Mafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima: Fdalijiet ta' binja f'Hiroshima, il-Ġappun

Il-Mafkar tal-Paċi ta' Hiroshima (広島平和記念碑, Hiroshima Heiwa Kinenhi), oriġinarjament is-Sala tal-Promozzjoni Industrijali Prefetturali ta' Hiroshima, u issa msejjaħ komunement il-Koppla ta' Genbaku, il-Koppla tal-Bomba Atomika (原爆ドーム, Genbaku Dōmu), huwa parti mill-Park tal-Mafkar tal-Paċi ta' Hiroshima f'Hiroshima, il-Ġappun u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.

Il-fdal tas-sala jservi bħala mafkar għall-iktar minn 140,000 ruħ li nqatlu fil-bumbardament atomiku ta' Hiroshima fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.

Mafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi
Il-Koppla ta' Genbaku

Storja

Il-binja tas-Sala tal-Wiri tal-Prodotti oriġinarjament ġiet iddisinjata mill-arkitett Ċek Jan Letzel. Id-disinn kien jinkludi koppla li tispikka fl-ogħla parti tal-binja. Il-binja tlestiet f'April 1915 u ssejħet il-binja tal-Wiri Kummerċjali Prefetturali ta' Hiroshima. Formalment infetħet għall-pubbliku f'Awwissu ta' dik is-sena. Fl-1921, l-isem inbidel għal Sala tal-Wiri tal-Prodotti Prefetturali ta' Hiroshima, u mill-ġdid fl-1933, għal Sala tal-Promozzjoni Industrijali Prefetturali ta' Hiroshima (bil-Ġappuniż: 広島県産業奨励館; Hiroshima-ken Sangyo Shourei-kan). Il-binja kienet tinsab f'distrett kummerċjali kbir maġenb il-Pont ta' Aioi u kienet tintuża primarjament għall-wirjiet tal-arti u edukattivi.

Bumbardament Atomiku

Mafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Il-Koppla ta' Genbaku qalb il-qerda f'Ottubru 1945. Ritratt ta' Shigeo Hayashi, wieħed miż-żewġ fotografi mit-timijiet ta' stħarriġ akkademiku.

Fit-08:15 tas-6 ta' Awwissu 1945, l-ewwel bomba atomika li qatt intużat fi gwerra twaqqgħet mill-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Istati Uniti mill-Enola Gay, inġenju tal-ajru militari bumbardatur tat-tip B-29. Il-qawwa tal-bomba atomika effettivament qerdet għalkollox il-belt ta' Hiroshima.

Qabel, fil-25 ta' Lulju, il-Ġeneral Carl Spaatz, il-kmandant tal-Forzi tal-Ajru Strateġiċi tal-Istati Uniti fil-Paċifiku, irċieva ordnijiet biex iwettaq attakk b'"bomba speċjali" fuq bliet magħżula fil-Ġappun. L-ewwel belt fil-mira li ntgħażlet kienet Hiroshima, li kellha port importanti fin-Nofsinhar ta' Honshu u kienet il-kwartieri ġenerali tat-Tieni Armata Ġenerali Ġappuniża b'persunal ta' 40,000 militar fil-belt. Il-bomba ġiet assemblata b'segretezza u ġiet mgħobbija fuq l-Enola Gay. Il-bomba, imlaqqma "Tifel Ċkejken" (bl-Ingliż: Little Boy), kellha qawwa ekwivalenti għal 15,000 tunnellata ta' TNT. L-ajruplan militari waqqa' l-bomba fuq il-belt fit-08:15:17, ħin lokali, fis-6 ta' Awwissu 1945. Madwar 43 sekonda wara li twaqqgħet, il-bomba ħadet fuq il-belt, u ma laqtitx il-mira tagħha direttament b'240 metru. Il-bomba kienet maħsuba biex tieħu fuq il-Pont ta' Aioi, iżda minflok splodiet direttament fuq l-Isptar ta' Shima, li kien jinsab qrib ħafna tal-Koppla ta' Genbaku. Minħabba li l-isplużjoni seħħet kważi fuqha eżatt, il-binja rnexxielha żżomm l-għamla tagħha mingħajr ma tiġġarraf għalkollox. Il-kolonni vertikali tal-binja rnexxielhom jirreżistu l-forza vertikali kważi 'l isfel għalkollox tal-isplużjoni, u partijiet ħitan esterni tal-konkoż u tal-brikks baqgħu intatti. Iċ-ċentru tal-isplużjoni seħħ 150 metru orizzontalment u 600 metru vertikalment mill-Koppla ta' Genbaku. Kull min kien fil-binja nqatel minnufih. Il-binja rnexxielha tibqa' wieqfa wkoll bis-saħħa tad-disinn tagħha biex tkun reżistenti għat-terremoti; fil-fatt felħet għal terremoti qabel u wara l-bumbardament.

Wara l-Bumbardament Atomiku

Preservazzjoni

Mafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Il-Binja tas-Sala tal-Wiri tal-Prodotti fil-kundizzjoni oriġinali tagħha (1921-1933).

Minħabba l-kostruzzjoni tagħha bil-ġebel u bl-azzar, il-binja kienet waħda mill-ftit strutturi li baqgħu weqfin ħdejn l-ipoċentru tal-bomba. Il-binja malajr bdiet tissejjaħ il-Koppla ta' Genbaku jew il-Koppla tal-Bomba Atomika, minħabba l-qafas espost tal-metall tal-koppla fil-quċċata tal-binja. L-istruttura kienet skedata biex tiġi demolita mal-bqija tal-fdalijiet ta' binjiet, iżda l-maġġoranza tal-binja baqgħet intatta, u b'hekk il-pjanijiet ta' demolizzjoni ġew posposti. Il-Koppla ta' Genbaku saret suġġett kontroversjali. Uħud min-nies tal-post riedu li titwaqqa', filwaqt li oħrajn riedu li tiġi ppreservata bħala mafkar tal-bumbardament u simbolu tal-paċi. Fl-aħħar mill-aħħar, meta bdiet ir-rikostruzzjoni ta' Hiroshima, il-fdalijiet tal-qafas tal-binja ġew ippreservati.

Mill-1950 sal-1964, il-Park tal-Mafkar tal-Paċi ta' Hiroshima ġie stabbilit madwar il-Koppla ta' Genbaku. Il-Kunsill tal-Belt ta' Hiroshima adotta riżoluzzjoni fl-1966 dwar il-preservazzjoni permanenti tal-Koppla ta' Genbaku, uffiċjalment imsejħa l-Mafkar tal-Paċi ta' Hiroshima. Il-binja għadha l-għeliem primarju tal-park. L-erożjoni u d-deterjorament tal-Koppla ta' Genbaku baqgħu sejrin fil-perjodu ta' wara l-gwerra. Fl-1966, il-Kunsill tal-Belt ta' Hiroshima ddikjara li kien biħsiebu jippreserva l-istruttura b'mod indefinit. L-ewwel sindku ta' Hiroshima elett b'vot popolari, Shinzo Hamai (1905-1968) talab għal fondi għall-isforz ta' preservazzjoni domestikament u internazzjonalment. Matul vjaġġ f'Tokyo, Hamai beda jiġbor il-fondi direttament fit-toroq tal-belt kapitali. Ix-xogħol ta' preservazzjoni fuq il-Koppla ta' Genbaku tlesta fl-1967. Saru żewġ proġetti żgħar ta' preservazzjoni fuq il-binja biex tiġi stabilizzata l-koppla, l-iktar bejn Ottubru 1989 u Marzu 1990.

Il-Koppla ta' Genbaku għadha kważi fl-istess kundizzjoni ta' wara l-bumbardament tas-6 ta' Awwissu 1945. Il-bidliet li saru fil-fdalijiet, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-istruttura, kienu mill-inqas.

Sit ta' Wirt Dinji

F'Diċembru 1996, il-Koppla ta' Genbaku ġiet irreġistrata fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO abbażi tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji. L-inklużjoni tagħha fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kienet ibbażata fuq ir-reżistenza tagħha għall-forza distruttiva tal-bomba atomika, l-ewwel użu ta' armi nukleari fuq popolazzjoni umana, u r-rappreżentanza tagħha bħala simbolu tal-paċi.

Id-delegati tal-Kumitat tal-Wirt Dinji miċ-Ċina u mill-Istati Uniti kellhom riżervi rigward il-konferma tal-mafkar bħala Sit ta' Wirt Dinji. Iċ-Ċina kkwotat il-possibbiltà li l-monument jintuża bħala skuża biex iċekken il-fatt li l-pajjiżi vittmi tal-aggressjoni tal-Ġappun ġarrbu l-ikbar telf ta' ħajjiet matul il-gwerra, u l-Istati Uniti ddikjaraw li mafkar għal sit tal-gwerra jħalli barra l-kuntest storiku meħtieġ. L-Istati Uniti ma assoċjawx ruħhom mad-deċiżjoni li l-Mafkar tal-Paċi ta' Hiroshima jsir Sit ta' Wirt Dinji.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Mafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Veduta panoramika tal-Makfar tal-Paċi ta' Hiroshima

Referenzi

Tags:

Mafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima StorjaMafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima Sit ta Wirt DinjiMafkar Tal-Paċi Ta' Hiroshima ReferenziMafkar Tal-Paċi Ta' HiroshimaHiroshimaIt-Tieni Gwerra DinjijaSit ta' Wirt DinjiUNESCOĠappun

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Parlament EwropewGenghis KhanAnthony MamoSistema diġestivaIbn BattutaDanimarkaAZAL PFCImperu AlmoravidStorjaFinlandjaLudmila ChristesevaJemenLidlZeca PagodinhoBrussellĠeroglifiċi EġizzjaniEkoloġijaPalazz tal-Gran MastruSportFurnarPornografijaPsikoloġijaArabja SawdijaMiriam Spiteri DebonoGallozz tat-TikkiApollo (divinità)Barack ObamaSanta MarijaNiġerJames CookParroċċi ta' MaltaFigollaŻvezjaNicolae CeaușescuJean-Drapeau (metro ta' Montreal)Lingwi SlaviĠebla ta' RosettaMadre Tereża ta' KalkuttaPesta s-sewdaJeddahMicrosoftMdinaVjetnamImħabbaDun Mikiel XerriRobin WilliamsLingwa SqallijaFestival tal-EurovisionMostaEvoluzzjoniIt-Tieni Gwerra DinjijaMarlee MatlinMaterja skuraInjamKċina MaltijaFaragħunUkrajnaYogyakartaRumanijaBenito MussoliniStorja tal-MarokkQamarPatri Piju🡆 More