Mikiel Spiteri (magħruf bħala Kilin; twieled fl-20 ta' Awwissu 1917 – miet fit-8 ta' Lulju 2008) kien kittieb Malti.
Mikiel Spiteri | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 20 Awwissu 1917 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 8 Lulju 2008 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb |
Ommu u missier Kilin kienu Anna Azzopardi u Diegu Spiteri. Dawn kellhom għaxart itfal li minnhom tlieta mietu fit-tfulija. Kilin jgħid li meta kien żgħir kien se jmut b'xemxata kbira.
Kilin mill-ewwel deher li kien se jipprometti fl-iskola għax kien tifel li kellu interess f'kollox u kien determinat li ried jirnexxi. Ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċeo.
Ħadem bħala uffiċjal tad-dwana bejn l-1935 u l-1941 u f'diversi dipartiment tal-Gvern sal-1975.
Il-laqam "Kilin" beda jużah meta darba sema' lil xi ħadd isejjaħ lil xi ħadd ieħor Kilin u dan l-isem għoġbu.
Kilin beda jikteb fl-1966 meta kellu 31 sena u l-aktar li kien iħobb jikteb kienet il-proża, bħal novelli, rumanzi u saġġi bil-Malti.
L-ewwel xogħlijiet tiegħu letterarji ppubblikati kienu Burdati (1970) u Burdati 71 (1971).
L-aktar xogħol magħruf ta' Kilin hu Fuq il-Għajn ta' San Bastjan (1973). Wara kiteb Wara l-Għajn ta' San Bastjan (1994) u Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996) fejn jissoktaw it-tifkiriet ta' tfulitu u żgħożitu. Imma Kilin iddikjara li l-aktar ktieb li jogħġbu kien Tlikki Tlikki ma' Wenzu.
Kilin huwa l-awtur ta' erba' rumanzi: L-Għafrid (1975), Tmint Ijiem fi Dragunara (1984), It-Tapit Imsaħħar (1995) uTinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).
Fl-1998 ġabar in-novelli fil-ktieb Għajnejn Kalanġ li jiġbru ‘kwadru morali' tal-ħajja, bil-ħelu u bil-morr tagħha.
Huwa ttraduċa L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) mill-Ispanjol u ħareġ sensiela ta' ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967), Nistqarr (1968), Djar is-Sultana (1969 u Osanna (1978).
Wayside Chapels (1966) u A Maltese Mosaic (1990) huma l-verżjoni bl-Ingliż ta' dawn il-kotba.
Kilin kiteb ukoll xi poeżiji.
Kilin baqa' jsemma' leħnu fil-ġurnali, sikwit jilmenta fuq il-bidliet li għaddej minnhom ilsienna.
Fl-1973 rebaħ il-Premju Rothmans għal-Letteratura bid-dramm Bl-Irġulija u bl-Onestà, li deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' ġabra ta' novelli.
Fl-1981, Tmint Ijiem fi Dragunara (ħareġ 1984) rebaħ it-tieni premju fil-Konkors Buġelli.
Fl-1999, in-novella Id-Dell tal-Fatat ġiet fit-tieni post minn fost 842 novella f'kompetizzjoni li nżammet fl-Italja. In-novella kienet bil-Malti u hu stess qalibha bit-Taljan.
Fit-13 ta' Diċembru 2000, ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-President ta' Malta dak iż-żmien Guido de Marco.
Ftit xhur qabel miet f'għeluq id-90 sena l-Akkademja tal-Malti onoratu b'tifkira għall-ħidma sfiqa u bla heda tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti.
Kien mżżewweġ lil Ġuża Mifsud u kellhom sebat itfal. Kien nannu ta' 17 u bużnannu ta' 12 .
Għamel ħafna snin jgħix l-Imsida u għex hemm sakemm miet.
Kilin kien iħobb il-familja, tant li kemm-il darba ddikjara li biex jieħu ħsiebha sewwa ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet.
Mikiel Spiteri kien ukoll iffissat fuq iċ-Ċess u kien iħobb imur għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi.
Wiki Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mikiel Spiteri (Mikiel Spiteri) |
This article uses material from the Wikipedia Malti article Mikiel Spiteri, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.