Sit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca: Sit arkeoloġiku u paleontoloġiku fi Spanja

Is-Sit Arkeoloġiku ta' Atapuerca jinsab fil-provinċja ta' Burgos fit-Tramuntana ta' Spanja u huwa notevoli għall-evidenza li nstabet fih ta' okkupazzjoni umana preistorika bikrija.

Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.

Sit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca: Skoperta tas-sit, Sit ta Wirt Dinji, Siti tal-iskavi
L-iskavi fil-fdalijiet tal-għar karstiku ta' Atapuerca

Skoperta tas-sit

L-importanza arkeoloġika ta' din il-parti tal-provinċja ta' Burgos kulma jmur ħarġet fid-dieher fis-seklu 20 bħala riżultat tal-kostruzzjoni ta' linja ferrovjarja (li issa m'għadhiex tintuża) minn ġol-Muntanji ta' Atapuerca. Sar qtugħ fil-fond fil-blat karstiku li espona s-saffi tal-blat u tas-sedimenti ta' karatteristiċi magħrufa bħala Gran Dolina, Galería Elefante u Sima de los Huesos. L-iskavi sussegwenti tal-1964 taħt id-direzzjoni ta' Francisco Jordá Cerdá rnexxielhom iwasslu għall-iskoperta ta' artefatti antropoġeniċi fossili umani minn firxa wiesgħa ta' żminijiet (bnedmin bikrin, gruppi ta' kaċċaturi, okkupanti ta' Żmien il-Bronż). Iktar 'il quddiem saru iktar skavi, u twettaq xogħol interdixxiplinari minn diversi timijiet, immexxija minn Emiliano Aguirre mill-1978 sal-1990 u iktar 'il quddiem b'mod konġunt minn Eudald Carbonell, José María Bermúdez de Castro u Juan Luis Arsuaga. Dawn irnexxielhom jikkonfermaw l-okkupazzjoni umana kontinwa tas-sit. F'Lulju 2020 ġew skoperti żewġ ħaġriet tal-kwarzit, li jmorru lura għal 600,000 sena ilu, sejba li mliet il-vojt li kien hemm fl-evidenza tal-okkupazzjoni umana tas-sit fuq firxa ta' 1,200,000 sena.

Sit ta' Wirt Dinji

Is-Sit Arkeoloġiku ta' Atapuerca ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000. Is-sit huwa protett ukoll fil-livell nazzjonali (bħala Żona Arkeoloġika jew Zona Arqueológica bl-Ispanjol u bħala Sit ta' Interess Kulturali jew Bien de Interés Cultural bl-Ispanjol fir-reġistru tal-wirt) u fil-livell reġjonali (Kastilja u León iddeżinjat is-Sierra de Atapuerca bħala Spazju Kulturali jew Espacio cultural bl-Ispanjol).

Sit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca: Skoperta tas-sit, Sit ta Wirt Dinji, Siti tal-iskavi 
Il-pożizzjoni tas-siti tal-iskavi fejn kien sar il-qtugħ fil-fond għal-linja ferrovjarja. Is-siti huma identifikabbli mis-soqfa protettivi tagħhom. Dawn huma: (1) Daħla ta' aċċess fil-qtugħ; (2) Sima del Elefante; (3) Galería; (4) Gran Dolina.

Id-deżinjazzjoni reġjonali ta' Espacio cultural hija maħsuba biex twitti t-triq għat-turiżmu sostenibbli fil-villaġġi lokali. Hemm Ċentru ta' Aċċess għas-Sit (CAYAC) f'Ibeas de Juarros. Barra minn hekk, hemm ukoll Ċentru tal-Arkeoloġija Sperimentali (CAREX) fil-villaġġ ta' Atapuerca. Is-sejbiet jintwerew fil-Mużew tal-Evoluzzjoni Umana fil-belt ta' Burgos.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent".

Siti tal-iskavi

Sit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca: Skoperta tas-sit, Sit ta Wirt Dinji, Siti tal-iskavi 
Mappa tal-qtugħ tal-linja ferrovjarja bis-siti tal-iskoperti

Portalón (mill-1910 sal-preżent)

Ix-xogħol konġunt tal-arkeologi Jesús Carballo (mill-1910 sal-1911), Geoffrey Clark (fl-1971), José María Apellániz (mill-1973 sal-1983) u t-tim attwali ta' Juan Luis Arsuaga wassal għad-dokumentazzjoni tas-sekwenza tal-iskavi tal-oġġetti taċ-ċeramika mis-saffi tas-sedimenti kollha rilevanti min-Neolitiku.

Galería de la Eduarda y el Kolora (1972)

Il-Galería de la Eduarda y el Kolora hija għar lokali li fih xi pitturi mal-ħitan tal-blat tiegħu, u li ġie skopert fl-1972 minn grupp ta' speleologi lokali.

Galería (mill-1978 sal-preżent)

Fost id-diversi fossili tal-flora u tal-fawna, instab framment ta' xedaq matul is-snin 70 tas-seklu 20 u framment ta' kranju fl-1995, u t-tnejn li huma kienu tal-Homo heidelbergensis. Imorru lura għal bejn 600,000 u 400,000 sena ilu.

Trinchera Dolina (mill-1981 sal-preżent)

Il-Gran Dolina (magħrufa wkoll bħala Trinchera Dolina jew Trunċiera Dolina) huwa għar kbir li ilu jiġi skavat minn Settembru 1981. Is-sedimenti tiegħu kienu maqsuma fi ħdax-il saff (TD-1 sa TD-11)

  • TD-11: instabu għodod Mousterjani.
  • TD-10: x'aktarx li kien kamp tal-Homo heidelbergensis bil-fossili ta' biżonti u għodod.
  • TD-8: aċċessibbli mill-1994, fih instabu fossili notevoli ta' karnivori.
  • TD-7: instab riġel ta' annimal bovin f'pożizzjoni anatomika fl-1994.
  • TD-6 (Aurora stratum): fl-1994 u fl-1995 instabu iżjed minn 80 framment tal-għadam ta' ħames jew sitt ominidi, li jmorru lura għal bejn 850,000 u 780,000 sena ilu, jiġifieri mill-inqas 250,000 sena iktar antiki minn kwalunkwe ominidu ieħor li kien qatt ġie skopert fil-Punent tal-Ewropa sa dak iż-żmien. Madwar 25 % tal-għadam fihom marki ta' manipolazzjoni li jissuġġerixxu l-kannibaliżmu. Il-klassifikazzjoni ta' dawn il-fdalijiet għadha fil-mira ta' dibattitu sħiħ; is-suġġerimenti jvarjaw mill-Homo erectus għall-Homo heidelbergensis u l-Homo antecessor. Xi riċerkaturi li huma familjari mal-materjal stratigrafiku tal-Gran Dolina jsostnu li l-Homo antecessor jaf kien l-antenat tal-Homo heidelbergensis, li min-naħa tiegħu kien l-antenat tal-Homo neanderthalensis. Instabu wkoll fossili simili għall-Homo erectus flimkien ma' għodod tal-ġebel u ta' materjali oħra rtokkati.
  • TD-5: x'aktarx li kien moħba ta' karnivoru.
  • TD-4: imur lura għal 780,000 sena ilu; instabu erba' bċejjeċ litiċi matul l-iskavi tal-1991 u diversi fdalijiet tal-Ursus dolinensis, speċi pjuttost rari ta' ors.
  • Fl-iktar livelli baxxi (TD-1 u TD-2) ma nstabet l-ebda fossila.
Sit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca: Skoperta tas-sit, Sit ta Wirt Dinji, Siti tal-iskavi 
Trinchera Zarpazos, parti mis-sistema tal-Galería fl-2006

Sima de los Huesos (mill-1983 sal-preżent)

Is-Sima de los Huesos (Foss tal-Għadam) fih l-ikbar għadd ta' skoperti u għarfien xjentifiċi ta' valur b'implikazzjonijiet importanti. Dan is-sit jinsab fil-qiegħ ta' xaft fond 13-il metru (43 pied), li xi kultant jissejjaħ "ċumnija", li huwa aċċessibbli permezz ta' kurituri dojoq tal-Cueva Mayor.

Mill-1997, l-iskavaturi sabu iżjed minn 5,500 fdal ta' għadam tal-bnedmin depożitati matul il-perjodu tal-Plejstoċen Medju, mill-inqas ta' 350,000 sena ilu, li jirrappreżentaw 28 individwu tal-Homo heidelbergensis. Sejbiet assoċjati jinkludu l-fossili tal-Ursus deningeri u mannara tal-idejn imsejħa Excalibur. Din attirat livell għoli ta' attenzjoni, u għadd ta' esperti jappoġġaw l-ipoteżi li din l-għodda partikolari magħmula mill-kwarzit aħmar milli jidher kienet tintuża għal xi offerta ritwali, x'aktarx għal xi funeral. L-idea qanqlet tiġdid tal-progress evoluzzjonarju u tal-istadji tal-iżvilupp konjittiv, intellettwali u kunċettwali tal-bniedem. Disgħin fil-mija tal-fossili magħrufa tal-Homo heidelbergensis inkisbu minn dan is-sit. Il-foss tal-fossili tal-għadam jinkludi:

  • Kranju sħiħ imsejjaħ il-Kranju Nru 5 u mlaqqam Miguelón, u l-fdalijiet frammentarji ta' kranju msejjaħ il-Kranju Nru 4 u mlaqqam Rui (b'referenza għall-mexxej militari Medjevali El Cid).
  • Pelvi sħiħ imsejjaħ il-Pelvi Nru 1 u mlaqqam Elvis.
  • Mandiboli, snien, ħafna għadam postkraniku (femora, għadam tal-idejn u tas-saqajn, vertebri, kustilji, eċċ.).
  • Fdalijiet ta' tifel jew tifla b'kranjosinostożi li jmorru lura għal 530,000 sena ilu. Ġie meqjus li s-sejba tipprovdi evidenza tal-qsim tal-ikel fil-popolazzjonijiet umani bikrin.
  • DNA Mitokondrijali (mtDNA) minn femore ta' 400,000 sena ilu, li ġie sekwenzjat, u huwa l-eqdem mtDNA ta' ominidi li ġie rkuprat mill-2013. L-mtDNA nstab li kien eqreb għall-mtDNA tal-ominidi ta' Denisova milli għall-mtDNA tan-Neandertal.
  • Fl-2016, ir-riżultati tal-analiżi nukleari tad-DNA ddeterminaw li l-ominidi ta' Sima kienu Neandertal u mhux ominidi ta' Denisova, u li d-diverġenza bejn in-Neandertal u l-ominidi ta' Denisova tmur lura għal iktar minn 430,000 sena.
  • Fl-2019, analiżi tas-snien tan-Neandertal li nstabu fis-Sima de los Huesos indikat li l-bnedmin moderni u n-Neandertal isseparaw minn antenat komuni iktar minn 800,000 sena ilu.
  • Fl-2020, analiżi tal-enamel tas-snien tal-ominidi li nstabu fis-siti tas-Sima del Elefante, tal-Gran Dolina-TD6 u tas-Sima de los Huesos ikkonkludiet li l-ominidi ta' Atapuerca kienu jikbru iktar malajr mill-bnedmin moderni.

Xi skavaturi ddikjaraw li l-konċentrazzjoni ta' għadam fil-foss tippermetti li wieħed iqisu bħala ħjiel ta' kultura funebri tradizzjonali fost l-abitanti tal-għar. Teorija kompetitriċi tikkwota n-nuqqas ta' għadam żgħir u tissuġġerixxi li l-fossili spiċċaw fil-foss b'mod naturali u mhux għaliex tqiegħdu hemmhekk mill-bniedem.

Sit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca: Skoperta tas-sit, Sit ta Wirt Dinji, Siti tal-iskavi 
Il-Kranju Nru 5 tal-Homo heidelbergensis, waħda mill-iżjed skoperti importanti; il-mandibola kważi intatta nstabet xi ftit snin wara.

Sima del Elefante (mill-1996 sal-preżent)

Skont José María Bermúdez de Castro, il-kodirettur tar-riċerka f'Atapuerca, is-sejbiet fis-Sima del Elefante jappoġġaw "evidenza anatomika tal-ominidi li kienu jipproduċu għodod iktar minn miljun sena ilu", li jfisser li jaf kienu l-ewwel ominidi li għamlu dan fost l-ominidi tal-Punent tal-Ewropa. L-ewwel skoperta f'Ġunju 2007 kienet sinna, u mbagħad instab framment ta' xedaq u falanġi prossimali fl-2008.

Cueva del Mirador (mill-1999 sal-preżent)

Dan is-sit jipprovdi tagħrif dwar l-iżjed bdiewa u rgħajja lokali bikrin tal-aħħar tan-Neolitiku u ta' Żmien il-Bronż.

Wied tal-Orkidej (mis-sena 2000 sal-2001) u Hundidero (mill-2004 sal-2005)

Xi għodod tal-ġebel tal-Paleolitiku Superjuri ġew estratti minn din il-lokalità.

Referenzi

Tags:

Sit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca Skoperta tas-sitSit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca Sit ta Wirt DinjiSit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca Siti tal-iskaviSit Arkeoloġiku Ta' Atapuerca ReferenziSit Arkeoloġiku Ta' AtapuercaBniedemPreistorjaSit ta' Wirt DinjiSpanjaUNESCO

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Fażijiet lunariSistema diġestivaTimor tal-LvantAttakk tal-Kremlin 2023Ħaż-ŻabbarForza tal-Art tal-Armata tal-Ħelsien tal-PopluBloggVictoria LinesRepubblika tal-IrlandaDun Mikiel XerriUnjoni EwropeaBrażilLionel MessiKerċemĠan Anton VassalloĠgantijaImperu BrittanikuLongueuil–Université-de-Sherbrooke (metro ta' Montreal)Kalifat AlmohadDom MintoffBirkirkaraTim nazzjonali tal-futbol tal-LiechtensteinMsida Saint-Joseph FCBaħrejnNisa fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ MaltaBaalbekErbivoruStati UnitiNeymarLingwi SlaviKċina MaltijaNitroġenuGrammaPremier League MaltiEklissi solariMikiel Anton VassalliWikipedijaXi JinpingBratislavaTrasformata ta' FourierĠakartaLista tal-poeti tal-ilsien MaltiLingwa SpanjolaHibernians FCEġittuArthur Conan DoyleSaturnu (pjaneta)Mikiel GonziMiliedĊensu TaboneReliġjon NisranijaDun Ġorġ PrecaAmedeo ModiglianiGħajnsielemSenegalDiego Maradona🡆 More