Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) iddeżinjat 40 Sit ta' Wirt Dinji fi tmien pajjiżi sovrani (imsejħa wkoll stati li huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji) tat-Tramuntana tal-Ewropa: l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, jiġifieri ġabra ta' pajjiżi Nordiċi u Baltiċi.

It-territorju Daniż tal-Gżejjer Faroe ma għandux Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-siti ta' Greenland, li tinsab fil-kontinent tal-Amerka ta' Fuq, mhumiex inklużi fil-lista ta' hawn taħt minkejja r-rabtiet politiċi mad-Danimarka; huma inklużi fil-Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Amerka ta' Fuq. Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma inklużi fil-Punent tal-Ewropa, minkejja li xi kultant jiġu elenkati fit-Tramuntana tal-Ewropa.

Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa
Dettall ta' faċċata bl-istil tal-Art Nouveau f'Riga.

L-Iżvezja fiha l-ikbar ammont ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-reġjun, 15-il sit, tnejn minnhom siti transfruntiera. Tliet siti huma kondiviżi ma' diversi pajjiżi: l-Istmu Kuronjan (il-Litwanja u r-Russja), il-Höga Kusten / l-Arċipelagu ta' Kvarken (l-Iżvezja u l-Finlandja) u l-Ark Ġeodetiku ta' Struve (għaxar pajjiżi fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Ewropa). L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mir-reġjun tniżżlu fl-1979, meta l-Knisja tal-Injam ta' Urnes u Bryggen, it-tnejn li huma fin-Norveġja ntgħażlu sena wara ma tfasslet il-lista.

Kull sena, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO jista' jiddeżinja siti ġodda fil-lista, jew ineħħi s-siti li ma jissodisfawx iktar il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO. L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Is-siti "mħallta" huma siti li jissodisfaw kriterji bħala sit kulturali u bħala sit naturali.

Il-Kumitat tal-Wirt Dinji jista' jispeċifika wkoll li sit jinsab fil-periklu, u jikkwota "kundizzjonijiet li jheddu l-istess karatteristiċi tal-għażla tal-UNESCO li wasslu biex is-sit jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO". Attwalment, l-ebda sit fit-Tramuntana tal-Ewropa ma tniżżel bħala sit fil-periklu, għalkemm ġieli kien hemm każijiet fejn dan tqies bħala possibbiltà.

Siti ta' Wirt Dinji

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Is-siti li jkollhom kriterji kulturali u naturali jissejħu siti mħallta.

NB: * Siti transnazzjonali (bl-asterisk)

Sit Stampa Post Kriterji tal-Għażla Erja f'ettari (akri) Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Tumbati tal-Ħamrija, Ħaġar Runiku u Knisja ta' Jelling Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Jelling, id-Danimarka

55°45′23″N 9°25′12″E

kulturali:

(iii)

4.96 (12.3) 1994 Il-monumenti ta' Jelling jinkludu ħaġar runiku, tumbati funebri tal-ħamrija, u knisja. Dawn jiddokumentaw it-tranżizzjoni Daniża mill-paganiżmu għall-Kristjaneżmu fis-seklu 10. Iż-żewġ tumbati funebri huma pagani, l-istess bħall-ħaġra runika l-antika, stabbiliti mir-Re Gorm ix-Xiħ. Il-ħaġra runika l-kbira ssemmi l-Kristjanizzazzjoni tad-Danimarka u ġiet stabbilita mir-Re Harald Bluetooth, li stabbilixxa wkoll il-knisja fil-qrib.
Katidral ta' Roskilde Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Roskilde, id-Danimarka

55°38′32″N 12°4′47″E

kulturali:

(ii), (iv)

0.40 (0.99) 1995 Il-kostruzzjoni tal-katidral bdiet fis-seklu 12 bl-istil Rumanesk u kompliet bl-istil Gotiku fis-seklu 13. Inbniet bil-brikks, għaldaqstant hi eżempju bikri ta' binja ekkleżjastika ewlenija mibnija b'dan il-materjal fit-Tramuntana tal-Ewropa, u ilha sit funebri ewlieni għall-monarki Daniżi mis-seklu 15.
Kastell ta' Kronborg Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Helsingør, id-Danimarka

56°2′20″N 12°37′15″E

kulturali:

(iv)

2000 Il-kastell Rinaxximentali, li nbena l-iktar fl-aħħar tas-seklu 16, jinsab strateġikament fl-idjaq punt tal-istrett ta' Øresund. Inqered minn nar fl-1629 iżda ġie rikostruwit ftit wara kważi bl-istess għamla, u fis-seklu ta' wara twettqet modifika militari ulterjuri. Kronborg, bħala Elsinore, huwa l-post fejn ġiet ambjentata r-reċta ta' William Shakespeare, Hamlet.
Stevns Klint Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Stevns, id-Danimarka

55°16′02″N 12°25′24″E

naturali:

(viii)

50 (120) 2014 Stevns Klint huwa rdum kostali twil 15-il kilometru (9.3 mili) mimli bil-fossili. Joffri evidenza eċċezzjonali tal-impatt tal-metjorita ta' Chicxulub li ħabtet fil-pjaneta fl-aħħar tal-perjodu Kretaċju, madwar 66 miljun sena ilu, u kkawżat l-estinzjoni tal-Kretaċju-Paleoġen. Is-sit huwa xhieda wkoll tal-iżvilupp tal-flora u tal-fawna wara l-irkupru mill-estinzjoni tal-massa.
Baħar ta' Wadden* Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Baħar ta' Wadden, id-Danimarka, il-Ġermanja u n-Netherlands

55°16′02″N 12°25′24″E

naturali:

(viii), (ix), (x)

968,393 (2,392,950) 2014 Il-Baħar ta' Wadden jinkludi ż-Żona ta' Konservazzjoni tal-Baħar ta' Wadden fin-Netherlands, il-Parks Nazzjonali Ġermaniżi tal-Baħar ta' Wadden ta' Niedersachsen u ta' Schleswig-Holstein, u l-medda tad-Danimarka. Il-linja tal-kosta ġeneralment hija waħda ċatta u fiha artijiet bassasa, artijiet bit-tajn, imraġ u duni. Is-sit ikopri żewġ terzi tal-Baħar ta' Wadden u jospita bosta speċijiet ta' pjanti u ta' annimali. Fih jitnisslu sa 12-il miljun għasfur fis-sena u jappoġġa iktar minn 10 fil-mija tal-popolazzjoni ta' 29 speċi. Ġie estiż fl-2011 biex jinkludi l-Park Nazzjonali Ġermaniż tal-Baħar ta' Wadden ta' Amburgu u fl-2014 ġiet inkluża l-parti Daniża wkoll tal-Baħar ta' Wadden.
Christiansfeld, Insedjament tal-Knisja Moravjana Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Christiansfeld, id-Danimarka

55°21′20″N 09°28′53″E

kulturali:

(iii), (iv)

2015 Christiansfeld, stabbilit fl-1773, huwa eżempju ta' insedjament ippjanat tal-Knisja Moravjana, denominazzjoni Protestanta, u jirrifletti l-filosofija egalitarja tal-komunità. L-insedjament jinkludu binjiet importanti għall-benessri komuni, bħal djar komunali għar-romol u l-irġiel u nisa' mhux miżżewġin tal-kongregazzjoni.
Pajsaġġ tal-Kaċċa Medjevali fit-Tramuntana ta' Zealand Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Store Dyrehave, Gribskov, Jægersborg Dyrehave, Jægersborg Hegn, id-Danimarka

55°54′49″N 12°21′28″E

kulturali:

(ii), (iv)

2015 Is-sit jinkludi żewġ foresti fejn in-nobbli Daniżi kienu jipprattikaw il-kaċċa Medjevali bil-klieb. L-attività ewlenija seħħet bejn l-aħħar tas-seklu 17 u l-aħħar tas-seklu 18. Il-foresti ġew immodifikati skont il-prinċipji Barokki tal-ippjanar tal-pajsaġġ, b'korsiji tal-kaċċa stabbiliti f'sistema b'għamla ta' stilla, bi ċnut addizzjonali, punti ta' orjentazzjoni, u loġoġ tal-kaċċa.
Ċentru Storiku ta' Tallinn Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Tallinn, l-Estonja

59°26′00″N 24°44′00″E

kulturali: (ii), (iv) 113 (280) 1997 Iċ-ċentru storiku ta' Tallinn huwa eżempju straordinarju ta' belt kummerċjali Medjevali tat-Tramuntana tal-Ewropa. Il-belt ġiet stabbilita madwar il-kastell tas-seklu 13 li nbena mill-Kavallieri tal-Ordni Tewtonika. Mis-seklu 13 sa 16, il-belt kienet ċentru importanti tal-Lega Anseatika, peress li kienet wieħed mill-istazzjonamenti l-iktar remoti tal-Lega. Tallinn Anseatika kienet belt sinjura, u dan joħroġ fid-dieher permezz tal-binjiet pubbliċi lussużi tagħha, inkluż il-knejjes, il-muniċipju u d-djar tal-merkanti. Is-Swar ta' Tallinn, li nbnew fis-seklu 13, fil-biċċa l-kbira għadhom jeżistu sa llum.
Ark Ġeodetiku ta' Struve* Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  il-Belarussja, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Moldova, in-Norveġja, ir-Russja, l-Iżvezja u l-Ukrajna

59°03′28″N 26°20′16″E

kulturali: (ii), (iii), (iv) 2005 L-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa serje ta' punti ta' triangulazzjoni, mifruxa fuq distanza ta' iżjed minn 2,820 kilometru minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar l-Iswed. Il-punti ġew stabbiliti fi stħarriġ mill-astronomu Friedrich Georg Wilhelm Struve li kien l-ewwel wieħed li wettaq kejl bir-reqqa ta' segment twil tal-meridjan – u miegħu anke d-daqs u l-għamla tad-Dinja. Oriġinarjament, kien hemm 165 punt b'kollox. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi 34 punt f'għaxar pajjiżi (mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova, l-Ukrajna), u tliet punti minnhom jinsabu fl-Estonja. L-Osservatorju l-Antik tal-Università ta' Tartu fejn hemm wieħed mill-punti jidher fir-ritratt.
Ċentru Storiku ta' Rauma Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Rauma, il-Finlandja

61°7′41″N 21°30′42″E

kulturali: (iv), (v) 29 (72) 1991 Iċ-Ċentru Storiku ta' Rauma huwa l-qalba Medjevali tal-belt ta' Rauma fil-Golf ta' Botnija. Jikkonsisti minn madwar 600 dar tal-injam li issa jintużaw għal skopijiet residenzjali kif ukoll kummerċjali. Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tmur lura għas-seklu 16 filwaqt li l-kumplament taż-żona urbana ġiet rikostruwita wara xi nirien u tmur lura għas-sekli 17 u 19. Fl-2009 saru modifiki minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit.
Fortizza ta' Suomenlinna Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Helsinki, il-Finlandja

60°8′50″N 24°59′14″E

kulturali:

(iv)

1991 Il-fortizza, mibnija fuq sitt gżejjer fid-daħla tal-port ta' Helsinki, inbniet mill-Iżvezja fis-seklu 18 bħala difiża kontra l-Imperu Russu. Hemm 200 binja u s-swar difensivi huma estiżi fuq iktar minn 6 kilometri (3.7 mili). Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ir-rwol militari tal-fortizza batta u tħalliet għall-użu pubbliku. Issa saret destinazzjoni turistika popolari.
Knisja Antika ta' Petäjävesi Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Petäjävesi, il-Finlandja Ċentrali 62°15′00″N 25°11′00″E kulturali:

(iv)

1994 Din il-knisja hija eżempju tipiku tat-tradizzjoni arkitettonika tal-knejjes tal-injam fit-Tramuntana tal-Ewropa. Inbniet bejn l-1763 u l-1765 u toħroġ fid-dieher l-applikazzjoni bir-reqqa tal-influwenzi arkitettoniċi Ewropej fi struttura magħmula biz-zkuk tas-siġar. Il-knisja bi pjanta ċentrali turi l-influwenzi Rinaxximentali filwaqt li s-saqaf wieqaf ifakkar fit-tradizzjoni Gotika. Il-kampnar żdied fl-1821. Il-knisja hija ppreservata sew minħabba l-fatt li ġiet abbandunata fl-aħħar tas-seklu 19, peress li nbniet il-knisja parrokkjali ġdida, u ma ġarrbitx alterazzjonijiet kbar bħal pereżempju l-installazzjoni tas-sistemi tat-tisħin. Ġiet irrestawrata bir-reqqa wara l-1920. Il-knisja għadha tiċċelebra xi servizzi regolarment fis-sajf.
Fabbrika tal-Injam u tal-Kartun ta' Verla Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Kouvola (Jaala), Kymenlaakso, il-Finlandja

61°3′43″N 26°38′27″E

kulturali: (iv) 23 (57) 1996 Il-fabbrika u ż-żona residenzjali tal-madwar jirrappreżentaw tip ta' insedjament industrijali rurali fuq skala żgħira li kien komuni fis-sekli 19 u 20, b'rabta mal-produzzjoni tal-polpa, tal-karta u tal-kartun. Dawn it-tipi ta' insedjamenti ffjorixxew fit-Tramuntana tal-Ewropa u fl-Amerka ta' Fuq, fejn il-materja prima kienet abbundanti. Il-Fabbrika ta' Verla baqgħet topera sal-1964, u mbagħad ġiet ikkonvertita f'mużew.
Sit Funebri ta' Żmien il-Bronż ta' Sammallahdenmäki Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Rauma, il-Finlandja

61°07′14″N 21°46′39″E

kulturali: (iii), (iv) 1999 Dan is-sit funebri jmur lura għal Żmien il-Bronż u għal Żmien il-Ħadid Bikri, mill-1500 sal-500 Q.K. Is-sit jinkludi 33 borġ funebri f'diversi raggruppamenti. il-borġ funebri huma kkollegati mal-qima tax-xemx, reliġjon li nfirxet lejn il-Finlandja mill-Iskandinavja. Oriġinarjament, inbnew qrib il-kosta iżda issa jinsabu iktar 'il ġewwa minħabba l-olzar tal-art.
Höga Kusten / Arċipelagu ta' Kvarken* Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  l-Iżvezja u l-Finlandja

63°18′00″N 21°18′00″E

naturali: (viii) 194,400 (480,000) 2000 Kemm il-Kosta Għolja (li oriġinarjament kienet tniżżlet waħedha) kif ukoll l-Arċipelagu ta' Kvarken (fil-Findlandja; estiż fl-2006) jinsabu fil-Golf tal-Botnija u jinkludu eluf ta' gżejjer. Iż-żona turi l-effetti prominenti tal-olzar postglaċjieri tal-art wara t-tidwib tal-medda tas-silġ kontinentali wara l-Aħħar Massimu Glaċjali (u b'hekk tneħħa l-piż tal-glaċjieri), bejn 10,000 u 24,000 sena ilu. L-olzar, f'xi postijiet sa kważi 300 metru (980 pied), qed jibdel il-pajsaġġ b'mod kostanti.
Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Bláskógabyggð, l-Iżlanda

64°15′14″N 21°2′14″W

kulturali: (iii), (vi) 9,270 (22,900) 2004 Þingvellir jinsab f'żona vulkanika attiva f'wied tettoniku ewlieni. Mill-ħabta tad-930 W.K. sal-1798, Þingvellir serva bħala l-post fejn kien jitlaqqa' l-Althing, assemblea fil-beraħ li tirrappreżenta l-Iżlanda kollha, fejn in-nies kienu jinġabru għal ġimagħtejn kull sena biex jistabbilixxu l-liġijiet u jsolvu t-tilwim jew id-diżgwidi. L-Althing huwa l-eqdem parlament eżistenti fid-dinja. Frammenti ta' madwar 50 abitazzjoni temporanja mibnija bit-turf u bil-ġebel huma viżibbli, għalkemm il-fdalijiet mis-seklu 10 huma mirduma taħt l-art.
Surtsey Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Vestmannaeyjar, l-Iżlanda

63°18′11″N 20°36′08″W

naturali: (ix) 3,370 (8,300) 2008 Surtsey hija gżira vulkanika li ffurmat f'sensiela ta' żbroffi mill-1963 sal-1967, madwar 32 kilometru (20 mil) lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar tal-Iżlanda. Mill-1964, intużat bħala sit għall-istudju tal-kolonizzazzjoni mill-popolazzjonijiet fundaturi li waslu minn barra. Peress li ftit xjenzati biss jitħallew jitilgħu l-art, prattikament ma ġietx disturbata mill-formazzjoni tagħha 'l hawn.
Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull – Natura Dinamika tan-Nar u tas-Silġ Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  ix-Xlokk tal-Iżlanda

64°30′0″N 17°0′0″W

naturali: (viii) 1,482,000 (3,660,000) 2019 Il-glaċier ta' Vatnajökull huwa t-tieni l-ikbar glaċier fl-Ewropa u jkopri diversi vulkani, inkluż tnejn mill-iżjed attivi fuq il-gżira. L-interazzjonijiet bejn il-vulkani u l-glaċier wasslu għal diversi fenomeni, inkluż il-jökulhlaup spettakolari – għargħar f'daqqa kkawżat mit-tfixkil tal-marġni ta' glaċier matul żbroffar sottoglaċjali f'daqqa.
Ċentru Storiku ta' Riga
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Riga, il-Latvja

56°57′15″N 24°07′00″E

kulturali: (i), (ii) 438 (1,080) 1997 Riga, stabbilita fl-1201, kienet belt Anseatika ewlenija mis-sekli 13 sa 15. Ma tantx għad fadal wisq djar minn dak il-perjodu, peress li nqerdu mill-gwerra jew min-nirien. Iktar 'il quddiem, Riga għaddiet minn tkabbir rapidu fis-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20, meta nbnew bosta binjiet bl-istil tal-Art Nouveau. Riga għandha l-ogħla konċentrazzjoni ta' binjiet b'dan l-istil fl-Ewropa.
Ċentru Storiku ta' Vilnius
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Vilnius, il-Litwanja

54°41′12″N 25°17′35″E

kulturali:

(ii), (iv)

1994 Vilnius kienet iċ-ċentru politiku tal-Gran Dukat tal-Litwanja mis-seklu 13 sas-seklu 18. Iċ-ċentru storiku jinkludi ż-żoni tal-Kumpless tal-Kastell ta' Vilnius (tliet kastelli; l-ewwel wieħed imur lura għall-ħabta tas-sena 1000); u ż-żona li kienet imdawra b'sur fil-Medju Evu. Il-konfigurazzjoni tat-toroq hija radjali, u toriġina mis-sit tal-kastell oriġinali. Minkejja l-invażjonijiet u l-qerda parzjali, il-belt ippreservat għadd kbir ta' binjiet Gotiċi, Rinaxximentali, Barokki u Neoklassiċi. Fost is-siti storiċi hemm il-Pjazza tal-Katidral, il-Muniċipju, u l-kumpless tal-Università ta' Vilnius.
Istmu Kuronjan*
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
il-Litwanja u r-Russja

55°16′28″N 20°57′45″E

kulturali:

(v)

2000 L-Istmu Kuronjan huwa għaram tar-ramel twil 98 kilometru (istmu tar-ramel) li jissepara l-Laguna Kuronjana mill-Baħar Baltiku, ilu abitat mill-preistorja. Attivitajiet intensivi ta' qtugħ tas-siġar fis-sekli 17 u 18 wasslu biex l-għaram tar-ramel iċċaqilqu lejn il-Laguna, u f'dan il-proċess difnu l-eqdem insedjamenti. Ix-xogħol ta' stabilizzazzjoni tad-duni beda fis-seklu 19 u għadu għaddej. Jinkludi l-bini ta' xifer protettiv tad-duni, kif ukoll it-tħawwil tas-siġer u tas-sies tax-xitel. Maż-żmien, uħud mill-villaġġi antiki tas-sajjieda ġew ittrasformati f'postijiet turistiċi, bil-fanali, il-mollijiet, il-knejjes, l-iskejjel u l-vilel li saru attrazzjonijiet turistiċi. Iż-żona hija importanti wkoll għall-flora u għall-fawna ta' fuq ir-ramel, u bħala sit tal-passa tal-għasafar. Il-parti tat-Tramuntana tal-Istmu tinsab fil-Litwanja, filwaqt li l-parti tan-Nofsinhar tinsab fl-Oblast ta' Kaliningrad, ir-Russja.
Sit Arkeoloġiku ta' Kernavė (Riżerva Kulturali ta' Kernavė)
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Distrett ta' Širvintos, il-Litwanja

54°53′16″N 24°49′50″E

kulturali:

(iii), (iv)

194 (480) 2004 Iż-żona madwar Kernavė ilha abitata b'mod kontinwu mid-disa' jew it-tmien millenju Q.K., u hemm diversi saffi ta' sejbiet arkeoloġiċi minn perjodi differenti. L-iżjed fdalijiet prominenti huma dawk tal-Medju Evu, mis-seklu 13, meta Kernavė kien raħal fewdali importanti. Kellu sistema estensiva ta' fortifikazzjonijiet, u xi partijiet minnhom (ħames fortijiet fl-għoljiet) għadhom viżibbli sa llum. Ir-raħal inqered mill-Ordni Tewtonika fl-aħħar tas-seklu 14 iżda n-nies baqgħu jgħixu fiż-żona saż-żminijiet moderni. Fl-1989 ġiet stabbilita riżerva kulturali.
Knisja tal-Injam ta' Urnes
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Sogn og Fjordane, in-Norveġja

61°18′00″N 7°20′00″E

kulturali:

(i), (ii), (iii)

1979 Il-knisja tal-injam (bin-Norveġiż: stavkirke) ta' Urnes hija waħda mill-eqdem eżempji u l-iżjed prominenti ta' dawn it-tipi ta' knejjes tal-injam. Inbniet fis-sekli 12 u 13 u tinkorpora elementi tat-tradizzjoni tal-Vikingi mill-knisja preċedenti tas-seklu 11. Il-knisja tikkombina l-influwenzi tal-arti Ċeltika, it-tradizzjonijiet tal-Vikingi, u l-arkitettura Rumaneska. Ix-xogħol bl-injam, li joriġina mill-knisja ta' qabel, jinkludi annimali jiġġieldu interkonnessi, u b'hekk hemm rabta bejn il-kultura Nordika pre-Kristjana u l-Kristjaneżmu tal-Medju Evu.
Bryggen
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Hordaland, in-Norveġja

60°23′50″N 05°19′23″E

kulturali: (iii) 1979 Bryggen huwa d-distrett portwali storiku ta' Bergen, belt importanti fil-kosta tal-Punent tan-Norveġja. Fl-1350, il-Lega Anseatikastabbiliet ċentru kummerċjali barrani jew kontor f'Bergen, li kien jikkontrolla l-kummerċ tal-ħut imnixxef mit-Tramuntana. Il-perjodu Anseatiku dam sas-seklu 16. Id-djar tal-injam ta' Bryggen ġew affettwati minn diversi nirien, l-aħħar wieħed fosthom fis-snin 50 tas-seklu 21, iżda dejjem ġew rikostruwiti bi stil tradizzjonali. Madwar 60 binja tradizzjonali għadhom jeżistu sal-lum.
Raħal tal-Estrazzjoni ta' Røros u l-Madwar
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Sør-Trøndelag, in-Norveġja

62°34′26″N 11°23′08″E

kulturali:

(iii), (iv)

1980 Røros kien raħal tal-estrazzjoni tar-ram mill-1644 sal-1977, meta l-kumpanija tal-estrazzjoni falliet. Ir-raħal inbena kompletament bl-injam. Inqered għalkollox mit-truppi Żvediżi fl-1679 matul il-Gwerra Skanjana iżda iktar 'il quddiem ġie rikostruwit. Flimkien mal-inħawi tal-madwar, iċ-"Ċirkonferenza" (iż-żona ta' privileġġi mogħtija mir-Re Daniż-Norveġiż lill-Impjanti tar-Ram ta' Røros fl-1646), ir-raħal joħroġ fid-dieher il-ħajja u x-xogħol f'raħal tal-estrazzjoni fi klima sub-Artika ħarxa.
Tinqix fuq il-Blat f'Alta
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Finnmark, in-Norveġja

69°57′00″N 23°11′00″E

kulturali: (iii) 1985 Dan is-sit jinkludi 45 komponent bil-petroglifiċi madwar il-Fjord ta' Alta, ferm fit-Tramuntana taċ-Ċirku Artiku. Eluf ta' tinqixiet fuq il-blat, li jmorru lura għall-ħabta tal-4200 Q.K. sal-500 Q.K., juru l-fawna ċirkompolari, bħal renni, alċi, orsijiet, ħut, balieni u għasafar tal-baħar, kif ukoll l-interazzjoni tal-kaċċaturi-ġemmiegħi mal-pajsaġġ. Is-sensiliet ta' tinqixiet juru l-kaċċa, is-sajd, il-vjaġġi bid-dgħajjes, kif ukoll simboli u ritwali. Diversi artefatti tal-kultura tal-materjali huma mnaqqxin ukoll.
Vegaøyan – L-Arċipelagu ta' Vega
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Nordland, in-Norveġja

65°37′00″N 11°45′00″E

kulturali: (v) 103,710 (256,300) 2004 Apparti li kienu sajjieda u bdiewa, mill-inqas mis-seklu 9, l-abitanti tal-Arċipelagu ta' Vega kienu qed jaħsdu r-rix tal-edreduni, tip ta' papri tat-Tramuntana. In-nies kienu jibnu postijiet imkennija u bejtiet għall-edreduni li kienu jpassu kull sena fir-rebbiegħa u kienu jiġu protetti matul l-istaġun tat-tnissil. B'hekk setgħu jiġbru r-rix meta l-edreduni u l-frieħ tagħhom kienu jitilqu mill-bejtiet. Din it-tradizzjoni għadha ppreservata sal-lum. Il-pajsaġġ kulturali jinkludi l-villaġġi tas-sajd, il-mollijiet, l-imħażen, il-pajsaġġi tal-biedja, il-fanali u l-postijiet tas-sinjalar.
Fjords Norveġiżi tal-PunentGeirangerfjord u Nærøyfjord
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Møre og Romsdal u Sogn og Fjordane, in-Norveġja

62°7′00″N 7°10′00″E

naturali: (vii), (viii) 2005 Iż-żewġ fjordi huma fost l-itwal u l-iżjed fondi fid-dinja. Huma eżempji klassiċi tal-fjordi, widien glaċjali taħt l-ilma. Il-widien jibqgħu telgħin sa 1,400 metru (4,600 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar u huma estiżi sa 500 metru (1,600 pied) taħt il-baħar. Fl-inħawi hemm ukoll bosta kaskati, glaċieri u lagi glaċjali.
Sit ta' Wirt Industrijali ta' Rjukan-Notodden
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Telemark, in-Norveġja

59°52′43″N 8°35′37″E

kulturali: (ii), (iv) 2015 Il-kumpless industrijali fl-irħula ta' Rjukan u ta' Notodden ġie stabbilit mill-kumpanija Norsk fil-bidu tas-seklu 20. Impjanti idroelettriċi bikrin kienu jipprovdu l-enerġija għall-produzzjoni industrijali tal-fertilizzanti artifiċjali minn nitroġenu fl-arja, li kienet industrija globali ġdida.
Palazz ta' Drottningholm
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Stokkolma, l-Iżvezja

59°19′23″N 17°53′00″E

kulturali: (iv) 1991 Il-Palazz ta' Drottningholm huwa r-residenza privata tal-familja rjali Żvediża, u jinsab fuq il-gżira ta' Lovön fil-Lag ta' Mälaren f'subborg ta' Stokkolma. Il-proprjetà tmur lura għas-seklu 17, b'modifiki li saru fis-seklu 18, u tinkludi t-teatru li għadu operattiv, Paviljun Ċiniż, villaġġ taparsi, u ġonna fil-madwar. Il-palazz minn ġewwa mżejjen b'mod rikk u dan jirrifletti l-fatt li l-Iżvezja kienet waħda mill-ikbar poteri fl-Ewropa tas-seklu 17. L-arkitettura tal-kumpless ġiet influwenzata mill-Palazz ta' Versailles.
Birka u Hovgården
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Stokkolma, l-Iżvezja

59°20′07″N 17°32′34″E

kulturali: (iii), (iv) 1993 Iż-żewġ siti li jiffurmaw kumpless arkitettoniku minn żmien il-Vikingi. Birka kien raħal merkantili importanti u ċentru kummerċjali fir-reġjun Baltiku li laħaq il-quċċata tiegħu bejn is-750 u d-980 W.K. Kien ukoll is-sit tal-ewwel kongregazzjoni Kristjana fl-Iżvezja, stabbilita minn San Ansgar għall-ħabta tat-830. Birka qabad it-triq tan-niżla fis-seklu 10 meta Sigtuna sar iċ-ċentru kummerċjali ewlieni. Ir-residenza rjali baqgħet fil-qrib f' Hovgården, kif joħroġ fid-dieher mill-kitba mnaqqxa fuq il-ħaġra runika u mill-fdalijiet ta' Alsnö hus, il-post fejn sar il-Kunsill Irjali tal-1280, li stabbilixxa l-pedamenti tas-sistema fewdali Medjevali Żvediża.
Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Västmanland, l-Iżvezja

59°58′00″N 16°00′30″E

kulturali: (iv) 1993 Il-Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg hija l-iżjed eżempju ppreservat tajjeb u komplut ta' fabbrika tal-ħadid (järnbruk) tas-sekli 17 sa 19 fl-Iżvezja, meta l-Iżvezja kienet fuq quddiem nett fid-dinja f'dan il-qasam. It-tradizzjoni tal-estrazzjoni u tat-tidwib tal-minerali tal-ħadid fl-inħawi tmur lura għas-seklu 12. L-ewwel forn tal-blast inbena fl-1681 biex jiġi prodott il-ħadid fondut grezz, filwaqt li l-forn attwali nbena fl-1778-1779 u kien jinkorpora għadd ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi ta' dak iż-żmien. Forġeriji u fran addizzjonali nbnew fis-seklu 19. Il-fabbrika tal-ħadid għalqet fl-1919 peress li ma kinitx vijabbli iktar ekonomikament. Iktar minn 50 binja minn żminijiet differenti u b'funzjonijiet differenti ġew ippreservati, inkluż il-binjiet teknoloġiċi, amministrattivi u residenzjali.
Tinqix fuq il-Blat f'Tanum
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Västra Götaland, l-Iżvezja

58°42′04″N 11°20′28″E

kulturali: (i), (iii), (iv) 1994 It-tinqix fuq il-blat imnaqqxa fuq saff tal-qiegħ tal-granit oriġina minn Żmien il-Bronż Nordiku (għall-ħabta tal-1700 sal-500 Q.K.). Hemm madwar 1,500 sit magħruf b'tinqix ta' bnedmin, annimali, armi, għodod, u suġġetti oħra. Dawn jipprovdu evidenza dwar il-ħajja u t-twemmin tan-nies li għamluhom, u xi postijiet ġew interpretati bħala ċentri kontemporanji primarji ta' qima u ta' ġieħ. Xi tinqix ġie mimli bl-aħmar biex ikun iktar viżibbli għat-turisti; prattika li ġiet ikkritikata għaliex tneħħi l-awtentiċità u l-istat oriġinali tat-tinqix.
Skogskyrkogården
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Stokkolma, l-Iżvezja

59°16′32″N 18°05′58″E

kulturali: (ii), (iv) 1994 Skogskyrkogården, "iċ-Ċimiterju fil-Boskijiet", huwa ċimiterju li jinsab fin-Nofsinhar ta' Stokkolma ċentrali, fid-distrett ta' Gamla Enskede. Ġie ddisinjat mill-arkitetti Gunnar Asplund u Sigurd Lewerentz fis-sit ta' eks fosos taż-żrar li fuqhom kibru s-siġar taż-żnuber. Inbena fl-1917-1920, u binjiet addizzjonali żdiedu sal-1940. Skogskyrkogården huwa eżempju sinifikanti ta' kif karatteristiċi arkitettoniċi jistgħu jiġu integrati għalkollox fl-ambjent u kellu influwenza kbira fuq id-disinn taċ-ċimiterji f'bosta pajjiżi madwar id-dinja.
Raħal Anseatiku ta' Visby
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Gotland, l-Iżvezja

57°38′30″N 18°17′45″E

kulturali: (iv), (v) 1995 Ir-raħal ta' Visby, fuq il-gżira ta' Gotland, kien iċ-ċentru prinċipali tal-Lega Anseatika fir-reġjun Baltiku mis-sekli 12 sa 14. Oriġinarjament kien insedjament tal-Vikingi f'pożizzjoni strateġika mal-kosta b'port naturali, imkenni b'formazzjonijiet weqfin tal-irdumijiet. Fis-seklu 13 Visby ġie ttrasformat f'metropoli impressjonanti, imdawra b'ħajt difensiv b'saħħtu (is-Swar tal-Belt ta' Visby). Ġew ippreservati iktar minn 200 maħżen u abitazzjoni tal-merkanti mill-Medju Evu. Ir-rwol ta' Visby beda jbatti fit-tieni nofs tas-seklu 14 minħabba l-gwerer, il-piraterija, u l-bidliet fir-rotot kummerċjali. Il-belt qabdet it-triq tan-niżla wara li nsterqet minn armata minn Lübeck fl-1525.
Raħal tal-Knisja ta' Gammelstad, Luleå
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Norrbotten, l-Iżvezja

65°38′46″N 22°1′43″E

kulturali: (ii), (iv), (v) 1996 Gammelstad huwa l-eqdem "raħal tal-knisja" u l-iżjed wieħed ippreservat tajjeb. Huwa tip ta' insedjament li fl-imgħoddi kien komuni fit-Tramuntana tal-Iskandinavja. Ir-raħal jikkonsisti minn knisja tal-ġebel tas-seklu 15, il-Knisja ta' Nederluleå, imdawra b'iktar minn 400 dar tal-injam li kienu nbnew għall-fidili li kienu jiġu lejn Gammelstad nhar ta' Ħadd u għall-festi reliġjużi. Peress li ż-żona tal-madwar ma tantx kienet wisq popolata u l-ivvjaġġar lejn ir-raħal kien pjuttost iebes f'kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli, id-djar kienu jintużaw bħala abitazzjonijiet biex il-fidili jkunu jistgħu jorqdu u jistrieħu qabel ma jerġgħu jmorru lura lejn darhom.
Lapponja Żvediża
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Norrbotten, l-Iżvezja

67°20′00″N 17°35′00″E

imħallat: (iii), (v), (vii), (viii), (ix) 940,000 (2,300,000) 1996 Is-sit tal-Lapponja Żvediża huwa żona muntanjuża enormi fit-Tramuntana tal-Iżvezja. Iż-żona tkopri 9,400 kilometru kwadru (3,600 mil kwadru), u hija l-ikbar żona naturali mhux modifikata fid-dinja li għadha tiġi mħaddma mill-popolazzjoni indiġena, jiġifieri l-poplu Saami li jirgħu r-renni u jsegwu mogħdijiet tal-migrazzjoni kull sena. Hemm erba' parks nazzjonali u żewġ riżervi naturali fiż-żona, li hija importanti wkoll għall-formazzjonijiet tal-art glaċjali u għall-bijodiversità tagħha. Iż-żona ta' biswit fin-Norveġja, Tysfjord, il-fjord ta' Hellemobotn u Rago, attwalment qed jitqiesu biex fil-ġejjieni jiżdiedu ma' dan is-sit.
Port Navali ta' Karlskrona
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Blekinge, l-Iżvezja

56°10′00″N 15°35′00″E

kulturali: (ii), (iv) 1998 Karlskrona hija l-unika belt Żvediża bi stil Barokk. Ġiet stabbilita fl-1680, matul ir-renju tar-Re Karlu XI, biex tissostitwixxi lil Stokkolma bħala l-bażi navali l-ġdida għall-Flotta Navali Żvediża, li kienet qawwa navali kbira dak iż-żmien. Minbarra l-belt, is-sit jinkludi l-infrastruttura navali fil-gżira ta' Trossö flimkien mal-fortifikazzjonijiet interni tagħha, il-fortifikazzjonijiet esterni fiċ-Ċittadella ta' Drottningskär u l-Forti ta' Kungsholms, kif ukoll il-Villa ta' Skärfva u l-Impjant tal-Kuruna f'Lyckeby. Ispirata minn bażijiet navali iktar antiki, Karlskrona min-naħa tagħha influwenzat il-bażijiet navali sussegwenti u l-bliet ta' dan it-tip.
Pajsaġġ Agrikolu tan-Nofsinhar ta' Öland
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Kalmar, l-Iżvezja

56°19′30″N 16°29′00″E

kulturali: (iv), (v) 2000 Il-parti tan-Nofsinhar tal-gżira ta' Öland fil-Baħar Baltiku hija ddominata minn promontorju enormi tal-ġebla tal-ġir magħruf bħala Stora Alvaret. Il-gżira ilha abitata għal madwar ħamest elef sena. Il-ħamrija mhux għammiela kienet xkiel għall-użu tal-art. Għal millenji sħaħ, ċerti żoni intużaw bħala mergħat u oħrajn intużaw għall-agrikoltura.
Żona tal-Estrazzjoni tal-Muntanja l-Kbira tar-Ram f'Falun Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Dalarna, l-Iżvezja

60°36′17″N 15°37′51″E

kulturali: (ii), (iii), (v) 43 (110) 2001 Il-Muntanja l-Kbira tar-Ram kienet wieħed mill-iżjed siti tal-estrazzjoni importanti fl-Ewropa, speċjalment fil-produzzjoni dominanti tar-ram. L-operazzjonijiet tal-estrazzjoni bdew fis-seklu 9 u laħqu l-qofol tagħhom fis-seklu 17. L-iżjed karatteristika prominenti tas-sit huwa l-Foss il-Kbir (Stora Stöten). Minbarra l-wirt industrijali u tal-estrazzjoni, bosta insedjamenti żgħar tax-xogħol fil-minjieri jixhdu l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-komunitajiet tal-estrazzjoni.
Stazzjon tar-Radju ta' Grimeton, Varberg
Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa 
Halland, l-Iżvezja

57°06′00″N 12°23′00″E

kulturali: (ii), (iv) 109 (270) 2004 L-Istazzjon tar-Radju ta' Grimeton huwa stazzjon bikri tat-telegrafija bla fili fuq mewġa twila, li nbena fl-1922-1924. Is-sit huwa magħmul mill-binjiet prinċipali, iddisinjati bi stil Neoklassiku mill-arkitett Carl Åkerblad, u mit-torrijiet tal-antenni għoljin 127 metru (417-il pied), li meta nbnew kienu l-ogħla strutturi fl-Iżvezja. L-istazzjon juża t-teknoloġija bikrija tat-trażmettitur preelettroniku tar-radju msejħa alternatur ta' Alexanderson u għadu operattiv għalkollox.
Irziezet Imżejnin ta' Hälsingland Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Gävleborg, l-Iżvezja

61°42′26″N 16°11′45″E

kulturali: (v) 14 (35) 2012 Dan is-sit jinkludi seba' rziezet bi strutturi tal-injam fil-Kontea ta' Gävleborg. Dawn inbnew fis-seklu 19 minn bdiewa indipendenti għonja. Is-sidien ikkummissjonaw lil artisti lokali biex ipittru l-istrutturi minn ġewwa, bi kmamar speċjali jew binjiet separati maħsuba għall-festi li ġew imżejna l-iktar. It-tpittir fuq ġewwa jirrappreżenta fużjoni ta' stili folkloristiċi b'influwenzi mill-Barokk u mir-Rokokò. Is-seba' strutturi huma r-razzett ta' Kristofers, ir-razzett ta' Stene, Järvsö, Gästgivars, Vallstabyn, ir-razzett ta' Pallars, Långhed, ir-razzett ta' Jon-Lars, Långhed, ir-razzett ta' Bortom åa, Gammelgården, ir-razzett ta' Bommars, Letsbo, Ljusdal, u r-razzett ta' Erik-Anders, il-villaġġ ta' Askesta, Söderala.
Fortizzi Tondi tal-Vikingi Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Fyrkat, Aggersborg, Nonnebakken, Trelleborg, Borgring, id-Danimarka kulturali: (iv) 2023 Dawn il-fortizzi, kollha kemm huma bl-istess għamla ċirkolari standard, inbnew fi żmien qasir ħafna, għall-ħabta tad-975-980 W.K., matul ir-renju tar-re Harald Bluetooth. Peress li ntużaw għal żmien qasir biss u wara ġew mitluqa bejn wieħed u ieħor kif kienu, jipprovdu ħjiel importanti dwar Żmien il-Vikingi fid-Danimarka.
Raħal Antik ta' Kuldīga Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Kuldīga, il-Latvja kulturali: (v) 2023 Iċ-ċentru storiku ta' Kuldīga huwa ppreservat sew u jmur lura għall-aħħar tas-seklu 16 sas-seklu 18, meta r-raħal kien ċentru amministrattiv tad-Dukat ta' Courland u ta' Semigallia. It-taħlita ta' stili arkitettoniċi tirrifletti l-iskambju kulturali mal-pajjiżi madwar il-Baħar Baltiku. Fl-istampa jidher il-Muniċipju.
Kaunas Modernista: Arkitettura Ottimista, 1919-1939 Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fit-Tramuntana Tal-Ewropa  Kaunas, il-Litwanja kulturali: (iv) 2023 Matul il-perjodu bejn il-gwerer dinjin, il-belt kapitali storika tal-Litwanja, Vilnius, inħakmet mill-Polonja, u Kaunas ġiet ddeżinjata il-belt kapitali temporanja. Din skattat żieda ta' kostruzzjoni u l-infrastruttura vitali kollha kellha tinbena għal pajjiż ġdid. L-istil arkitettoniku żewweġ it-tradizzjonijiet nazzjonali u mat-tradizzjonijiet nazzjonali u l-influwenzi kontemporanji minn barra l-pajjiż biex jifforma skola lokali tal-Moderniżmu. Iktar minn 6,000 binja minn dak iż-żmien għadhom jeżistu, inkluż il-Knisja ta' Kristu Rxoxt, l-Uffiċċju Ċentrali tal-Posta (fl-istampa), il-Bank tal-Litwanja, u l-Binja tal-Klabb tal-Uffiċjali.

Ara wkoll

Referenzi

Tags:

DanimarkaEdukazzjoniEstonjaEwropaFinlandjaGreenlandGżejjer FaroeIżlandaKulturaL-Amerika ta' FuqLatvjaLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Amerka ta' FuqLitwanjaNorveġjaPolitikaRenju UnitRepubblika tal-IrlandaSit ta' Wirt DinjiUNESCOXjenzaĠnus MagħqudaŻvezja

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Assedju ta' MaltaMġarrIstanbulTallinnMartin de RedinGħasfurSważilandDonald TrumpGħanaIraqPartit Laburista (Malta)President ta' MaltaŻvizzeraIranNiġerDaphne Caruana GaliziaĠermanjaIntelliġenza artifiċjaliĠeneru (tassonomija)PastizzRaffaelloEwroSaint Vincent u l-GrenadiniIljunL-ImsidaMemorial DayFeniċiWilliam ShakespeareEfesuImħabbaSoċjetà tad-Duttrina NisranijaIrħula ta' MaltaAsjaĊekjaNea Moni ta' ChiosJohn F. MarksSirjaIt-Tieni Diviżjoni MaltijaVojvodjaPakistanTriq ta' Sant'AnnaBelt kapitaliEliżabetta IIClaudio MonteverdiMark A. SammutLeninSnajja MaltinBloggAwstrijaTrama (narrattiva)GordionBelt ta' New YorkJemenMahatma GandhiBavarjaDanimarkaTestment il-QadimSan Franġisk t'AssisiGiovanni Paolo LascarisPiero AngelaAfganistan🡆 More