Godfrey Grima (Żejtun, 1942) huwa magħruf għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-qasam ġurnalistiku kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
Godfrey Grima | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 1942 |
Mewt | 29 Marzu 2021 |
Kawża tal-mewt | (COVID-19) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | ġurnalist |
Il-karriera tiegħu bdiet bħala reporter mal-gazzetta Il-Ħaddiem qabel mar jgħix Londra.
Fl-1967, Grima kien wieħed mill-ewwel rekluti tal-Financial Times Foreign Desk li dak iż-żmien, bħala gazzetta, kienet qed tespandi fuq livell internazzjonali. Kien fix-xogħol tiegħu mal-Financial Times li Grima speċjalizza fl-analiżi tal-aħbarijiet politiċi u ekonomiċi, liema analiżi, din il-gazzetta hija magħrufa għaliha b’mod universali.
Fl-1971, il-Financial Times fetħet uffiċċju f’Malta sabiex tkopri l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Libja u l-attivitajiet militari li kienu qed iseħħu fil-Lvant u fil-Mediterran. Dan l-uffiċċju kien immexxi minn Grima li rtira mill-Financial Times fl-2010.
Grima kien il-fundatur tal-Associated News Group, illum magħruf bħala TBWA-ANG, aġenzija tal-komunikazzjoni magħrufa għall-kampanji ta’ reklamar li organizzat matul is-snin. Għal diversi snin, Grima kien ukoll iċ-Chairman ta’ din il-kumpanija.
Godfrey Grima huwa wkoll membru fil-Kunsill tal-Università u anke konsulent ma’ diversi klijenti ewlenin kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat.
Is-Sur Grima halla din id-dinja fid-29 ta' Marzu 2021 waqt li kien posittiv bil-Covid-19. Huwa kellu 79 sena.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Godfrey Grima, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.