Palazz Ta' Bettina: Palazz tas-seklu 17 ta' Palladio li jinsab fil-Gudja, Malta

Il-Palazz ta' Bettina, magħruf ukoll bħala l-Palazz Dorrell (bil-Franċiż: Palais d'Aurel), huwa palazz bi stil ta' Palladio tas-seklu 17 fir-raħal tal-Gudja.

Fil-ġnien tiegħu hemm torri msejjaħ it-Torri ta' Xlejli li meta nbena l-palazz ġie mdawwar b'ħajt madwaru.

Palazz Ta' Bettina: Storja, Ġonna, Żminijiet moderni
Il-Palazz ta' Bettina

Storja

Il-Palazz ta' Bettina nbena fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann mill-Konti Ignatius Francesco Moscati Falsoni Navarra bħala dar għal familtu fl-1670. Fl-1760 il-palazz inxtara minn Pietro Paolo Falzon d'Aurelle (bl-Ingliż: Dorell) li ta wieħed mill-ismijiet tal-palazz. L-isem li ngħata min-nies tal-madwar, "Il-Palazz ta' Bettina", ingħata minħabba li wara Falzon d'Aurelle, wirtet il-palazz bintu, il-Markiża Elisabetta Testaferrata Dorell (imlaqqma Bettina).

Palazz Ta' Bettina: Storja, Ġonna, Żminijiet moderni 
It-Torri ta' Xlejli fil-ġonna tal-palazz

Il-Palazz serva ta' kwartieri taħt il-forzi Brittaniċi, taħt il-Ġeneral Graham fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi (1798-1800).

Minn ġewwa, is-saqaf tal-palazz mimli b'affreski mpittra minn Antonio Grech (1758-1819), magħruf bħala "Naici" (Antonaci).

Kien l-aħħar binja li ntużat mill-Brittaniċi, qabel ma kellhom jitilqu minn Malta f'Jum il-Ħelsien fl-1979.

Mis-seklu dsatax 'l hawn, il-post infetaħ għall-pubbliku b'mod limitat, b'permess speċjali mill-patrun Lorenzo Galea.

Ġonna

It-Torri ta' Xlejli u kappella jinsabu ġewwa l-ġonna privati tal-proprjetà, imdawra bil-ħitan. Fil-ġnien għad hemm ċimiterju żgħir fejn indifnu xi Brittaniċi tal-armata li mietu meta Malta kienet taħt il-Franċiżi. Il-ġnien huwa tassew kbir meta mqabbel mad-daqs ta' ġonna oħra lokali u għandhom stil Franċiż.

Żminijiet moderni

Illum il-palazz huwa residenza privata u mhuwiex miftuħ il-ħin kollu għall-pubbliku.

Il-palazz huwa skedat bħala proprjetà skedata tal-ewwel grad mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u huwa elenkat fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetajiet Kulturali tal-Gżejjer Maltin.

Residenzi oħra ta' Dorell

Il-familja aristokratika Franċiża d'Aurelle kellha proprjetajiet notevoli oħra f'Malta. Il-palazz ma għandux jiġi konfuż la mal-Palazz ta' Bettina fil-Birgu, u lanqas ma' Casa Dorell fil-Belt Valletta; li t-tnejn li huma kienu proprjetajiet tal-familja fl-imgħoddi.

Referenzi

Tags:

Palazz Ta' Bettina StorjaPalazz Ta' Bettina ĠonnaPalazz Ta' Bettina Żminijiet moderniPalazz Ta' Bettina Residenzi oħra ta DorellPalazz Ta' Bettina ReferenziPalazz Ta' BettinaAndrea PalladioGudjaLingwa FranċiżaSeklu XVII

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Taylor SwiftTim nazzjonali tal-futbol tat-TuneżijaLagosAbout-urlPakistanSeychellesMaterja skuraGżejjer CookVirginia WoolfĦavanaFußball-BundesligaMuhammad AliĦaditPremju NobelLinja oranġjo tal-metro ta' MontrealBoortsogMarrakeshČeský KrumlovVolodymyr ZelenskyyMawrizjuFolklorValencia (Spanja)UkrajnaYouTubeGran Mastri tal-Ordni ta' San ĠwannBelġjuClaudio MonteverdiHenry FordKirgiżistanMawritanja2016Alfred SantLos AngelesUnjoni SovjetikaArkanġlu MikielĠnus MagħqudaAwstrijaŻoroastrijaniżmuSomaljaAfrika t'IsfelLingwa SpanjolaParroċċi ta' MaltaĠappunBniedemLogħob OlimpikuKimikaAlan TuringVallettaTazza tad-Dinja tal-Futbol tal-KlabbsJoe BidenWalesKummissjoni EwropeaKilwaOpossum ġurdien tal-MessikuReliġjon NisranijaHydrodamalinaeStati UnitiLeninEstonjaDun Karm PsailaRelazzjoni sesswaliBitcoinBerlinEmma WatsonKajrMoldovaĠesùLingwa UkrenaPjaneta🡆 More