Ir-Romantiċiżmu kien moviment artistiku, letterarju, intellettwali u li ġie żviluppat fil-Ġermanja fit-tmiem tas-seklu tmintax u mbagħad nfirex madwar l-Ewropa.
Ir-Romantiċiżmu kiseb qawwa matul ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Ir-Romantiċiżmu kienet dik ir-reazzjoni fejn l-idejat kienu kontra l-Illuminiżmu u li fosthom kienu jiġu minn filosfi tas-seklu tmintax.
“ Ir-raġuni tagħmilna pupi; l-emozzjoni tagħmilna allat. ”
—Friedrich Hölderlin
“ Billi nlibbes dak li hu komuni b'tifsira sublimi; dak li hu ordinarju b'aspett misterjuż; dak li hu familjari bl-impressjoni ta' dak li mhux; dak li hu finit b'sura ta' infinità; b'hekk nirromantiċizza. ”
—Novalis
Fis-sens bażiku, it-terminu "romantiċiżmu" ġie użat biex jirreferi għal ċerti artisti, poeti, kittieba, mużiċisti, kif ukoll politiċi, filosofiċi u ħassieba soċjali tad-tard tas-seklu tmintax sal-bidu tan-nofs ta seklu dsatax.
Ir-Romantiċiżmu rawwem kuxjenza ossessiva dwar is-sbuħija tan-Natura u l-misteri tagħha. In-Natura tinbidel f'dinja animata fejn kull element u kull ħlejqa huma mogħnija b' sensibbiltà li tħoss u taħseb. Ir-Romantiċiżmu wettaq l-emozzjoni u l-esperjenzi sensorji filwaqt li ċaħad ir-raġuni u l-intellett. Ir-raġuni ma tistax tasal biex tagħti tifsira xierqa lil kulma jinħass f'ruħ il-bniedem; għalhekk is-superjorità tas-sentiment. Ir-Romantiċiżmu donnu qed jgħid: "Jien inħoss, allura neżisti."
Ir-Romantiċiżmu enfasizza l-burdati estremi u t-taqbidiet interjuri tal-bniedem. Għalhekk jispikkaw sentimenti qawwija ta' mħabba u mibegħda, ħlewwa u rabja, hena u niket, qlubija u biża', tama u disperazzjoni. Barra li fittex is-sabiħ u l-veru fl-imgħoddi, igglorifika l-passat taħt lenti nostalġika. Ir-Romantiċiżmu:
Ir-Romantiċiżmu jimplika l-libertà ta' l-ispirtu:
Ħafna storiċi intellettwali raw ir-Romantiċiżmu bħala moviment li serva bħala muftieħ fil-Kontro-Illuminiżmu, li kienet ir-reazzjoni kontra ż-Żmien l-Illuminiżmu.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Romantiċiżmu, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.