Muntanji Makhonjwa Ta' Barberton: Katina muntanjuża ta' muntanji u għoljiet żgħar fl-Afrika t'Isfel

Il-Muntanji Makhonjwa ta' Barberton jew il-Muntanji Makhonjwa huma katina ta' muntanji u għoljiet żgħar li tkopri erja ta' 120 kilometru b'60 kilometru (75 mil b'37 mil), jiġifieri madwar 80 % f'Mpumalanga, provinċja tal-Afrika t'Isfel, u l-kumplament fl-Eswatini.

Jikkostitwixxu 40 % tal-Katina ta' Muntanji tal-Ġebel Aħdar ta' Barberton.

Muntanji Makhonjwa Ta' Barberton: Ġeografija, Ġeoloġija, Storja
Il-Muntanji Makhonjwa ta' Barberton fl-10 ta' Marzu 2021; immaġni satellitari bl-Operational Land Imager tal-Landsat 8. Ix-xmara Komati tgħaddi minn nofs. Eerstehoek u Elukwatini jinsabu fuq ix-xellug, fuq in-naħa t'isfel, u l-Muntanji Makhonjwa jinsabu fuq in-naħa ta' fuq.

Ġeografija

L-altitudni tas-sit tvarja bejn 600 metru u 1,800 metru (2,000 pied sa 5,900 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Hemm għadd ta' għoljiet bil-blat, flimkien ma' bwar għoljin tal-ħaxix u widien bil-foresti. Ir-reġjun jinsab fi ħdan iċ-ċentru tal-endemiżmu ta' Barberton. Il-preċipitazzjoni annwali medja tammonta għal 600-1,150 millimetru (24-45 pulzier), bi sjuf bix-xita u bi xtiewi nexfin.

Ġeoloġija

Il-muntanji jinsabu fit-tarf tal-Lvant tal-Kraton ta' Kaapvaal. Il-katina muntanjuża hija magħrufa l-iktar għaliex għandha wħud mill-eqdem blat esposti fid-Dinja, li huwa stmat li għandhom bejn 3.2 u 3.6 biljun sena (Ga), u jmorru lura għall-Perjodu Paleoarkan. L-età estrema tal-katina muntanjuża u l-preservazzjoni eċċezzjonali wasslu biex joħorġu fid-dieher uħud mill-eqdem sinjali ċari tal-ħajja fid-Dinja u jagħtu ħjiel rigward in-natura ostili tal-ambjent Prekambrijan li matulu din il-ħajja evolviet. Dan wassal biex iż-żona tiġi mlaqqma bħala l-"Ġenesi tal-ħajja".

Il-katina muntanjuża hija magħrufa wkoll għad-depożiti tad-deheb tagħha u għal għadd ta' komatiti, tip mhux tas-soltu ta' blat vulkaniku ultramafiku msemmi għax-xmara Komati li tnixxi fi ħdan il-katina.

F'April 2014, xi xjenzati rrapportaw li sabu evidenza tal-ikbar impatt terrestri ta' meteorita sa issa qrib iż-żona. Huma stmaw li l-impatt seħħ madwar 3.26 biljun sena ilu u li l-oġġett spazjali kien wiesa' bejn wieħed u ieħor bejn 37 u 58 kilometru (23 u 36 mil). Il-krater minn dan l-avveniment, jekk għadu jeżisti, għadu ma nstabx. F'Mejju 2019, instabu materjali organiċi ekstraterrestri fi blat vulkaniku ta' 3.3 biljun sena ilu fil-Muntanji Makhonjwa.

Storja

Il-poplu Swazi u popli oħra ta' rgħajja x'aktarx kienu jirgħu l-bhejjem tagħhom hemmhekk, iżda mhux b'merħliet kbar, sal-wasla tal-insedjaturi Ewropej fis-snin 60 tas-seklu 19. Fl-1875 ġie skopert id-deheb qrib Kaapsehoop, iżda kienet is-sejba ta' George Barber u l-kuġini tiegħu Fred u Harry Barber li skattat tfittxija kbira għad-deheb fl-1884, li wasslet għall-istabbiliment tar-raħal ta' Barberton. Iktar 'il quddiem ġiet sostitwita bit-tfittxija kbira għad-deheb f'Witwatersrand fl-1886.

Ekonomikament, ix-xogħol tal-estrazzjoni qed imajna, u l-attivitajiet prinċipali issa huma l-ħsad tal-injam u r-ragħa. Pjantaġġuni kummerċjali jkabbru s-siġar taż-żnuber għall-arżnu u s-siġar tal-ewkaliptu.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Muntanji Makhonjwa ta' Barberton tniżżlu bħala sit indikattiv fl-2009 u ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".

Referenzi

Tags:

Muntanji Makhonjwa Ta' Barberton ĠeografijaMuntanji Makhonjwa Ta' Barberton ĠeoloġijaMuntanji Makhonjwa Ta' Barberton StorjaMuntanji Makhonjwa Ta' Barberton Sit ta Wirt DinjiMuntanji Makhonjwa Ta' Barberton ReferenziMuntanji Makhonjwa Ta' BarbertonAfrika t'IsfelEswatini

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

L-element semitiku fil-MaltiSkwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' MaltaAlbanijaWikikwotaGinea EkwatorjaliMikelanġluUNESCOĊipruEnrico MizziĠebla tal-ġirFilippiniStat IżlamikuDensità tal-popolazzjoniJum l-IndipendenzaMadre Tereża ta' Kalkutta2016Bieb il-BeltWolfgang Amadeus MozartEtimoloġijaFestival tal-Eurovision 1959Qawwiet tal-Assi tat-Tieni Gwerra DinjijaSofijaFacebookTurkijaGżejjer MarshallLiċenzja Creative CommonsLista tal-għasafar ta' MaltaKamerunAlfabettSerje BQlugħMadre Teresa NuzzoTuneżijaSão Tomé u PríncipeBaħrejnFrarĠan Franġisk AbelaTim nazzjonali tal-futbol tal-AżerbajġanPawlu MikiLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Lvant tal-EwropaTheodore GéricaultĦaż-ŻebbuġArkitettura f'MaltaLingwa ĠermaniżaCuritibaSomaljaKapparVallettaDrittJohn F. MarksPremier League MaltiAteniPeléEileen MontesinKawżi naturaliBaalbekSalvador DalíItaljaAsjaDun Karm PsailaNies prominenti MaltinBrażil🡆 More