Venere (Latin Venus) li hija figura fil-mitoloġija Rumana, kien fl-oriġini tagħha, l-ispirtu u d-divinità tal-ġonna.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Venere kienet ta' oriġini Italika, u ma kinitx tifforma parti mill-panteon Ruman. Qabel kull influwenza Griega, Venere kienet iktar relatata mal-agrikoltura; infatti kienet il-protettriċi tar-raba', għelieqi, tagħhom. B'hekk wieħed jista' jgħid li Venere tappartjeni lid-divinità tan-natura fjurita u tar-rebbiegħa, tipika tal-popolazzjonijiet Italiċi antiki.
Il-kult tagħha beda f'Ardea u Lavinium, f'Latium. Fit-18 t'Awwissu, 293 q.K, ġie inawgurat l-eqdem tempju ddedikat lilha. It-18 t'Awwissu kienet ġurnata fejn kien isir festival magħruf bħala Vinalia Rustica. Fl-1 t'April, kienet issir ċelebrazzjoni oħra, il-Veneralja, ad unur Venus Verticordia; it-tempju tagħha inbena fil-114 q.K. Wara t-telfa li ġarrbu r-Rumani fil-Battalja tal-Lag Trasimene fil-215 q.K., inbena tempju fuq il-Kapitol iddedikat lil Venere Erycina. Fit-23 t'April ta' dik is-sena ġie inawgurat it-tempju, u festival magħruf bħala Vinalia Priora beda jinżamm biex tiġi kkomemorata din l-okkażjoni.
Wara l-Battalja ta' Farsalo (48 q.K.), Ġulju Ċesare ikkonsagra tempju lil Venere Genitrice (Genetrix).
Fir-reliġjon Rumana, Venere ma kellha l-ebda legami ma' miti ta' fertilità u spiċċat ukoll biex sostitwiet anki divinità lokali, fosthom Murcia, Cloacina u Libitina.
Wara l-assoċjazjoni ta' Venere ma' Marte, diversi Veneri oħrajn, fosthom il-Venere Felix, il-Venere Victrix, u l-Venere Salacia.
Identifikata mal-allat Afrodite fil-mitoloġija Griega, liema identifikazzjoni tidher li oriġinat fi Sqallija nord-orjentali, f'Erice, fejn ir-Rumani kienu jivveneraw lil Venere Ericina. Venere hija wkoll assoċjata ma' Turan, alla Etruskana.
Minbarra Turan u Afrodite, jeżistu figuri oħra li possibilment jistgħu jitqabbli ma' Venere. Dwn huma:
Venere kienet suġġett popolari fil-pitturi u l-iskultura skultura fir-Rinaxximent fl-Ewropa. Il-figura tagħha, meħuda bħala mudell ideali ta' sbuħija, kienet is-suġġett prinċipali ta' numru kbir ta' opri u ta' arti. Bħala figura "klassika", in-nudità kienet meqjusa bħala l-istat naturali tagħha, u għalhekk kien soċjalment aċċettabli li Venere tiġi rappreżentata mingħajr ħwejjeġ. Ċertu grad ta' sbuħija erotika kien ukoll ġustifikat, allura Venere kienet tappella ħafna lill-artisti u l-patruni tagħhom. Maż-żmien, "venere" bdiet tirreferi għar-rappreżentazzjoni artistika ta' mara għarwiena, anki meta ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li s-suġġett kienet l-alla Venere.
Venere ta' Milo
Wiki Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Venere (mitoloġija) (Venus (dea)) |
Wiki Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Aphrodite |
|
This article uses material from the Wikipedia Malti article Venere (mitoloġija), which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.