Park Arkeoloġiku Ta' Hili

Il-Park Arkeoloġiku ta' Hili (bl-Għarbi: حَدِيْقَة آثَار ٱلْهِيْلِي, b'ittri Rumani: Ḥadīqat Āthar Al-Hīlī) huwa l-post fejn instabu fdalijiet ta' Żmien il-Bronż ta' Al Ain, f'Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda.

Is-sit huwa wieħed mill-komponenti tas-Siti Kulturali ta' Al Ain, l-unika Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Emirati Għarab Magħquda.

Park Arkeoloġiku Ta' Hili
Il-Qabar il-Kbir ta' Hili.

Deskrizzjoni u storja

Park Arkeoloġiku Ta' Hili 
Il-ġonna tal-Park Arkeoloġiku ta' Hili.

Fi ħdan il-Park Arkeoloġiku ta' Hili hemm l-ikbar sit ta' Żmien il-Bronż fl-Emirati Għarab Magħquda, li jmur lura għat-3000 Q.K. Fost il-fdalijiet hemm ukoll dawk ta' insedjamenti, oqbra u falaj li jmorru lura għal Żmien il-Ħadid. Parti mis-sit arkeoloġiku jibqa' ħiereġ barra mill-park f'żona protetta. L-artefatti li nstabu mis-sit arkeoloġiku jintwerew fil-Mużew Nazzjonali ta' Al Ain fiċ-ċentru tal-belt. Il-Qabar il-Kbir ta' Hili huwa torri-qabar rikostruwit b'dijametru ta' 12-il metru (39 pied) u fuq id-daħla ċkejkna tiegħu hemm it-tinqix imbuzzat ta' żewġ għażżiela u żewġ bnedmin. Dan il-qabar flimkien mal-pedamenti ta' oqbra oħra iżgħar simili jagħmlu parti mill-kultura ta' Umm al-Nar.

F'Mejju 2019, id-Dipartiment ta' Abu Dhabi għall-Kultura u t-Turiżmu rrapporta li fis-sezzjoni ta' Hili II fi ħdan il-Park Arkeoloġiku ta' Hili nstabu marki tas-swaba' ta' madwar 3,000 sena ilu. Milli jidher kien il-marki tas-swaba' tal-artiġjani li bnew xi ħajt fis-sit arkeoloġiku.

Sit ta' Wirt Dinji

Is-Siti Kulturali ta' Al Ain (Hafit, Hili, Bidaa Bint Saud u l-Inħawi tal-Oażi) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".

Referenzi

Tags:

Emirati Għarab MagħqudaLingwa GħarbijaSit ta' Wirt DinjiUNESCO

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF)Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2009WikipedijaRinaxximentFilosofija PresokratikaRené DescartesIscoTim nazzjonali tal-futbol tal-AżerbajġanDun Karm PsailaĠnus MagħqudaStorja ta' MaltaMystrasAnalisi matematikaReliġjon f'MaltaL-Amerika ta' FuqLessikuNewro-onkoloġijaKarnival ta' MaltaMarjanu VellaMiley CyrusDaphne Caruana GaliziaPitagoraKubaCommonwealth tan-NazzjonijietBelt ProjbitaNeftchi Baku PFCEwroTebe (Eġittu)MaltinAmerigo Vespucci (vapur għoli)BirguPjanura ta’ Stari GradPremier League Malti 2011–12Franz SchubertTian ShanTavla perjodikaTokjoČeský KrumlovFC BATESaryarkaBukarestPietru Pawl SaydonFIFAGrupp D tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008Arti marzjaliEllis Park StadiumOssiġenuDipendenza (Informatika)ŻiemelJavier Hernández BalcázarPiramidi EġizzjaniR. Charleroi SCGéza ToldiVolkswagenOldřich NejedlýWied il-Għajn (Marsaskala)Sid ViciousKoranTabibElisabeth FrinkEugenio MontaleJuan Carlos GarridoKemmunaRivalità bejn Liverpool FC u Manchester United FCFacebookLingwa Ingliża🡆 More