Achille Mizzi

Achille Mizzi (Ħaż-Żabbar, 19 ta' Frar 1939 - ) hu poeta Malti.

Achille Mizzi
Achille Mizzi
Achille Mizzi
Ħajja
Twelid Ħaż-Żabbar, 19 Frar 1939 (85 sena)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb

Ħajja

Achille Mizzi twieled minn Emanuel u Natalina mwielda Lia. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, fis-Seminarju Arċiveskovili u fl-Universita' ta' Malta.

Fl-1958, beda l-karriera tiegħu bħala għalliem fl-iskejjel elementari tal-gvern. Huwa żamm din il-kariga sal-1963 meta daħal uffiċjal tad-Dwana. Fl-1988 mar jaħdem fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura. Hemmhekk kien involut fl-organizzazzjoni ta' bosta attivitajiet kulturali, speċjalment dawk taċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 Anniversarju ta'l-Indipendenza fl-1989.

Ifforma parti minn għadd ta' delegazzjonijiet governattivi fl-ILO (Ġinevra), UNESCO (Pariġi) u l-Kunsill ta' l-Ewropa (Strasburgu).

Fl-1992 inħatar Assistent Kap fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Riżorsi Umani. Inħatar Segretarju tal-President ta' Malta u f'din il-kariga serva taħt l-E.T. Ugo Mifsud Bonnici (1994 - 1999) kif ukoll taħt l-E.T. Prof. Guido de Marco (1999 - 2004) sakemm irtira mis-servizz ċivili fi Frar tas-sena 2000.

Barra mil-letteratura, huwa interessat ukoll fl-arti, fil-filosofija, fil-mużika, fl-istorja u fis-safar. Achille Mizzi huwa miżżewweġ 'il Yolanda Mifsud (1964) u għandhom erbat itfal.

Il-karriera letterarja

Achille Mizzi beda jikteb il-poeżija meta kellu tlettax-il sena. Il-ħila tiegħu ġiet mill-ewwel magħrufa mill-Prof. J. Aquilina, li kien inkludieh f'Il-Muża Maltija fl-1964. Minn dak iż-żmien 'l hawn ġie rrappreżentat f'kull antoloġija ta' poeti Maltin li nħarġet. Fis-sittinijiet kien wieħed mill-fundaturi ewlenin tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kien wettaq tiġdid sħiħ fl-ilsien u l-letteratura Maltija. Fl-1967 Achille Mizzi ppubblika l-ewwel ktieb tiegħu L-Għar tal-Enimmi u fl-1968, ġie aċċettat bħala membru fl-Akkademja tal-Malti, li fiha serva bħala President mill-1994 sas-sena 2000.

Achille Mizzi mill-ewwel kien magħruf bħala wieħed mill-aqwa esponenti tal-poeżija Maltija għax permezz tal-kitba tiegħu ħadem biex daħħal fil-poeżija Maltija l-kurrenti tal-letteratura moderna dinjija u mexxa 'l quddiem l-iżvilupp tal-ilsien Malti bħala għodda letterarja.

Fl-1988 ingħażel mill-Gvern biex jirrappreżenta lill-awturi Maltin f'konferenza internazzjonali li saret fi Bled (is-Slovenja), u fl-1989, flimkien ma' awturi rappreżentattivi oħra, ġie mistieden għal ġimgħa ta' letteratura Maltija f'Berlin.

Ġie msemmi b'ġieħ f'bosta pubblikazzjonijiet barra minn Malta.

Rikonoxximent

Rebaħ il-Premju Letterarju 1993 bil-pubblikazzjoni Poeżiji - Achille Mizzi. Raġa' rebaħ il-Premju Letterarju għall-Poeżija 1999 bil-ġabra Vetrati Milwiena.Rebaħ għat-tielet darba dan il-premju fl-2008 bil-ktieb Eklissi Perpetwi. Fl-1995 ġie onorat bħala Commendatore fl-Ordine al Merito della Repubblica Italiana u fl-istess sena ngħata lilu wkoll il-Croce dell' Ordine al Merito Melitense ta' l-Ordni Militari Sovran ta' Malta.

Fl-1998 l-astronawta Russa, Valentina Terexkova ħatritu bħala membru tal-Kunsill Eżekuttiv taċ-ċentru Russu għax-Xjenza u l-Kultura.

Il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar għaraf il-merti letterarji u ċiviċi tiegħu billi fl-2001 tah Gieħ Ħaż-Żabbar.

F'Jum ir-Repubblika 2011, Mizzi nħatar Membru tal-Ordni tal-Mertu mill-Istat ta' Malta bħala rikonoxximent tal-kontribut tiegħu b'risq il-Letteratura Maltija.

Biblijografija

  • L-Għar ta' l-Enimmi, 1967
  • Mas-Sejħa tat-Tnabar, (ko-awtur), 1971
  • Il-Kantiku tad-Demm, 1980
  • Taqtir is-Skiet, 1987
  • Poeżiji - Achille Mizzi, 1993
  • Vetrati Milwiena, 1998
  • Eklissi Perpetwi, 2007
  • The Essential Achille Mizzi, 2009 (Poeżiji tradotti minn Prof. P. Serracino Inglott)
  • Achille Mizzi, Studji, B.Micallef, 1996

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Achille Mizzi ĦajjaAchille Mizzi Il-karriera letterarjaAchille Mizzi RikonoxximentAchille Mizzi BiblijografijaAchille Mizzi ReferenziAchille Mizzi Ħoloq esterniAchille MizziĦaż-Żabbar

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

SydneyPremier LeagueTurkmenistanGħanaOċean PaċifikuIrħula ta' MaltaPapwa Gwinea l-ĠdidaKoleraMoskaTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexPalazz tal-Gran MastruLe HavrePjanura ta’ Stari GradSophia LorenTorri EiffelEwġenju BorgJohn T. DunlapTuneżijaRaffaelloNatura mejtaMalala YousafzaiLista ta' pajjiżi skont l-erjaInterlinguaMembru tal-Parlament EwropewAsjaĠeneru (tassonomija)VjetnamWied WirdienUnjoni SovjetikaNea Moni ta' ChiosKroazjaLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-LitwanjaĦaitiNovembruSpanjaJohnny NavarroSan PietruburguTrevor TemplemanBormlaUgandaEdukazzjoniTriq ta' Sant'AnnaBotswanaLumijaSan GejtanuLingwa ErżjanaFelix MendelssohnVallettaNiġerjaPeléTallinnCandy Crush SagaJohann Christian BachEkonomija ta' MaltaMystrasRivoluzzjoni IndustrijaliIraqGħasfurJoseph MuscatLingwa uffiċjaliSeychellesLingwa FranċiżaRepubblika Dominikana🡆 More