Mary Meilak

Mary Meilak (1905-1975) kienet waħda mill-ftit poeti nisa Maltin ta' dak iż-żmien u hija meqjusa bħala l-ewwel poetessa Maltija.

Mary Meilak
Mary Meilak
Ħajja
Twelid Għawdex, 9 Awwissu 1905
Nazzjonalità Malta
Mewt 1 Jannar 1975
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
saġġist
kittieb
Moviment artistiku opra
Mary Meilak

Bint Ġorġ u Mananni, Mary Meilak twieldet ir-Rabat Għawdex nhar id-9 ta' Awwissu 1905. Ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-Iskola Ċentrali t'Għawdex. Għamlet sbatax-il sena taħdem fl-uffiċini tal-Gvern iżda fl-1942 daħlet għalliema, xogħol għal qalbha ħafna li damet fih sakemm irtirat, għoxrin sena wara.

Poetessa

Kitbet l-ewwel poeżija tagħha, Faxx Nemel, meta kellha 25 sena, fl-1930. Fl-1945 ħarġet l-ewwel ġabra tagħha ta’ poeżiji, Pleġġ il-Hena, u s-sena ta’ wara Villa Mejlaq, Dawra Misterjuża u Album.

Ippubblikat ukoll ġabriet ta’ esejs Nirraġunaw u Nitbissmu, tliet novelli: Nokkla Sewda, San Nikola tal-Vinturi u It-Tewmin tal-Birgu, żewġ opri u xi operetti.

Xogħolijiet

  • Pleġġ il-Hena (1945)
  • Nirraġunaw u Nitbissmu 1 (1946)
  • Nirraġunaw u Nitbissmu 2 (1947)
  • Dawra Misterjuża (1947)
  • Villa Meylak: Ġonna ta' Kulħadd (1947)
  • Album: Poeżiji (1947)
  • Nokkla Sewda (1958)
  • Songs You Will Like (1971)
  • L-Istrumenti tal-Passjoni (2005)

Mewt

Mietet nhar l-1 ta' Jannar 1975, fl-għomor ta' 70 sena.

F'għeluq il-100 sena minn twelidha twaħħlet lapida li tfakkarha fir-Rabat, Għawdex.

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

MaltaLondraRaffaella CarràPeléUkrajnaWilliam ShakespearePastizzKummissjoni EwropeaOssiġenuĊessAssurKimikaĦaż-ŻabbarKjotoĦamrun Spartans FCKoleraEl SalvadorRenju UnitKosta RikaPangolin IndjanKelmaLiechtensteinWikidatavjetnamJimmy WalesLaosRomantiċiżmuJum l-Indipendenza (Malta)KolombjaKlara ta' AssisiPhnom PenhLingwa MaltijaFreddie MicallefPolonjaBloggĠordanSważilandTransnistrijaCharles DarwinTogoMoskaMarie AntoinetteTrama (narrattiva)SeychellesŻewsMalażjaOċean PaċifikuErojEmirati Għarab MagħqudaTanżanijaAleksandar MadzarIkħalGżira ManoelUnjoni SovjetikaAwstraljaJoseph MuscatLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-GreċjaUnitajiet ta' kejl MaltinKorea t'IsfelOman🡆 More