Villa Gwardamanġa: Villa fil-Pietà, Malta

Villa Gwardamanġa, (bl-Ingliż: Villa Guardamangia) li qabel kienet magħrufa bħala Casa Medina u kultant imsejħa Casa Guardamangia, hija dar imdaqqsa ta' 16,791 square feet (1,559.9 m2) fi Gwardamanġa, Pietà, Malta, li serviet bħala r-residenza tal-Prinċipessa Eliżabetta, Dukessa ta’ Edinburgh (aktar tard ir-Reġina Eliżabetta II), u l-Prinċep Filippu, Duka ta’ Edinburgh, bejn l-1949 u l-1951, filwaqt li l-Prinċep kien stazzjonat Malta bħala uffiċjal navali.

Villa Gwardamanġa: Storja, Bini u ġonna, Riċentament
Villa Guardamangia fl-2015

Storja

Il-proprjetà kienet ta’ qassis Kattoliku madwar l-1814, lejn il-bidu tal-kolonizzazzjoni Ingliża ta’ Malta. Huwa maħsub li l-dar inbniet madwar nofs is-seklu 18. Aktar tard fis-seklu 20 kienet ta’ diversi familji prominenti Maltin, fosthom dawk ta' Sant Fournier, Bartolo u Schembri. Il-bini ħa ħafna mill-forma preżenti tiegħu fl-1900 fuq inizjattiva ta' Sir Augusto Bartolo u kien jissejjaħ Casa Medina. Oriġinarjament kienet isservi bħala razzett. Il-bija tikkonsisti fi 18-il kamra fil-kwartieri residenzjali, stalel għall-annimali, ġnien kbir b’passaġġ twil u xelter tal-gwerra.

Għall-ħabta tal-1929, il-villa kienet mikrija għall-ewwel darba lil Louis Mountbatten, li kien inġibed lejn il-villa minħabba l-viċinanza tagħha għall-Marsa, fejn il-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel u korsa tal-golf kienu elementi essenzjali fl-istil ta’ ħajja lussuża li kien imdorri jgħix qabel wasal Malta. Il-villa kienet fi stat ħażin u maqsuma f’appartamenti, u Mountbatten u l-familja tiegħu maru joqogħdu f’żewġt ikmamar fil-Lukanda Phoenicia fil- Furjana, li kienet għadha qed tinbena, sakemm tlestew ir-rinnovazzjonijiet. Ftit wara li mar joqgħod fiha, Mountbatten xtara l-villa u saret ir-residenza tiegħu waqt li kien stazzjonat Malta bħala Kap Kmandant tal-Flotta tal-Mediterran sas-snin ħamsin.

Meta d-Duka u d-Dukessa ta’ Edinburgh ġew Malta għall-ewwel alloġġaw fil- Palazz ta’ San Anton, ospitati minn Gerald Strickland u martu. Il-Prinċipessa Eliżabetta u l-għarus tagħha (dak iż-żmien) Philip Mountbatten (eventwalment, id-Duka ta' Edinburgh) raqdu għall-ewwel darba f’Villa Guardamangia fl-1946 bħala mistednin ta' Louis Montbatten. Il-koppja rritornat lejn il-villa diversi drabi bejn dak iż-żmien u l-1952, meta l Prinċep kien stazzjonat Malta bħala uffiċjal tar-Royal Navy u Eliżabetta ħadmet mas-Soldiers, Sailors, Airmen Families Association (SSAFA) fil-Berġa ta’ Kastilja. Mountbatten eventwalment għadda l-villa lill-koppja rjali u huma għexu hemmhekk kontinwament bejn l-1949 u l-1951. Huwa mifhum b'mod informali li t-tifel il-kbir tagħhom, Charles, li eventwalment sar ir-Re Karlu III, tnisslet f'din il-villa. Snin wara, ir-Reġina Eliżabetta ddeskriviet iż-żmien li għexet f’Malta bħala waħda mill-aqwa perjodi ta’ ħajjitha, peress li kienet l-unika darba li setgħet tgħix ħajja “normali”.

Ir-Reġina Eliżabetta II żaret Villa Guardamangia waqt iż-żjara statali tagħha f’Malta fl-1992 u, fl-2007, hi u d-Duka ta’ Edinburgh iċċelebraw is-60 anniversarju tagħhom hemmhekk. Ir-Reġina ngħatat pittura ta’ Villa Guardamangia mill-Kummissarju Għoli Malti f’Londra, Norman Hamilton, fl-2013. Meta r-Reġina kienet Malta għal- Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth tal-2015, talbet biex tara l-villa, iżda kien rappurtat li ġiet irrifjutata mis-sidien privati tagħha, il-familja ta’ Ġużè Schembri, peress li kienet fi tinsab fi stat ħażin u kienet ukoll suġġett legali ta’ tilwima bejn is-sidien u l-gvern. Il-President Marie Louise Coleiro Preca ppreżentat lir-Reġina pittura oħra tal-faċċata tal-villa waqt din l-aħħar żjara tagħha f'Malta.

Il-binja tpoġġiet għall-bejgħ fl-2019 u l-prezz mitlub kien ta' €5,900,000. Ħafna mill-kontenut tal-bini, inkluż għamara, xogħol ta' l-arti u antikitajiet, inbiegħu f'irkant f'Settembru 2019. Wara kampanja biex il-bini jiġi restawrat u miftuħ għall-pubbliku, ġie akkwistat mill-Gvern ta’ Malta f’Ottubru 2019 u fdat lil Heritage Malta għax-xogħlijiet estensivi ta’ restawr meħtieġa.

Bini u ġonna

Villa Gwardamanġa: Storja, Bini u ġonna, Riċentament 
Il-faċċata ta’ quddiem bil-plakka “Villa Guardamangia”
Villa Gwardamanġa: Storja, Bini u ġonna, Riċentament 
Il-Villa fi stat dilapidat madwar l-2015

Il-villa tinstab ftit barra mill-periferija u s-subborgi tal- Belt Valletta fir-raħal żgħir ta’ Gwardamanġa imqiegħda f'nofs telgħa f’żona residenzjali kwieta fi triq dejqa. Il-villa hija deskritta bħala mibnija fil-forma ta' palazz ikkumplimentat b'veduti tal-baħar fuq il-Port ta' Marsamxett. Ir-Reġina Eliżabetta II iddeskrivitha bħala "dar tal-belt" (town house). Hija residenza tipika tradizzjonali Maltija. Il-bini huwa tal-ġebla tal-franka, magħrufa bħala ġebla ramlija u deskritta mir-Reġina bħala "ġebel isfar", u ddisinjata b'interjuri spazjużi. Id-dar għandha żewġ daħliet b'waħda fil-livell tat-triq u oħra wara taraġ taħt daħla elaborata b'taraġ il-fuq mil-livell tat-triq. Il-membri tal-familja rjali kienu ġabu l-affarijiet personali tagħhom stess mill-Gran Brittanja meta għexu fil-villa b'hekk għexu f'residenza lussuża, f'dar li kienet diġà eleganti. Il-familja rjali kellha qaddejja Brittaniċi fil-villa.

Il-ġonna tal-villa huma imwarrba mit-triq. Ir-Reġina ddeskrivietu sempliċement bħala l-“ġnien żgħir f’Villa Guardamangia.” Ir-Reġina nnifisha kienet irranġat il-ġonna u l-inħawi skont il-gosti u l-istil tal-ħajja tagħha, madankollu l-biċċa l-kbira tax-xogħol relatat mal-ġnien kien isir minn ġardinar. Il-karatteristika ewlenija ta' barra fil-ġnien hija t-terrazzin twil li jieħu mill-bini tal-villa għan-naħa l-oħra tal-ġnien. F’nofs it-terrazzin hemm fejn kien hemm bank li huwa l-post fejn ittieħdu l-aktar ritratti ppubblikati magħrufa tal-koppja rjali u l-mistednin tagħhom. Ritratti oħra ttieħdu fuq it-terrazzin tas-saqaf tal-villa, filwaqt li wħud ittieħdu mill-gazzetti ta’ dak iż-żmien fuq quddiem tal-villa waqt li l-koppja kienet tidher tiela' t-taraġ. Il-ġnien kien spażju fejn jiddevertu mal-mistiedna tagħhom kif ukoll post biex jikkultivaw l-fjuri, li l-Prinċep Filippu kien jieħu pjaċir ikollu sew fil-kabina tiegħu abbord kif ukoll fid-dar.

Riċentament

Il-bini huwa skedat bħala monument Grad 2 mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u jinsab fi stat dilapidat. L-NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar talbet li jiġi restawrat tagħha fl-2015 u l-gvern imbagħad kien fil-proċess biex jesproprja u jirrestawra l-villa, akkuża lis-sidien tagħha ta’ dak iż-żmien li ħallew il-villa tiddeterjora sabiex jiġġustifika t-twaqqigħ tagħha biex is-sit ikun jista’ jiġi rranġat. mibjugħa u żviluppata mill-ġdid.

Villa Guardamangia hija attrazzjoni turistika potenzjali ladarba tiġi restawrata. Fi stħarriġ online mhux xjentifiku tal-2015, 84% ta’ dawk li wieġbu ddikjaraw li kienu se jżuru l-villa jekk tiġi restawrata u miftuħa għall-pubbliku. Il-villa hija meqjusa komunament bħala monument assoċjat mal-familja rjali. Id-Daily Telegraph wera bi żball il-faċċata ta’ quddiem ta' Villa Luginsland fir-Rabat bħala n-naħa ta' wara ta’ Villa Guardamangia.

Matul dan iż-żmien, Villa Guardamangia kienet proprjetà privata ta’ Marika Schembri u ħutha. F'Ġunju 2019, il-Villa tpoġġiet għall-bejgħ għal €6 miljun (£5.3 miljun). Madankollu, inxtrat għal €5 miljun. Minn Ottubru 2019, il-villa hija tal- Gvern ta’ Malta.

Minn Ġunju 2020, Heritage Malta qed twettaq xogħlijiet estensivi ta’ restawr fuq il-villa. Il-Familja Rjali Brittanika se tkun mistiedna għall-ftuħ mill-ġdid tal-villa.

Referenzi

Biblijografija

Tags:

Villa Gwardamanġa StorjaVilla Gwardamanġa Bini u ġonnaVilla Gwardamanġa RiċentamentVilla Gwardamanġa ReferenziVilla GwardamanġaEliżabetta IIMaltaPrinċep Philip, Duka ta' EdinburguTal-Pietà

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Ħamrun Spartans FCRaffaelloCharles de FoucauldJum l-Indipendenza (Malta)Ir-Rabat (Malta)Arnold CassolaL-ImdinaQatarOssezja t'Isfelsj2gqEliżabetta IIInkwiżizzjoni SpanjolaTuneżijaDu FuIżraelAleksandar MadzarPajjiżKubaLewnLista ta' baned f'MaltaRivoluzzjoni IndustrijaliCharles DarwinEdukazzjoniIstanbulSan GejtanuMikelanġluNamibjaIt-Tieni Gwerra DinjijaPremju Nobel għall-FiżikaPajjiżi tad-dinjaMalażjaRoundaboutAvukatGreċjaOċeanjaLumijaEspooTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930OmanSan Franġisk t'AssisiEstonjaPolinesjaLingwa SqallijaUnitajiet ta' kejl MaltinAssedju ta' Malta (1798–1800)Logħob OlimpikuKimikaLondraMikiel SpiteriReliġjonFilosofijaĦal SafiIrħula ta' MaltaEfesu🡆 More