It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea huwa proċess li permezz tiegħu pajjiżi jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.
S’issa, tnejn u għoxrin pajjiż ingħaqdu mas-sitt membri fondaturi tal-Komunitajiet Ewropej (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Kull pajjiż Ewropew li jirrispetta l-valuri tal-UE msemmija fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE) u huwa impenjat li jippromwovihom jista' japplika biex isir membru tal-UE.
L-ewwel pass huwa li l-pajjiż jissodisfa l-kriterji tal-adeżjoni. Dawn il-kriterji ġew definiti f'laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Copenhagen fl-1993, u spiss jissejħu l-"kriterji ta' Copenhagen".
Il-kriterji ta' Copenhagen jistabbilixxu numru ta' kondizzjonijiet demokratiċi, ekonomiċi u politiċi għall-pajjiżi li jridu jissieħbu fl-UE:
L-UE teħtieġ ukoll li tkun tista' tintegra membri ġodda.
iktar prosperità għall-istati membri kollha: 3 darbiet aktar skambji kummerċjali bejn stati membri antiki u ġodda, 5 darbiet aktar fost l-
Il-kunsens imġedded dwar it-tkabbir, li ntlaħaq qbil dwaru fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2006, ikompli jiggwida l-politika tat-tkabbir tal-UE. Il-mexxejja tal-UE qablu li jsegwu strateġija bbażata fuq:
Matul il-perjodu tal-2014-2020, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) jirrapreżenta l-istrument finanzjarju tal-'UE għall-proċess ta’ qabel l-adeżjoni.
In-negozjati dwar l-adeżjoni jridu jkunu konklużi qabel Stat Membru ġdid ikun jista’ jissieħeb mal-Unjoni. In-negozjati jridu jseħħu bejn il-ministri u l-ambaxxaturi tal-gvernijiet tal-UE u l-pajjiż kandidat f’dik li tissejjaħ konferenza intergovernattiva.
L-ewwel fażi tinvolvi eżami analitiku rigoruż tal-leġiżlazzjoni 'tal-pajjiż kandidat; in-negozjati mbagħad jipproċedu b’mod metodiku biex iħarsu lejn il-firxa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE, li l-pajjiż kandidat irid jadotta, jimplimenta u jinforza. In-negozjati jestendu wkoll għal drittijiet u obbligi oħrajn li l-Istati Membri kollha jridu jaċċettaw - dawn huma magħrufin bħala l-acquis communautaire.
Ir-riformi politiċi u ekonomiċi mwettqa mill-pajjiż kandidat huma ssorveljati u vvalutati regolarment, u l-pass tan-negozjati huwa ddeterminat mir-riżultati. Huwa biss meta l-partijiet kollha jkunu ssodisfati li l-proċess jintemm bl-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat tal-Adeżjoni.
Matul il-proċess tan-negozjati dwar l-adeżjoni, il-kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jistgħu jingħataw appoġġ permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). Dan jinkludi numru ta’ programmi transfruntiera mal-Istati Membri tal-UE, li jirriflettu mill-qrib il-funzjonament tal-fondi strutturali.
Fil-laqgħa tiegħu f'Tessaloniki fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew afferma d-determinazzjoni tiegħu li jappoġġa bis-sħiħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.
F'laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru tal-2006, il-mexxejja tal-UE kkonfermaw li l-futur tal-Balkani tal-Punent huwa fl-Unjoni Ewropea.
Il-Balkani tal-Punent ser isiru parti integrali mill-UE ladarba jkunu kompletament konformi ma':
Fi Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea adottat strateġija għall-Balkani tal-Punent.
Is-summit UE-Balkani tal-Punent sar f'Sofija, il-Bulgarija, fis-17 ta' Mejju 2018. Dan laqqa':
Il-mexxejja tal-UE qablu dwar id-dikjarazzjoni ta' Sofija, li s-sħab tal-Balkani tal-Punent allinjaw ruħhom magħha. Huma adottaw ukoll l-aġenda ta' prijoritajiet ta' Sofija, bħala anness għad-dikjarazzjoni, li tiddeskrivi miżuri l-ġodda għal kooperazzjoni akbar fir-reġjun. Waqt is-summit il-mexxejja tal-UE tennew l-appoġġ inekwivoku tagħhom għall-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent. L-UE hija determinata li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għat-trasformazzjoni politika, ekonomika u soċjali tar-reġjun.
Fl-10 ta' Diċembru 2018, il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-Balkani tal-Punent. Wara sena ta' relazzjonijiet intensivi ħafna bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, il-ministri kellhom l-opportunità biex jevalwaw l-involviment u l-kooperazzjoni tal-UE mar-reġjun. Huma fakkru fl-aspettattivi tagħhom għall-passi li jmiss fil-progress tar-reġjun fil-mixja Ewropea tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
)==Sitwazzjoni attwali===
Il-konfigurazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (KAĠ) tistabbilixxi u tissorvelja l-proċess tat-tkabbir u n-negozjati tal-adeżjoni tal-UE. Meta pajjiż jippreżenta applikazzjoni biex jissieħeb fl-UE, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar din l-applikazzjoni.
Id-deċiżjonijiet tal-KAĠ jiftħu proċedura ta' evalwazzjoni teknika li għandha tiddetermina:
Id-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-KAĠ biex jiġi evalwat il-progress li jkun sar mill-pajjiżi kandidati jeħtieġu qbil unanimu bejn l-istati membri tal-UE.
Kull sena, il-KAĠ jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-proċess tat-tkabbir. Id-diskussjoni u kull deċiżjoni potenzjali jkunu bbażati fuq ir-rapporti dwar il-progress individwali ta' kull pajjiż tat-tkabbir u l-istrateġija annwali dwar it-tkabbir tal-Kummissjoni.
Fl-24 ta' Marzu 2020, il-ministri għall-affarijiet Ewropej qablu politikament li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fil-25 ta' Marzu, il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ġew formalment adottati bi proċedura bil-miktub. Fis-26 ta' Marzu 2020, il-membri tal-Kunsill Ewropew approvaw il-konklużjonijiet.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Tkabbir tal-Unjoni Ewropea, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.