Il-Wikipedjani huma dawk in-nies li jagħtu l-kontribut tagħhom fl-artikli tal-Wikipedija.
Fil-bidu kien suġġerit illi jintuża t-terminu Wikipedisti minflok hekk kif dan jixbah lil "enċiklopedisti" (dawk li jikkolaboraw f'enċiklopedija). Madanakollu, il-kelma Wikipedjan tiddeskrivi aktar il-fatt li tifforma parti mill-lomunità tal-Wikipedija.
In-numru ta' kontijiet fuq il-Wikipedija qiegħed bil-mod il-mod jikber, fejn attwalment għandna 23,220 kont reġistrat fuq mt.wiki. Ma' dawn insibu wkoll numru ieħor ta' kollaboraturi li mhumiex reġistrati. Għal statistika fuq il-Wikipedija u min joperaha, ara en:Wikipedia:Statistics jew mur hawnhekk.
Id-diversità tal-Wikipedjani tagħmilha kważi impossibli biex tiġġeneralizza fuq il-Wikipedjani. Informazzjoni fuq il-ħafna utenti reġistrati fuq il-Wikipedija hi possibli permezz tal-paġna tal-utent. Madanakollu, m'hemmx bżonn li l-utenti jikkreaw dawn il-paġni jew jiktbu fuqhom, hekk kif din hi ħaġa oppzjonali u tista' tiġi evitata.
Xi Wikipedjani jilqgħu lill-utenti ġodda; xi Wikipedjani jagħtu xi unuri lil dawk li jħossu li ħaqqhom unur. Xi Wikipedjani jtellgħu fajls; oħrajn jaħdmu fuq artikli tal-istorja; oħrajn jiċċekkjaw il-grammatika ta' artikli; u oħrajn jiċċekjaw artikli biex inaqqsu ċ-ċans ta' vandaliżmu. Ħafna jiddeċiedu li jagħmlu dawn ix-xogħlijiet kollha. Fl-aħħar mill-aħħar, kull Wikipedjan huwa importanti.
Żur Speċjali:Utenti għal-lista kompluta ta' utenti preżenti fuq din il-wiki.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Wikipedija:Wikipedjani, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.