San Marino Fil-Festival Tal-Eurovision

San Marino ipparteċipa darba biss fil-Festival tal-Eurovision, fejn idebutta fl-edizzjoni tal-2008, u mistenni li jagħmel it-tieni preżenza fl-edizzjoni tal-2011 ġewwa Düsseldorf.

San Marino
San Marino
Stazzjon membru SMRTV
Parteċipazzjoni
Dehriet 2
L-ewwel dehra 2008
L-aqwa riżultat 16 SF (2011)
L-agħar riżultat 19 SF (2008)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

F'Ġunju tal-2007, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), l-istazzjon ta' San Marino, indika interess li jingħaqad f'dan il-festival fil-futur. Ħames xhur wara, dan l-istazzjon ikkonferma l-parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision 2008 ta' Belgrad. L-ewwel daħla kienet mill-grupp Miodio, bil-kanzunetta Taljana "Complice". San Marino għandu l-unur li sar il-ħamsin pajjiż li qatt ħa sehem fil-Eurovision, wara d-dehra li għamel fis-semifinali tal-konkors. Madanakollu, Miodio naqsu li jikkwalifikaw għall-finali fejn kisbu biss 5 punti u spiċċa fl-aħħar post.

Oriġinarjament, SMRTV ippjanaw li jkomplu l-avventura fl-edizzjoni tal-2009. Il-Ministru tal-Kultura ta' San Marino ħabbar ftit wara d-debutt li kellhom fl-2008 li huma "għandhom xewqat tajbin li jirritornaw". Madanakollu, SMRTV ħabbru li kienu se jirrevedu l-konkors tal-2008, u fl-aħħar tas-sena jieħdu deċiżjoni fuq il-parteċipazzjoni fl-2009. Wara ħafna għajdut, SMRTV irtiraw mill-edizzjoni tal-2009, minħabba diffikultajiet finanzjarji.

SMRTV applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors tal-2011, li aktar tard ġiet ikkonfermata. Ġiet magħżula l-kantanta Senit fejn se tkanta l-kanzunetta "Stand by" fl-ewwel semifinali.

Rappreżentanti

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2008 Miodio "Complice" X X 19 5
2011 Senit "Stand by" X X 16 34
2012 Valentina Monetta The Social Network Song (Oh Oh - Uh Oh Oh) X X 14 31
2013 Valentina Monetta Crisalide (Vola)

Votazzjoni

San Marino Fil-Festival Tal-Eurovision 
Miodio f'Belgrad (2008)

San Marino ta l-aktar punti lil:

Nru. Pajjiż Punti
1 San Marino Fil-Festival Tal-Eurovision  Greċja 12
2 San Marino Fil-Festival Tal-Eurovision  Iżrael 10
3 San Marino Fil-Festival Tal-Eurovision  Armenja 8
4 San Marino Fil-Festival Tal-Eurovision  Norveġja 7
5 San Marino Fil-Festival Tal-Eurovision  Renju Unit 6

Referenzi

Tags:

Festival tal-EurovisionFestival tal-Eurovision 2008Festival tal-Eurovision 2011

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

MoskaKonfuċjuĠermanjaErojKirġiżistanFacebookKażakistanSamoaRelattività ristrettaAbout-urlPrinċep Philip, Duka ta' Edinburgu2016Caroline HerschelKolombjaCuraçaoFrarTorri tad-DwejraKjotoAwstraljaIndoneżjaIrħula ta' MaltaŻvizzeraJemenRaffaelloIljunRadju fir-Renju UnitBirżebbuġaĊekjaReliġjon LhudijaĠinevraAntonio SciortinoJohnny NavarroSpanjaKoleraInterlinguaMarsiljaMostaJohn T. DunlapTajlandjaLista ta' pajjiżi skont l-erjaCandy Crush SagaIntelliġenza artifiċjaliMontenegroMġarrJohann Christian BachGżira ManoelH. G. WellsEkonomija ta' MaltaMalażjaBelt ta' New YorkTuneżijaISO 3166-1GħasfurWikisors🡆 More