Jacob Bernoulli (magħruf ukoll bħala jew Jacques) (27 Diċembru, 1654 - Awissu 16, 1705) kien wieħed mill-matematiċi prominenti ħafna fil-familja Bernoulli.
Jacob Bernoulli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Bażel, 5 Jannar 1655, 27 Diċembru 1654 (in Julian calendar) |
Nazzjonalità | Żvizzera |
Residenza | Żvizzera |
Mewt | Bażel, 16 Awwissu 1705 |
Post tad-dfin | Basel Minster (en) |
Familja | |
Missier | Nicholas Bernoulli |
Omm | Margaretha Schoenauer |
Konjuga/i | Judith Stupanus (en) |
Aħwa | uri
|
Tribù | Familja Bernoulli |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta’ Basel |
Livell tal-edukazzjoni | PhD fil-filosofija |
Direttur tat-teżi | Nicolas Malebranche (en) Peter Werenfels (en) Gottfried Wilhelm Leibniz (en) |
Studenti dottorali | Johann Bernoulli Jakob Hermann (en) |
Lingwi | Latin Franċiż Ebrajk Ingliż Ġermaniż Swiss German (en) |
Għalliema | Gottfried Wilhelm Leibniz (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | matematiku fiżiku tabib għalliem fl-università |
Post tax-xogħol | Ġinevra Bażel |
Impjegaturi | Università ta’ Basel |
Influwenzat minn | Nicolas Malebranche (en) |
Sħubija | Akkademja tax-Xjenzi Prussjana Akkademja Franċiża tax-Xjenzi |
Jacob Bernoulli twieled f'Basel, fl-Iżvizzera. Mexa ma' xewqet missieru u studja t-teoloġija u daħal fil-ministeru tal-knisja Kalvinista. Imma kontra xewqat il-ġenituri tiegħu, studja wkoll il-matematika u l-astronomija. Ivvjaġġa madwar l-Ewropa mill-1676 sal-1682 fejn tgħallem dwar l-aħħar skoperti fil-matematika u x-xjenzi, li fosthom kien hemm ix-xogħol ta' Robert Boyle u Robert Hooke.
Sar jaf dwar il-kalkulu mill-korrispondenza li kellu ma' Gottfried Leibniz, u wara kkollabora ma' ħuh Johann fuq bosta applikazzjonijiet, u partikolarment ippubblika artikli dwar il-kurvi traxxendenti (1696 ) u l-isoperimetrija (1700, 1701). Fl-1690, Jacob Bernoulli sar l-ewwel persuna li żviluppat it-teknika għas-soluzzjoni tal-ekwazzjonijiet differenzjali separabbli.
Meta rritorna lejn Basel fl-1682, waqqaf skola għall-matematika u x-xjenzi. Inħatar professur tal-matematika fl-Università ta' Basel fl-1687 u baqa' f'din il-kariga għall-bqija ta' ħajtu.
Jacob Bernoulli huwa magħruf l-iżjed għax-xogħol Ars Conjectandi (L-Arti tal-konġettura), ippubblikat tmien snin wara mewtu fl-1713 minn neputih Nicholas. F'dan ix-xogħol iddeskriva r-riżultati magħrufa fit-teorija tal-probabbiltà u fl-enumerazzjoni, u spiss ipprovda provi alternattivi ta' riżultati magħrufa. Dan ix-xogħol jinkludi wkoll l-applikazzjoni tat-teorija tal-probabbiltà għal-logħob tal-azzard u l-introduzzjoni tiegħu għat-teorema magħrufa bħala l-liġi tan-numri kbar. It-termini prova ta' Bernoulli u numri ta' Bernoulli ġejjin minn dan ix-xogħol. Il-kratere tal-qmar Bernoulli huwa wkoll msemmi għalih flimkien ma ħuh Johann.
Bernoulli għażel il-figura ta' spirali logaritmika u l-motto Eadem mutata resurgo (Mibdul imma l-istess, nerġa' nirxoxta") għal-lapida tal-qabar tiegħu; però l-ispirali fuq il-lapida hi spirali Arkimedeja. "[Jacques Bernoulli] kiteb li l-ispirali logaritmika tista' tintuża bħala simbolu, jew ta' fortitudni u l-kostanza fl-diffikultajiet, jew tal-ġisem uman, li wara l-bidliet kollha tiegħu, anki wara l-mewt, se jiġi restawrat eżatt u perfett’ ”. Jacob kellu tmien ulied, ħamsa bniet u tlieta subien.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Jacob Bernoulli, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.