Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.
Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. It-Tuneżija rratifikat il-Konvenzjoni fl-10 ta' Marzu 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
B'kollox it-Tuneżija għandha disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tmienja kulturali u wieħed naturali. L-ewwel tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mit-Tuneżija kienu l-Medina ta' Tuneż, l-Anfiteatru ta' El Jem, u s-Sit Arkeoloġiku ta' Kartaġni fl-1979. L-iżjed sit reċenti mit-Tuneżija li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa Djerba: Xhieda ta' Xejra ta' Insedjament fi Gżira fl-2023.
L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja f'ettari (akri) | Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Sit Arkeoloġiku ta' Kartaġni | Governorat ta' Tuneż, it-Tuneżija 36°51′10″N 10°19′24″E | kulturali: (ii)(iii)(vi) | 616 (1,520) | 1979 | Stabbilita fis-seklu 9 Q.K., Kartaġni żviluppata f'imperu kummerċjali mal-Mediterran kollu. Il-belt inqerdet fil-146 Q.K. fil-Gwerer Puniċi min-naħa tar-Rumani, iżda iktar 'il quddiem ġiet stabbilita mill-ġdid. | |
Dougga / Thugga | Governorat ta' Béja, it-Tuneżija 36°25′25″N 9°13′13″E | kulturali: (ii)(iii) | 70 (170) | 1997 | Is-sit jinkludi l-fdalijiet ta' Dougga, eks belt kapitali ta' stat Libjan-Puniku, li ffjorixxa taħt ir-Rumani u l-Biżantini, iżda li qabad it-triq tan-niżla fil-perjodu Iżlamiku. | |
Anfiteatru ta' El Jem | Governorat ta' Mahdia, it-Tuneżija | kulturali: (iv)(vi) | 70 (170) | 1979 | L-Anfiteatru ta' El Jem inbena fis-seklu 3 W.K. u huwa l-ikbar anfiteatru tat-Tramuntana tal-Afrika, u l-ikbar wieħed li nbena 'l barra mill-Italja. B'kollox jesa' 35,000 spettatur, u jitqies fost l-aqwa eżempji ta' arkitettura Rumana ta' din ix-xorta. | |
Park Nazzjonali ta' Ichkeul | Governorat ta' Bizerte, it-Tuneżija | naturali: (x) | 12,600 (31,000) | 1980 | Il-Lag ta' Ichkeul u l-artijiet mistagħdra tal-madwar huma destinazzjoni importanti għal eluf ta' għasafar tal-passa, inkluż papri, wiżż, ċikonji u fjammingi roża. Fl-imgħoddi kien parti minn katina muntanjuża li kienet estiża tul it-Tramuntana tal-Afrika. | |
Kairouan | Governorat ta' Kairouan, it-Tuneżija | kulturali: (i)(ii)(iii)(v)(vi) | 68 (170) | 1988 | Stabbilita fis-670, Kairouan kienet l-eks belt kapitali ta' Ifriqija u ffjorixxiet fis-seklu 9. Il-wirt tagħha jinkludi l-Moskea ta' Uqba u l-Moskea tat-Tliet Daħliet. | |
Medina ta' Sousse | Governorat ta' Sousse, it-Tuneżija | kulturali: (iii)(iv)(v) | 32 (79) | 1988 | Sousse hija eżempju prim ta' belt mill-perjodu Iżlamiku bikri. Il-belt kienet port kummerċjali u militari importanti matul is-seklu 9. | |
Medina ta' Tuneż | Governorat ta' Tuneż, it-Tuneżija | kulturali: (ii)(iii)(v) | 296 (730) | 1979 | Il-Medina ta' Tuneż tħaddan xi 700 monument, fosthom palazzi, moskej, mawżolej, madrasa u funtani, li huma xhieda tal-epoka tad-deheb ta' Tuneż mis-seklu 12 sas-seklu 16. | |
Raħal Puniku ta' Kerkuane u n-Nekropoli tiegħu | Governorat ta' Nabeul, it-Tuneżija | kulturali: (iii) | — | 1985 | Kerkuane ġiet abbandunata fil-250 Q.K. matul l-Ewwel Gwerra Punika u qatt ma ġiet rikostruwita. Il-belt hija l-unika eżempju eżistenti ta' insedjament Puniku-Feniċju. | |
Djerba: Xhieda ta' Xejra ta' Insedjament fi Gżira | Governorat ta' Medenine | kulturali: (v) | 51,400 (127,000) | 2023 | Dan is-sit huwa xhieda ta' xejra ta' insedjament li żviluppat fil-gżira ta' Djerba għall-ħabta tas-seklu 9 W.K. f'ambjent semiaridu u bi skarsezza ta' ilma. Il-karatteristika ewlenija tas-sit kienet id-densità baxxa tagħha: kienet tinvolvi d-diviżjoni tal-gżira f'kwartieri, raggruppati flimkien, li kienu awtosostenibbli ekonomikament u kienu kkollegati ma' xulxin u mal-postijiet reliġjużi u kummerċjali tal-gżira, permezz ta' network kumpless ta' toroq. L-insedjament uman distintiv ta' Djerba rriżulta minn taħlita ta' fatturi ambjentali, soċjokulturali u ekonomiċi, u joħroġ fid-dieher il-mod kif in-nies lokali adattaw l-istil ta' għajxien tagħhom għall-kundizzjonijiet ta' skarsezza tal-ilma fl-ambjent tagħhom. |
This article uses material from the Wikipedia Malti article Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Tuneżija, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.