajna

4 Marzu 2020 -
Oleksiy Honcharuk
Ministru għall-Iżvilupp Rurali

4 Frar 2020 - 4 Marzu 2020
Aliona Babak (en) Translate - Oleksiy Chernyshov (en) Translate
Gvernatur tal-Oblast ta' Ivano-Frankvsk

1 Awwissu 2019 - 5 Frar 2020
Oleh Honcharuk (en) Translate - Vitaliy Fedoriv (en) Translate
Ħajja
Twelid Lviv, 15 Ottubru 1975 (48 sena)
Nazzjonalità Ukrajna
Unjoni Sovjetika
Edukazzjoni
Alma mater Istitut Politekniku ta' Lviv 1997)
Livell tal-edukazzjoni Kandidat tax-Xjenzi Ekonomiċi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni negozjant
ħaddiem taċ-ċivil
politiku

Bħala Prim Ministru, Shmyhal kien responsabbli mill-ġestjoni tar-rispons fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Ukrajna.

Bijografija

Fl-1997 huwa ggradwa mill-Istitut Politekniku ta' Lviv. Fl-2003 kiseb it-titlu ta' Kandidat tax-Xjenzi Ekonomiċi. Minn meta ggradwa fl-1997 sa Settembru 2005, Shmyhal ħadem bħala kontabilist f'diversi kumpaniji. Minn Settembru 2005 sa Ġunju 2006, Shmyhal kien il-Viċi Direttur Ġenerali ta' kumpanija msejħa "LA DIS". Minn Ġunju 2006 sa Awwissu 2008, huwa kien id-Direttur tal-kumpanija tal-investiment "Comfort-Invest". Minn Settembru 2008 sa Settembru 2009, Shmyhal kien id-Direttur Ġenerali ta' kumpanija msejħa "ROSANINVEST LLC".

Shmyhal ħadem f'diversi rwoli politiċi ewlenin fl-Oblast ta' Lviv fl-Ukrajna mill-2009 sa Diċembru 2013. L-ewwel nett kien il-Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza Ekonomika fl-Amministrazzjoni tal-Oblast ta' Lviv bejn l-2009 u l-2011. Hemmhekk iltaqa' u ħadem ma' Oleh Nemchinov, li fl-2020 sar Ministru tal-Kabinett tal-Ministri fil-Gvern ta' Shmyhal. Shmyhal imbagħad sar il-Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza Ekonomika u l-Politika Industrijali għas-sena 2012. Fl-2013 huwa kien il-Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza Ekonomika, l-Investiment, il-Kummerċ u l-Industrija.

Għall-ewwel erba' xhur tal-2014, Shmyhal kien konsulent għal Deputat tal-Poplu tal-Ukrajna.

Minn Mejju 2014 sa Diċembru 2014, Shmyhal ħadem bħala Viċi Kap tal-Oblast ta' Lviv tal-uffiċċju reġjonali tal-Ministeru għad-Dħul u d-Dazji.

Denys Shmyhal: Politiku Ukren 
Is-Segretarju Blinken tal-Istati Uniti jiltaqa' mal-Prim Ministru Ukren Shmyhal

Huwa ħadem bħala l-Viċi President tad-distributur tal-oġġetti ffriżati, TVK Lvivkholod, ibbażat fi Lviv mill-2015 sal-2017.

Mill-2018 sal-2019, Shmyhal ħadem bħala d-Diretturs ta' Burshtyn TES li huwa l-ikbar produttur tal-elettriku f'Ivano-Frankivsk, u huwa parti mill-holdings ta' Rinat Akhmetov.

Mill-1 ta' Awwissu 2019 sal-ħatra ministerjali tiegħu, Shmyhal kien il-Gvernatur tal-Oblast ta' Ivano-Frankivsk.

Fl-4 ta' Frar 2020 huwa nħatar bħala l-Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali.

Shmyhal issostitwixxa lil Oleksiy Honcharuk bħala l-Prim Ministru tal-Ukrajna f'Marzu 2020.

Ħajja personali

Shmyhal huwa miżżewweġ lil Kateryna Shmyhal u flimkien għandhom żewġt ibniet. Kateryna hija eks sid konġunt tal-Fran Kamyanetsky ta' Lviv u ta' NextBike, kumpanija lokali tal-kiri tar-roti. Hija bigħet l-ishma tagħha f'dawn il-kumpaniji fl-2019.

Referenzi

Tags:

Lingwa UkrenaPolitikuUkrajna

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Arabja SawdijaPremier League Malti 1914–15Francesco AzopardiEdukazzjoniEmirati Għarab MagħqudaGħaxar KmandamentiEl SalvadorLista ta' pajjiżi skont l-erjaMikiel Anton VassalliTorri EiffelTanżanijaArmenjaSaffi tal-gżejjer MaltinEliżabetta IIPiero AngelaJohann Christian BachL-Ewwel Gwerra DinjijaLiechtensteinPreistorjaMontenegroĠużeppi De PiroStorjaIljunTaġikistanOssiġenuTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930BernMikelanġluMadre Teresa NuzzoDensità tal-popolazzjoniDonald TrumpĊiliEwropaNew ZealandNatura mejtaLingwa FranċiżaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Charles de FoucauldSamoaŻewsFestival tal-Eurovision 2020RaffaelloĠan Anton Vassallo2024 fil-mużika ta' MaltaDanimarkaAwstraljaFrarIkħalCandy Crush SagaTrevor ŻahraThomas à KempisPremier LeagueNiġerBratislavaPalazz tal-Gran MastruĠordanMahathir MohamadFilippiniAbout-urlDrittWikidataLingwa Ingliża🡆 More